|
24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/272 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2021/1594 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tad-29 ta’ April 2021
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2021), |
|
A. |
billi skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 96 792 026,82, li jfisser żieda ta' 9,35 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni; |
|
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
1. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,22 %, li tfisser żieda żgħira ta' 0,20 % meta mqabbla mal-2018, u li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 96,44 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,60 %; |
|
2. |
Jinnota l-adozzjoni tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija; jilqa' d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kunflitti ta' interess, li jirrikjedu li d-dikjarazzjonijiet ta' impenn u kunfidenzjalità jiġu ppubblikati kull sena; |
|
3. |
Jinnota l-osservazzjoni fir-rapport tal-Qorti dwar pagamenti f'waqthom u l-fatt li fl-2019, fi 18 % tal-każijiet, l-Aġenzija ħallset imgħax fuq pagamenti tardivi; jinnota bi tħassib li l-Qorti osservat livelli simili jew ogħla ta' dewmien fl-2018, l-2017 u l-2016; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pagamenti tardivi kienu jikkonċernaw ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-parteċipanti għal workshops, minkejja l-isforzi biex jitnaqqas ix-xogħol b'lura ta' dawn ir-rimborżi; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija għas-sejba tal-Qorti; itenni l-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-pagamenti tardivi u li jiġi mmitigat ir-riskju finanzjarju u ta' reputazzjoni deskritt mill-Qorti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza sa Ġunju 2021 dwar ir-riżultati tal-miżuri meħuda fir-rigward tal-pagamenti tardivi; jenfasizza, madankollu, l-isforzi tal-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika kontinwa lill-organizzazzjonijiet marittimi nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra permezz ta' workshops bħal dawn; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa moduli ta' tagħlim remot u online biex tadatta għas-sitwazzjoni sanitarja u tnaqqas l-ispejjeż; |
Prestazzjoni
|
4. |
Jinnota li l-Aġenzija adottat l-istrateġija tagħha għall-EMSA fuq medda ta' 5 snin għall-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2024 fis-56 laqgħa tal-bord amministrattiv f'Novembru; jilqa' l-fatt li l-istrateġija tindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet li qed jiffaċċja s-settur marittimu, bħat-tniġġis żero, is-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni, l-iskambju ta' data, is-sikurezza u s-sigurtà, il-konformità u l-infurzar effettiv, u li se tikkontribwixxi għall-ambizzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni von der Leyen; |
|
5. |
Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tagħha; jinnota li l-evalwazzjoni perjodika tal-Aġenzija hija l-istrument ewlieni biex jiġi vvalutat il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha; |
|
6. |
Jilqa' l-arranġament amministrattiv rigward l-istabbiliment ta' servizzi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod u mingħajr ekwipaġġ mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea; |
|
7. |
Jilqa' l-fatt li, mill-2017 'l hawn, il-ftehim ta' ħidma tripartitiku bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) ħadem sew; iqis dan il-ftehim bħala eżempju ta' ħidma f'sinerġija bejn l-aġenziji tal-UE li għandu jservi bħala sors ta' ispirazzjoni għal aġenziji f'oqsma oħra; |
|
8. |
Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga; iħeġġeġ b'mod qawwi lill-Aġenzija tfittex kooperazzjoni aktar profonda u usa' mal-aġenziji kollha tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-EFCA (Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd) u mal-Frontex permezz ta' servizzi konġunti ta' sorveljanza marittima, kif ukoll kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-kapaċità; |
|
9. |
Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha, bħala mezz biex tnaqqas il-burokrazija; |
|
10. |
Jistieden lill-Aġenzija timmira l-enfasi tagħha fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali; |
|
11. |
Jilqa' l-fatt li, fit-tieni sena sħiħa tal-operazzjonijiet tas-Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) offruti mill-EMSA, l-Aġenzija żiedet is-servizzi tal-RPAS tagħha għal 642 jum operattiv (1 488 siegħa ta' titjir), fl-ambitu tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u f'appoġġ lill-Istati Membri f'operazzjonijiet ta' sorveljanza marittima; |
|
12. |
Jilqa' l-iżvilupp, min-naħa tal-Aġenzija, ta' għodod ġodda għall-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u l-fatt li Mapep tad-Densità tat-Traffiku, li juru mudelli ta' moviment tal-bastimenti li jikkontribwixxu għal fehim aħjar tat-traffiku marittimu, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar tat-traffiku, tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti awtorizzati minn Settembru 2019; |
|
13. |
Jisħaq li l-għarfien espert u l-kapaċitajiet operazzjonali tal-Aġenzija joffrulha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u l-għoti ta' servizz tagħha fuq skala aktar globali, li jistgħu jżidu l-portata tal-oqfsa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni; |
Politika dwar il-persunal
|
14. |
Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, mit-tabella tal-persunal kien ġie implimentat perċentwal ta' 96,23 %, u li kienu nħatru 204 uffiċjali u aġenti temporanji minn 212-il uffiċjal u aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 212-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li fl-2019, minbarra 30 aġent kuntrattwali ffinanzjati mill-baġit tal-EMSA, kien hemm 3 aġenti kuntrattwali mill-baġit ta' Copernicus u 14-il espert nazzjonali ssekondat li ħadmu għall-Aġenzija; |
