European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/6049

18.11.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.12566 — TRITON / BUREAU VERITAS FUEL & COAL TIC DIVISION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/6049)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Triton Fund 6 GP SARL (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Triton GP HoldCo SARL (“Triton”, il-Lussemburgu),

—

IOL Investments B.V. (in-Netherlands), Inspectorate International Ltd (ir-Renju Unit) u Bureau Veritas Commodities & Trade Inc. (l-Istati Uniti), flimkien “Target”, ikkontrollati minn Bureau Veritas S.A., (Franza).

Triton Fund 6 GP SARL se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Target kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Triton huwa maniġer ta’ fondi ta’ investiment ibbażat fil-Lussemburgu li jinvesti primarjament f’negozji ta’ daqs medju madwar l-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana, b’enfasi partikolari fuq is-servizzi tan-negozju, l-industrija u s-saħħa,

—

Target hija fornitur globali ta’ servizzi ta’ ttestjar, spezzjoni u ċertifikazzjoni għall-prodotti tal-fjuwil u tal-faħam, organizzati fuq tliet linji ta’ prodotti: (i) żejt u petrokimiċi; (ii) speċjalitajiet; u (iii) faħam, b’ċerti attivitajiet fil-metalli u fil-minerali u fl-ittestjar agrikolu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12566 — TRITON / BUREAU VERITAS FUEL & COAL TIC DIVISION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6049/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)