26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 269/2014

tat-12 ta' Diċembru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2136]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 12zzp (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013) tal-Kapitolu XV:

“12zzq.

32013 R 0098: Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE) tal-Kapitolu XXIX:

“6.

32013 R 0098: Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeau fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.