|
15. |
Jinnota bi tħassib li, fl-2019, in-nisa fil-bord amministrattiv tal-aġenzija kienu jilħqu biss 21 % (43 raġel u 14-il mara) filwaqt li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri ntlaħaq (8 irġiel u 5 nisa); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli tal-persunal u tal-maniġment superjuri; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija; |
|
16. |
Jinnota li r-riżultati tal-ħames eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija huma simili għal dawk tal-2018 bi 19,5 % (20,20 % fl-2018) tal-postijiet assenjati għall-appoġġ u l-koordinazzjoni amministrattivi, 71,6 % (71,65 %) għall-kompiti operazzjonali u 8,9 % (8,15 %) għal kompiti finanzjarji u ta' kontroll; |
|
17. |
Jinnota s-sejba fir-rapport tal-Qorti dwar il-kuntratt qafas ma' aġenzija tax-xogħol temporanju biex tipprovdi ħaddiema temporanji u b'mod partikolari li r-remunerazzjoni ta' ħaddiema interim fl-Aġenzija kienet aktar baxxa mill-aktar remunerazzjoni baxxa possibbli li kienet tkun dovuta għal aġent kuntrattwali impjegat direttament mill-Aġenzija biex iwettaq l-istess kompitu; jinnota l-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija, li ddikjarat li l-kuntratt mal-aġenzija tax-xogħol temporanju ntemm u ġie ffirmat kuntratt qafas ġdid f'Mejju 2020; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-eżitu tal-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-konsegwenzi finanzjarji possibbli li jirriżultaw minnu; |
Akkwist
|
18. |
Jinnota li fl-2019 inbdew 80 proċedura ta' akkwist, li minnhom ġew varati 65 (36,93 % proċeduri miftuħa, 10,77 % proċeduri speċjali nnegozjati u 52,30 % proċeduri nnegozjati); |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza
|
19. |
Jinnota l-osservazzjoni fir-rapport tal-Qorti dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fil-proċeduri ta' reklutaġġ fl-Aġenzija u l-fatt li l-membri tal-bord tal-għażla mhux dejjem iddikjaraw l-interessi personali, u dan potenzjalment jitfa' d-dubji fuq l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta' kwalunkwe kandidat; jistieden lill-Aġenzija tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar il-kunflitti ta' interess, timmonitorja l-konformità ma' dawn il-linji gwida u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw li jseħħu dawn is-sitwazzjonijiet sa Ġunju 2021; |
|
20. |
Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija timpjega u tippubblika dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess u CVs għall-membri tal-bord amministrattiv u l-maniġment superjuri tagħha u li l-Aġenzija ħarġet linji gwida dwar il-kunflitt ta' interess u implimentat arranġamenti għall-iżvelar tal-informazzjoni, li huma għodda importanti biex jiġu identifikati l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet serji; |
|
21. |
Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti li jeżistu dgħufijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali u/jew trasparenza u nuqqas ta' rendikont tal-entrati fl-Aġenzija; |
Kontrolli interni
|
22. |
Jinnota l-valutazzjoni mwettqa mill-Aġenzija li tikkonkludi li l-prinċipji u l-komponenti kollha tal-kontroll intern huma implimentati b'mod adegwat u effettiv b'xi titjib żgħir meħtieġ; |
|
23. |
Jissottolinja li, b'riżorsi addizzjonali, l-Aġenzija tista' tiżvolġi rwol saħansitra aktar importanti billi tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jittaffew ir-riskji ambjentali relatati mat-trasport marittimu u billi ttejjeb is-sostenibbiltà globali tas-settur marittimu; ifakkar, f'dan il-kuntest, li fl-2019 l-ewwel ħarsa ġenerali tal-emissjonijiet tas-CO2, li jirrappreżentaw kważi 11 000 bastiment, saret pubblika bis-saħħa tas-sistema THETIS-MRV ġestita mill-Aġenzija; |
|
24. |
Jilqa' l-fatt li fl-2019 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u l-Qorti ma fformulawx rakkomandazzjonijiet jew osservazzjonijiet kritiċi li setgħu wasslu għal riżerva fid-dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni; |
|
25. |
Jilqa' l-konklużjonijiet tal-awditu tal-IAS li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-EMSA li stabbiliet għal Żjarat u Spezzjonijiet ikunu mfassla b'mod adegwat, effiċjenti u implimentati b'mod effettiv u jappoġġjaw lill-Aġenzija fil-kisba tal-objettivi strateġiċi tagħha; |
Kummenti oħra
|
26. |
Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-Unjoni Ewropea li għandha twassal għar-reġistrazzjoni tal-EMAS, filwaqt li tappoġġja l-impenn tal-Aġenzija biex toħloq u ssostni post tax-xogħol li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha b'mod ġenerali; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dik l-implimentazzjoni sa Ġunju 2021; |
|
27. |
Jisħaq li l-għarfien espert u l-kapaċitajiet operazzjonali tal-Aġenzija joffrulha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u l-għoti ta' servizz tagħha fuq skala aktar globali, li jistgħu jżidu l-portata tal-oqfsa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni; |
|
28. |
Jilqa' l-impenn li ħadet l-Aġenzija biex takkwista enerġija minn sorsi li jkunu 100 % rinnovabbli sal-2021; |
|
29. |
Jistieden lill-Aġenzija żżid id-disponibbiltà lingwistika tas-sit web tagħha f'lingwi oħra apparti l-Ingliż; iqis li diversità lingwistika akbar tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej u b'hekk ittejjeb il-fehim u l-għarfien tagħhom tal-azzjoni tal-Unjoni f'termini ta' sikurezza marittima; |
|
30. |
Jirrimarka li huwa meħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet Ewropej isiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102, inkluża d-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dan il-proċess; |
|
31. |
Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll |
(1) ĠU C 107, 31.3.2020, p. 229.
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0215.