|
4.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/907
tat-3 ta’ Mejju 2023
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1412 (2) fiha żball fl-Artikolu 2(3) li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Peress li l-iżball kien preżenti mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 u l-operaturi se jibbenefikaw mill-korrezzjoni tal-iżball li kien ikkawża inċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 jiġi kkoreġut mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2022, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-11 ta’ Settembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1412 tad-19 ta’ Awwissu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 217, 22.8.2022, p. 1).