|
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/35 |
P9_TA(2019)0009
Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2019 dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0008/2019 – C9-0028/2019 – 2019/0903(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 171/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' April 2019 għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (C9-0028/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0007/2019), |
|
A. |
billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jibgħat il-proposta tiegħu lill-Parlament għall-approvazzjoni tal-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tiegħu u li l-Viċi President għandu jintgħażel minn fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE; |
|
B. |
billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki; |
|
C. |
billi fit-22 ta' Novembru 2012, il-Kunsill Ewropew ħatar lil Yves Mersch bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta' tmien snin mill-15 ta' Diċembru 2012 b'konformità mal-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
D. |
billi f'ittra tad-9 ta' April 2019 il-BĊE ressaq proposta lill-Parlament għall-ħatra ta' Yves Mersch bħala l-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE għall-bqija tal-mandat tiegħu bħala membru tal-Bord Eżekuttiv sal-14 ta' Diċembru 2020; |
|
E. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda għall-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; |
|
F. |
billi l-Kumitat, fl-4 ta' Settembru 2019, organizza seduta ta' smigħ mal-kandidat propost, li matulha l-kandidat għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet imressqa mill-membri tal-Kumitat; |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Yves Mersch bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 320, 30.11.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.