Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet [rekwiżiti] minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (It-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, p. 6) – Ħatra ta’ koordinaturi għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà u tas-saħħa għal post ta’ kostruzzjoni li fih hemm preżenti iktar minn kuntrattur wieħed.
Dispożittiv
1) Billi ma ttrasponietx korrettament fil-liġi Taljana l-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet [rekwiżiti] minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (It-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.