30.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10522 – HAPAG-LLOYD / EUROGATE / EUROGATE CONTAINER TERMINAL WILHELMSHAVEN)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 142/06)

1.   

Fit-22 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Hapag-Lloyd AG (“HL”, il-Ġermanja),

—

Eurogate GmbH &Co KGaA, KG (“Eurogate”, il-Ġermanja),

—

Eurogate Container Terminal Wilhelmshaven GmbH & Co. KG (“CTW”, il-Ġermanja) u Rail Terminal Wilhelmshaven GmbH (“RTW”, il-Ġermanja), flimkien il-“Kumpaniji fil-Mira”.

HL u Eurogate jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpaniji fil-Mira kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

HL hija l-kumpanija prinċipali ta’ grupp ta’ kumpaniji li huma attivi fis-settur marittimu, li toffri servizzi ta’ trasport globali għal merkanzija fil-containers bl-isem tad-ditta Hapag-Lloyd permezz ta’ flotta ta’ madwar 250 bastiment tal-containers. Sa ċertu punt, HL hija attiva wkoll fil-forniment ta’ servizzi ta’ terminal għall-containers fl-Ewropa ta’ Fuq u fl-Afrika. HL hija kkwotata fl-Borża ta’ Frankfurt u f’dik ta’ Hamburg,

—

Eurogate tipprovdi servizz ta’ mħażen (terminal għall-containers) fl-Ewropa u fl-Afrika ta’ Fuq. Permezz tal-affiljati tagħha, Eurogate toffri wkoll firxa ta’ operazzjonijiet marbuta mal-containers bħalma huma servizz ta’ merkanzija modali, servizzi ta’ depożitu tal-containers, manutenzjoni u tiswija tal-containers. EUROGATE toffri wkoll servizzi marbuta mat-trasport intermodali u l-ġestjoni tal-loġistika. Eurogate hija kkontrollata bi sħab minn Eurokai GmbH & Co. KGaA u minn BLG Logistics Group AG & Co. KG (BLG) (50 %). Eurokai hija finalment ikkontrollata mill-membri tal-familja Eckelmann, filwaqt li BLG hija proprjetà maġġoritarja tal-Belt ta’ Bremen,

—

CTW hija s-sid u tħaddem terminal tal-containers fil-Port ta’ Wilhelshaven, il-Ġermanja. RTW tħaddem terminal tal-ferrovija fil-Port ta’ Wilhelmshaven, billi sservi prinċipalment il-ħteġijiet tat-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija ta’ CTW. Qabel it-Tranżazzjoni, il-Kumpanija fil-Mira hija kkontrollata bi sħab minn Eurogate u A. P. Møller - Maersk A/S (id-Danimarka).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10522 – HAPAG-LLOYD / EUROGATE / EUROGATE CONTAINER TERMINAL WILHELMSHAVEN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).