|
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 99/2009
tal-25 ta’ Settembru 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (2) inkorporat fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fil-Ftehim u rrevokat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) taħt il-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 għandu jibqa’ japplika taħt il-Ftehim sal-jum li jidħlu fis-seħħ l-aħħar tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 għandu jerġa’ jiġi inkorporat fil-Ftehim b’adattament speċifiku. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 għandu jiġi rrevokat taħt il-Ftehim b’effet mid-data li jidħlu fis-seħħ l-aħħar tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabbiltà tar-Regoalment (KE) Nru 300/2008. |
|
(6) |
Test ta’ adattament li jikkonċerna Memorandum ta’ Ftehim li jikkonċerna verifiki mall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili għandu jiddaħħal fir-rigward tar-Regoalment (KE) Nru 300/2008, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt 66h (ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 66ha (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009):
|
|
(3) |
It-test tal-punt 66hb (ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’effet mid-data li jidħlu fis-seħħ l-aħħar tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabbiltà tar-Regoalment (KE) Nru 300/2008. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2009 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009, skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 37.
(2) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.
(4) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.