|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2796 |
28.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2024/2796
tat-22 ta' Ottubru 2024
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/2/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta' Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fil-25 ta' Awwissu 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1436 (2), li taħtar lis-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM RCA mill-1 ta' Settembru 2022 sal-31 ta' Awwissu 2023. |
|
(3) |
Fit-28 ta' Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1333 (3), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 u testendi l-mandat tal-EUAM RCA sad-9 ta' Awwissu 2024. |
|
(4) |
Fid-19 ta' Lulju 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1512 (4), li testendi l-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM RCA mill-1 ta' Settembru 2023 sad-9 ta' Awwissu 2024. |
|
(5) |
Fis-17 ta' Lulju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2021 (5), li testendi l-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM RCA mill-10 ta' Awwissu 2024 sal-31 ta' Ottubru 2024, soġġett għall-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat tal-EUAM RCA lil hinn mid-9 ta' Awwissu 2024. |
|
(6) |
Fit-22 ta' Lulju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2003 (6), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 u testendi l-mandat tal-EUAM RCA sal-31 ta' Ottubru 2024. |
|
(7) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2723 (7) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 u testendi l-mandat tal-EUAM RCA sas-7 ta' Awwissu 2026. |
|
(8) |
Fl-20 ta' Ġunju 2024, ir-Rappreżentant Għoli ppropona li jiġi estiż il-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM RCA sad-9 ta' Awwissu 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala l-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) huwa b'dan estiż mill-1 ta' Novembru 2024 sad-9 ta' Awwissu 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2022/1436 tal-25 ta' Awwissu 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2022) ( ĠU L 225, 31.8.2022, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1333 tat-28 ta' Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 25).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2023/1512 tad-19 ta' Lulju 2023 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2023) (ĠU L 184, 21.7.2023, p. 30).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2024/2021 tas-17 ta' Lulju 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2024) (ĠU L, 2024/2021, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2021/oj).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2003 tat-22 ta’ Lulju 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L, 2024/2003, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2003/oj).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2723 tal-21 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L, 2024/2723, 22,10,2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2723/oj)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2796/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)