<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-716/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0716</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:141">EU:T:2019:141</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190307">7.3.2019</DATE> – Kawża T-716/14</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tweedale vs EFSA</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti relatati mal-istudji ta’ tossiċità stabbiliti fil-kuntest ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut parzjali ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Interess pubbliku superjuri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1367/2006</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑716/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Anthony C. Tweedale</HT>, residenti fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentat minn B. Kloostra, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnut minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja</HT>, inizjalment irrappreżentat minn A. Falk, C. Meyer‑Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, sussegwentement minn Falk, Meyer-Seitz, H. Shev, Swedenborg u F. Bergius, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)</HT>, irrappreżentata minn D. Detken, J. Tarazona, C. Pintado u B. Vagenende, bħala aġenti, assistiti inizjalment minn R. van der Hout u A. Köhler, sussegwentement minn van der Hout u C. Wagner, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-EFSA tas‑<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE> li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE> u li tagħti aċċess parzjali għal żewġ studji ta’ tossiċità li jirrigwardaw is-sustanza attiva glifosat, stabbiliti fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 1</REF.DOC.OJ> u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 111, p. 10</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. M. Collins, President, M. Kancheva u G. De Baere (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Il-glifosat huwa prodott kimiku użat fil-pestiċidi, li huma prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-inklużjoni tiegħu bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal‑<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332 u r-rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064M" PAGE.FIRST="299" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 64M p. 299</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071M" PAGE.FIRST="285" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 71M p. 285</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084M" PAGE.FIRST="396" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 84M p. 396</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 111, p. 51</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="113" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 113, p. 58</REF.DOC.OJ>), il-glifosat huwa suġġett għal rapport ta’ evalwazzjoni stabbilit mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li fuq il-bażi tiegħu il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej adottat, fid‑<DATE ISO="20010629">29 ta’ Ġunju 2001</DATE>, rapport ta’ eżami tal-glifosat li ġie ppubblikat fil‑<DATE ISO="20020121">21 ta’ Jannar 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-glifosat ġie inkluż fil-lista ta’ sustanzi attivi tal-Anness I tad-Direttiva 91/414 permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/99/KE tal‑<DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE> li temenda l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-glifosat u t-tifensulfuron-metil bħala sustanzi attivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 34, p. 182). L-inklużjoni tal-glifosat bħala sustanza attiva kienet valida mill‑<DATE ISO="20020701">1 ta’ Lulju 2002</DATE> sat‑<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Wara li l-Kummissjoni rċeviet talba għal tiġdid tal-approvazzjoni tal-glifosat bħala sustanza attiva, l-inklużjoni tal-glifosat fil-lista tas-sustanzi attivi tal-Anness I tad-Direttiva 91/414 ġiet estiża b’mod temporanju tal‑<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE> permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/77UE tal‑<DATE ISO="20101110">10 ta’ Novembru 2010</DATE>, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE fir-rigward tad-dati ta’ skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I ta’ ċerti sustanzi attivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="48" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 293, p. 48</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 1</REF.DOC.OJ> u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 111, p. 10</REF.DOC.OJ>), il-glifosat ġie inkluż fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal‑<DATE ISO="20110525">25 ta’ Mejju 2011</DATE> li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 153, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 26, p. 38</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="235" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 235, p. 12</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="277" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 277, p. 60</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="002" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 2, p. 15</REF.DOC.OJ>). Id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni baqgħet l-istess, il‑<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas‑<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE> li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 322, p. 10</REF.DOC.OJ>), ħatar lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bħala Stat Membru relatur u lir-Repubblika Slovakka bħala Stat Membru korelatur għall-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Bil-għan tat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, konformement mar-Regolament Nru 1141/2010, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssottomettiet lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni tat-tiġdid<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>RET<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tat‑<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li l-verżjoni pubblika tiegħu ġie ppubblikat mill-EFSA fit‑<DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20140411">11 ta’ April 2014</DATE>, mibgħuta l-għada permezz tal-posta elettronika, ir-rikorrent, Anthony C. Tweedale, issottometta talba ta’ aċċess għal dokumenti lill-EFSA bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), kif ukoll bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE> dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 