|
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 46/2014
tal-20 ta’ Jannar 2014
li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u 8a(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(2) |
Il-Kunsill iqis li r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuna waħda kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandhom jiġu emendati. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 134, 20.05.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, l-entrata Nru 210 hija sostitwita minn din li ġejja:
|
|
“Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
|
210. |
Ternavsky, Anatoly Andreevich (Ternavski, Anatoli Andrievich Ternavskiy, Anatoly Andreyevich) |
ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий Андрэевiч |
ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий, Андреевич |
Data tat-twelid: 1950 PtT: Donetsk, Ukraina |
Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenka. Il-kumpanija tiegħu Univest-M hija dikjarata bħala msieħba tal-Klabb tal-Isports tal-President, u sa Mejju 2011 kienet timpjega ħtint il-President. Huwa jipprovdi appoġġ għar-reġim, partikolarment finanzjarment, permezz ta' pagamenti mill-kumpanija Univest-M lill-Ministeru tal-Affarijiet Interni, lill-Kumpanija (Statali) Bjelorussa tat-Televiżjoni u Radju, u lit-trejdjunjon tal-kamra tar-rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali. Huwa jibbenefika mir-reġim permezz ta' attivitajiet ta' negozju fuq skala kbira fil-Bjelorussja. Il-kumpanija Univest-M hija l-proprjetarja ta' kumpanija sussidjarja, FLCC, li hija operatur ewlieni fis-setturi taż-żejt u tal-idrocarburi, anke bi proġetti dikjarati li ‘jsaħħu r-relazzjonijiet ta' sħubija bejn il-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa, il-Każakstan u l-Ukraina’. Il-kumpanija Univest-M hija wkoll waħda mill-akbar kumpaniji għall-iżvilupp/tal-proprjetà fil-Bjelorussja. Attivitajiet ta' negozju fuq tali skala ma jkunux possibbli fil-Bjelorussja mingħajr l-approvazzjoni tar-reġim Lukashenka. Huwa jgħin finanzjarment bħala sponsor bosta klabbs sportivi, permezz tal-kumpanija Univest-M, biex b'hekk jikkontribwixxi għal relazzjonijiet tajbin mal-President Lukashenka.” |