|
4.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/910
tat-3 ta’ Mejju 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-madum u l-folji tal-bitum immewweġ u prodotti oħra għall-bini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 25 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni. |
|
(3) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li tfasslu u ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:
|
|
(4) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li tfasslu u ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi għal dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-lista tar-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni tal-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Biex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2023
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).
ANNESS
Fl-Anness, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
|
“030016-00-0402 |
Madum u folji tal-bitum immewweġ” |
|
“030675-00-0107 |
Kittijiet tal-kisi likwidu kontra l-ilma biex jiġi applikat fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti” |
|
“040708-00-0402 |
Tapit għall-insulazzjoni tal-ħsejjes tal-impatti b’funzjoni addizzjonali ta’ drain tal-ilma tax-xita u protezzjoni tas-saffi esterni li ma jgħaddix l-ilma minnhom” |
|
“050003-00-0301 |
Pot bearings bi ssiġillar intern speċjali għal azzjoni effettiva iżjed” |
|
“060009-00-0802 |
Kitt għall-istufi tas-sistema - ċumnija li tikkonsisti minn kitt taċ-ċmieni b’kisja taċ-ċumnija tat-tafal/taċ-ċeramika u unità ta’ stufa integrata” |
|
“060012-01-0802 |
Kitt li jikkonsisti minn inforra tat-tubi taċ-ċmieni, magħmula minn fibri tal-ħġieġ, sustanzi minerali u organiċi, u partijiet anċillari (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 060012-00-0802”)” |
|
“060014-00-0802 |
Prodott għall-bini li jippenetra l-ħitan u l-art b’komponenti li jġorru prodotti tal-kombustjoni” |
|
“090010-00-0404 |
Kittijiet għal igglejżjar magħqud u siġillanti li jgħaqqdu” |
|
“150036-00-0301 |
Siment li joqgħod malajr tal-fluworaluminat” |
|
“160011-00-0301 |
Kitt għal membri tal-konkrit rinforzati b’azzar mill-aktar rinforzanti iżda b’użu tensili limitat” |
|
“170006-00-0305 |
Unitajiet tal-bini tal-konkrit aggregat b’fattur tal-konverżjoni tal-indewwa speċifiku Fm” |
|
“170012-00-0404 |
Blokok tal-bini magħmulin mill-briks u b’ġewweni tal-ħġieġ ċellulari” |
|
“170018-00-0305 |
Unitajiet tal-insulazzjoni termali u li jerfgħu t-tagħbija, magħmulin mill-ħġieġ ċellulari” |
|
“180020-00-0704 |
Ilqugħ tar-riħa bla ilma għad-drains tal-art” |
|
“220020-00-0402 |
Shingles b’massa baxxa ta’ bitum, laminati jew le, b’rinforzar minerali jew sintetiku” |
|
“260024-00-0301 |
Makrofibri ta’ polimeri rinfurzati bil-fibri tal-bażalt biex jintużaw fil-konkos” |
|
“260048-00-0301 |
Aggregat tal-mili tal-karbonat tal-kalċju b’karatteristiċi addizzjonali” |
|
“300007-00-0404 |
Mirja speċjali” |
|
“320014-00-0605 |
Profil tal-issiġillar tat-trufijiet magħmul mill-monomeru tal-etilene propilen dien għall-issiġillar tat-trufijiet fil-kostruzzjonijiet tat-tubbing” |
|
“330076-01-0604 |
Ankri tal-injezzjoni tal-metall biex jintużaw fil-bini (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330076-00-0604”)” |
|
“330924-01-0601 |
Boltijiet ankra cast-in (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330924-00-0601”)” |
|
“331565-00-0602 |
Woxers li jillokkjaw il-filsa għall-assemblaġġi strutturali tal-bolting” |
|
“332347-00-0601 |
Konnettur li jsaħħaħ l-istrutturi tal-konkrit eżistenti permezz ta’ sovrapożizzjoni tal-konkrit” |
|
“340225-00-1109 |
Sistemi b’kompartimenti tal-plastik biex jiġu applikati taħt l-art għall-aċċess għan-netwerk, installati taħt l-uċuħ tat-toqob tal-ispezzjonar” |
|
“350003-01-1109 |
Kitt tal-pajpijiet tas-servizz reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn biċċiet prefabbrikati tal-konnessjoni (magħmula minn folja tal-azzar b’kisi jew inforra intumexxenti) u aċċessorji (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 350003-00-1109”)”. |