264, p. 13</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Din it-talba kienet relatata mal-istudji ta’ tossiċità ASB2012‑11499 u TOX95552393, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>iż-żewġ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>studji ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> użati sabiex jiġi ddeterminat il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) ta’ glifosat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>istudji mitluba<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-talba tar-rikorrenti kienet tindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>r-RET ma [kienx] jinkludi s-sommarji pubbliċi tagħhom jew ma [kien] jinkludi ebda dettall tal-protokolli tagħhom jew tar-riżultati tagħhom, li [kienu] neċessarji sabiex tiġi evalwata l-affidabbiltà tagħhom, li [kien] kompitu li ma [kienx] jaqa’ biss fuq l-EFSA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[l]-informazzjoni mitluba [kienet] ir-rapport redatt dwar l-esperimenti fuq l-annimali u d-data kollha mhux ipproċessta jew data oħra anċillari ta’ dawn l-esperimenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, l-EFSA rrifjutat l-aċċess għall-istudji mitluba. L-EFSA semmiet li hija kienet ikkonsultat lill-proprjetarji tal-istudji mitluba b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija indikat li mill-pożizzjoni ta’ dawn tal-aħħar u mill-evalwazzjoni tagħha stess kien jirriżulta li dawn l-istudji kienu koperti bl-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, inkluż fir-rigward tal-proprjetà intellettwali, u li l-protezzjoni kompleta tagħhom kienet ukoll il-konsegwenza diretta tal-kwalifika tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 1107/2009. Hija qieset li l-iżvelar tal-istudji mitluba jkun juri l-kompetenza fil-qasam tal-perizzja xjentifika u l-istrateġija kummerċjali tal-proprjetarji tagħhom, inkluża l-kompetenza tagħhom fil-qasam tal-kumpilazzjoni tad-dossier, u jkun jikkomprometti l-interessi kummerċjali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-EFSA qalet ukoll li, fir-rigward tal-ibbilanċjar tal-interessi u l-verifika tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-istudji mitluba, l-interess tal-pubbliku li jkollu aċċess għall-informazzjoni xjentifika marbuta man-natura innokwa tas-sustanza attiva glifosat kien għal kollox issodisfatt bil-pubblikazzjoni tal-verżjoni pubblika tar-RET (disponibbli fuq is-sit internet tal-EFSA). L-EFSA rrifjutat li tiżvela lir-rikorrent l-istudji mitluba b’applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament relatati mat-trattament kunfidenzjali tad-data kummerċjali rċevuta bil-għan tal-evalwazzjoni xjentifika, bla ħsara għar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal‑<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba konfermattiva intiża sabiex l-EFSA tirrevedi l-pożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE>, l-EFSA kkonfermat ir-rifjut tagħha ta’ aċċess għall-istudji mitluba fuq il-bażi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 1107/2009. Hija indikat ukoll li dawn l-istudji ma kinux jikkostitwixxu informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors, peress li kien hemm dewmien fl-evalwazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, il-perijodu ta’ validità tal-approvazzjoni tagħha ttawlet sat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE> permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE> li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4‑D, Aċibenżolar-s-metil, Amitrol, Bentażon, Ċjalofop-butil, Dikwat, Esfenvalerat,<?PAGE NO="4"?> Famoksadon, Flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), Glifosat, Iprovalikarb, Isoproturon, Lambda-Ċjalotrina, Metalaksil-M, Metsulfuron-metil, Pikolinafen, Prosulfuron, Pimetrożina, Piraflufen-etil, Tijabendażol, Tifensulfuron-metil u Triasulfuron (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="276" PAGE.FIRST="48" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 276, p. 48</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva glifosat imwettqa mill-Istat Membru relatur fir-RET ġiet sottomessa għal peer review tal-EFSA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>peer review<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Il-konklużjonijiet tal-peer review ġew adottati fit‑<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE> u ppubblikati fit‑<DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056 tad‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE> li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perijodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="52" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 173, p. 52</REF.DOC.OJ>), estenda l-inklużjoni tal-glifosat fl-anness tar-Regolament Nru 540/2011 sal‑<DATE ISO="20171231">31 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fid-dawl tal-fatt li kien hemm dewmien fl-evalwazzjoni tas-sustanza u d-deċiżjoni relatata mat-tiġdid tal-approvazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>, l-EFSA adottat deċiżjoni ġdida konfermattiva li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE> u li tagħti lir-rikorrent aċċess parzjali għall-istudji mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’din id-deċiżjoni, l-EFSA ppreċiżat li l-istudji mitluba kienu ġew identifikati bħala s-segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>1991, Brooker et, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>The Effect of Glyphosate on Pregnancy of the Rabbit (Incorporates Preliminary Investigations)<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, Huntingdon Research Centre, date: 1991‑10‑14, Reference TOX95552393,</P></ITEM><ITEM><P>1996, Coles et, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Glyphosate technical: oral gavage teratology study in the rabbit Safepharm Laboratories Limited<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, Shardlow Business Park, dated 1996‑07‑04.