|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1551 |
25.7.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/1551 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-23 ta’ Lulju 2025
li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta’ 13-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja skadew fis-6 ta’ Ottubru 2024, fosthom dak tas-Sur Alexander ARABADJIEV. |
|
(2) |
Għandu jkun hemm ħatra biex timtela din il-kariga għall-perjodu mill-15 ta’ Settembru 2025 sas-6 ta’ Ottubru 2030. |
|
(3) |
F’dan il-kuntest, is-Sur Alexander KORNEZOV ġie propost għall-kariga ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(4) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dan il-kandidat sabiex jaqdi d-dmirijiet ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Alexander KORNEZOV huwa b’dan maħtur Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mill-15 ta’ Settembru 2025 sas-6 ta’ Ottubru 2030.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2025.
Il-President
C. GRØNBECH-JENSEN
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1551/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)