|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4502 |
11.7.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11547 – FASTIGHETS BALDER / FOLKSAM ENTITIES / SINOMA FASTIGHETS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4502)
1.
Fl-4 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fastighets AB Balder (“Balder”, l-Iżvezja), |
|
— |
Folksam ömsesidig livförsäkring, Folksam Tjänstepension AB, KPA Tjänstepensionsförsäkring AB (publ.) u Folksam ömsesidig sakförsäkring (“Folksam”, l-Iżvezja), |
|
— |
Sinoma Fastighets AB (“Sinoma”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn Folksam. |
Balder u Folksam se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Sinoma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma minn Balder.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
għal Balder: is-sjieda, l-immaniġġjar u l-iżvilupp ta’ proprjetajiet residenzjali u kummerċjali, inklużi lukandi, flimkien ma’ proġetti ġodda ta’ kostruzzjoni fl-Iżvezja, |
|
— |
għal Folksam: assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, assigurazzjoni għall-pensjoni u varjetà ta’ soluzzjonijiet għal tfaddil tal-pensjoni u tfaddil fit-tul ieħor fl-Iżvezja, |
|
— |
għal Sinoma: l-akkwist, il-ġestjoni, ir-rinnovazzjoni u s-sjieda ta’ proprjetà immobbli u ta’ titoli, b’enfasi fuq oġġetti ta’ industrija ħafifa, mħażen/loġistika, u proprjetajiet ta’ uffiċċji fl-Iżvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11547 – FASTIGHETS BALDER / FOLKSAM ENTITIES / SINOMA FASTIGHETS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4502/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)