European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/446

17.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11806 — EFMS / OEM INTERNATIONAL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/446)

1.   

Fid-9 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn EQT AB (“EQT AB”, l-Iżvezja),

—

OEM International AB (“OEM International”, l-Iżvezja).

EFMS se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OEM International.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-5 ta’ Novembru 2024.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

L-EFMS hija l-maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv tal-EQT Fund X, fond ta’ investiment privat li jifforma parti mill-grupp ta’ fondi ta’ investiment EQT. Il-kumpaniji tal-portafoll tal-EQT huma attivi f’varjetà ta’ industriji u pajjiżi fiż-ŻEE u globalment,

—

OEM International hija distributur tal-Ewropa ta’ Fuq tal-komponenti industrijali. Il-klijenti tagħha joperaw f’segmenti differenti tal-industrija tal-manifattura. Dawn jinkludu l-manifatturi tat-tagħmir oriġinali, il-kumpaniji tal-installazzjoni, u l-bejjiegħa bl-imnut għas-swieq professjonali. OEM International tiddistribwixxi l-prodotti f’sitt oqsma ewlenin (i) komponenti elettriċi; (ii) komponenti u kejbils tal-makkinarju; (iii) il-komponenti tal-pressjoni u tal-fluss; (iv) il-muturi, il-bolberings u l-brejkijiet; (v) il-komponenti tat-tagħmir u (vi) il-komponenti tal-installazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11806 – EFMS / OEM INTERNATIONAL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/446/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)