|
29.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/13 |
Komunikazzjoni mill-Islanda skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi
Sejħa għat-Tieni Ħruġ ta’ Liċenzji fuq il-Blata Kontinentali Islandiża
2011/C 285/09
L-Awtorità Nazzjonali għall-Enerġija tal-Islanda (NEA), bl-awtorità tal-Ministeru għall-Industrija, l-Enerġija u t-Turiżmu, qiegħda tħabbar stedina għall-partijiet interessati biex jissottomettu applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta' Dreki, li tinsab bejn l-Islanda u Jan Mayen, skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi. Id-data tal-bidu għat-Tieni Ħruġ ta' Liċenzji fuq il-Blata Kontinentali Islandiża hija: it-3 ta' Ottubru 2011.
Il-Ħruġ ta' Liċenzji huwa organizzat min-NEA f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att tat-13 ta' Marzu 2001 Nru 13, (Gazzetta tal-Gvern (“Stjórnartíðindi”) is-16 ta' Mejju 2001) dwar l-Ipprospettar, l-Esplorazzjoni u l-Produzzjoni ta’ Idrokarburi (l-Att dwar l-Idrokarburi) b'emendi sussegwenti, u huwa soġġett għal dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll għal regoli u regolamenti bħalhom (ir-Regolamenti dwar l-Idrokarburi) maħruġa mill-Ministeru għall-Industrija, l-Enerġija u t-Turiżmu skont l-Att dwar l-Idrokarburi.
L-Awtorità Nazzjonali għall-Enerġija hi l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet, u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva 94/22/KE huma stipulati fl-istrumenti legali msemmija hawn fuq.
Barra mill-Att dwar l-Idrokarburi u r-Regolamenti dwar l-Idrokarburi, il-Ftehim tat-22 ta' Ottubru 1981 bejn in-Norveġja u l-Islanda dwar il-Blata Kontinentali bejn l-Islanda u Jan Mayen, il-Ftehim bejn in-Norveġja u l-Islanda dwar id-depożiti transkonfinali tal-idrokarburi tat-3 ta' Novembru 2008 u l-Minuti Miftehma tal-istess data dwar id-Dritt għall-Parteċipazzjoni skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim tal-1981, japplikaw għall-partijiet rilevanti taż-żona li jinħarġu l-liċenzji għalihom.
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni jistgħu jkunu sottomessi għal dawn is-setturi jew għal partijiet minn setturi fiż-Żona ta' Dreki.
|
|
IS6706/1 (parti), 4 (parti), 5 (parti), 7, 8 (parti), 10, 11 (parti), 12 (parti) |
|
|
IS6707/1, 2, 3 (parti), 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12 |
|
|
IS6708/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12 |
|
|
IS6709/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12 |
|
|
IS6710/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12 |
|
|
IS6711/2 (parti), 3, 5 (parti), 6, 8 (parti), 9, 11 (parti), 12 |
|
|
IS6807/4 (parti), 7 (parti), 8 (parti), 10, 11 (parti), 12 (parti) |
|
|
IS6808/1 (parti), 2 (parti), 4, 5 (parti), 6 (parti), 7, 8, 9, 10, 11, 12 |
|
|
IS6809/1, 2, 3 (parti), 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12 |
|
|
IS6810/1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12 |
|
|
IS6811/2 (parti), 3, 5 (parti), 6, 8 (parti), 9, 11 (parti), 12 |
|
|
IS6909/10 (parti), 11 (parti), 12 (parti) |
|
|
IS6910/7 (parti), 8 (parti), 9 (parti), 10, 11, 12 (parti) |
|
|
IS6911/8 (parti), 9 (parti), 11 (parti), 12 |
L-applikanti huma mħeġġa biex jinnominaw żona sekondarja f’każ li ż-żona li jkunu għażlu l-ewwel tkun tikkoinċidi ma' applikazzjonijiet oħrajn.
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi għandhom ikunu sottomessi lin-NEA:
|
L-Awtorità Nazzjonali għall-Enerġija (NEA) |
|
Grensasvegi 9 |
|
108 — Reykjavik |
|
ICELAND |
|
Websajt: http://www.nea.is |
|
Tel. (354) 569 60 00 |
|
Fax (354) 568 88 96 |
Id-dettalji sħaħ u d-dokumenti kollha rilevanti, inklużi l-listi u l-mapep taż-żoni offruti kif ukoll il-gwidi dwar il-liċenzji, it-termini li l-liċenzji ser jinkludu, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fuq din il-websajt:
http://www.nea.is/2nd-licensing-round
jew billi wieħed jikkuntattja lin-NEA fl-indirizz ta' hawn fuq.
L-għoti tal-liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni fiż-Żona ta' Dreki, fit-Tieni Ħruġ ta' Liċenzji, huwa ppjanat li jseħħ qabel l-aħħar ta' Settembru 2012.
Id-data ta' għeluq għat-Tieni Ħruġ ta' Liċenzji fuq il-Blata Kontinentali Islandiża hija: it-2 ta' April 2012.
It-Tramuntana taż-Żona ta’ Dreki fuq il-Blata Kontinentali Islandiża bejn l-Islanda u Jan Mayen. Il-konfini taż-Żona tal-Ftehim tal-1981, kif imsemmijin fil-Paragrafu 4, bejn l-Islanda u n-Norveġja huma indikati permezz ta' linja miksura ħadra.