29.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/47


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/889

tat-22 ta' Mejju 2019

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta “Barbera d'Asti” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Barbera d'Asti” li l-Italja bagħtet skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni dwar dan skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'rabta mad-denominazzjoni “Barbera d'Asti” (DOP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU C 60, 15.2.2019, p. 4.