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li ħadet inkunsiderazzjoni l-argumenti tar-rikorrent f’dan ir-rikors, l-EFSA ddeċidiet li tagħtih aċċess għad-data mhux ipproċessata u għall-konklużjonijiet (aggregati fit-tabelli u fid-dijagrammi) tal-istudji mitluba. Hija qieset li t-talbiet għal kunfidenzjalità mqajma mill-proprjetarji ta’ dawn l-istudji, fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009, ma kinux japplikaw għal din l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-ewwel nett, l-EFSA qieset li l-partijiet tal-istudji mitluba identifikati bħala dawk li jidħlu fil-lista ta’ informazzjoni li tista’ tippreġudika l-interessi kummerċjali tal-proprjetarji ta’ dawn l-istudji, fis-sens tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009, kellhom jiġu protetti konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni nett, l-EFSA qieset li l-informazzjoni dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kompetenza xjentifika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li tinsab fl-istudji mitluba, jiġifieri l-introduzzjoni, li tinkludi informazzjoni amministrattiva dwar dawn l-istudji, il-partijiet relatati mal-materjal u mal-metodi li jiġbru informazzjoni dwar il-lottijiet u l-metodi ta’ analiżi kienu wkoll koperti mill-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tielet nett, hija qieset li l-annessi u l-partijiet amministrattivi l-oħra tal-istudji mitluba, li jinkludu ċ-ċertifikazzjoni regolamentari ta’ dawn l-istudji mill-laboratorji speċjalizzati u li jinkludu d-dikjarazzjoni ta’ konformità mal-prattiki tajbin ta’ laboratorju, kif ukoll il-protokolli segwiti mill-proprjetarji ta’ dawn l-istudji, kienu protetti bis-saħħa ta’ din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-EFSA indikat ukoll li l-ismijiet u l-firem li jinsabu fl-istudji mitluba, li kienu għadhom ma sarux ta’ dominju pubbliku, kienu koperti mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-EFSA indikat li hija kienet wettqet l-ibbilanċjar tal-interessi konformement mar-Regolamenti Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006 u kienet ikkonkludiet li ma kien japplika ebda interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tal-istudji mitluba. Hija qieset li l-informazzjoni kkomunikata lir-rikorrent kienet tissodisfa l-ħtieġa ta’ għarfien tal-pubbliku u kienet tippermetti li tiġi rriprodotta<?PAGE NO="5"?> l-evalwazzjoni tagħha, filwaqt li jiġu protetti l-interessi tal-proprjetarji tal-istudji mitluba. Skont l-EFSA, id-data mhux ipproċessata u l-konklużjonijiet kienu suffiċjenti sabiex tiġi eżaminata bir-reqqa l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-istudji mitluba mwettqa meta ġie evalwat il-glifosat u tad-determinazzjoni tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>dożi mingħajr effett dannuż osservat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (DMEDO) isselezzjonati u, flimkien mal-informazzjoni diġà ppubblikata, kienu suffiċjenti biex jiġi vverifikat ir-rwol tagħhom fl-istabbiliment tal-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) propost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-EFSA qieset li l-partijiet tal-istudji mitluba li ma ġewx żvelati ma kinux jinkludu informazzjoni relatata mal-emissjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew mar-residwi tagħhom fl-ambjent, u lanqas ma kienu jinkludu informazzjoni relatata mal-emissjonijiet jew mar-rilaxxi tal-glifosat jew mal-effetti tagħhom fl-ambjent u li l-preżunzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 għaldaqstant ma kinitx applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat‑<DATE ISO="20171212">12 ta’ Diċembru 2017</DATE> li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament Nru 1107/2009 u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 540/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="333" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 333, p. 10</REF.DOC.OJ>), ġedded l-approvazzjoni tal-glifosat sal‑<DATE ISO="20221215">15 ta’ Diċembru 2022</DATE>, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20150119">19 ta’ Jannar 2015</DATE>, l-EFSA talbet sabiex il-proċedura tiġi sospiża fl-istennija tad-deċiżjonijiet li jikkonkludu l-istanzi fil-Kawża C‑673/13 P, Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe u fil-Kawża C‑442/14, Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting. Ir-rikorrent ma ressaqx osservazzjonijiet dwar din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, ir-Renju tal-Isvezja talab sabiex jintervjeni f’din il-proċedura insostenn tat-talbiet tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talba għal sospensjoni tal-proċedura, fuq il-bażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 77(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lir-Raba’ Awla, li lilha din il-kawża, konsegwentement, ġiet assenjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Wara l-għoti tas-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE> <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-proċedura tkompliet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talba għal intervent tar-Renju tal-Isvezja, li ppreżenta n-nota ta’ intervent tiegħu fit‑<DATE ISO="20170228">28 ta’ Frar 2017</DATE>. Ir-rikorrent u l-EFSA ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din in-nota fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali, din il-kawża ġiet assenjata lil Imħallef Relatur ġdid, sedenti fit-Tmien Awla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, l-EFSA informat lill-Qorti Ġenerali dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-rikorrent aġġusta t-talbiet tiegħu sabiex jikseb ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-EFSA u r-Renju tal-Isvezja ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar in-nota ta’ aġġustament tat-talbiet, rispettivament, fid‑9 ta’ Frar u d‑<DATE ISO="20180319">19 ta’ Marzu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat‑<DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fin-nota ta’ aġġustament tat-talbiet, ir-rikorrent, sostnut mir-Renju tal-Isvezja, talab lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE> u tas‑<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EFSA għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-EFSA titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-rikorrent iddeżista mit-talba tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFSA tat‑<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE>. Ir-rikorrent indika wkoll li huwa ma kienx qed jitlob l-iżvelar tal-ismijiet u tal-firem tal-persuni msemmija fl-istudji mitluba. Għalhekk, dan ir-rikors għandu jitqies li huwa intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iqajjem żewġ motivi fir-rikors u erba’ motivi ġodda fin-nota ta’ aġġustament tat-talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, sa fejn l-istudji mitluba jkunu jistgħu jiġu kkwalifikati bħala informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> skont din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 4 Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil‑<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas‑<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164M" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 164M, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), sa fejn l-EFSA ma evalwatx ir-riskju konkret ta’ preġudizzju li jikkawża l-iżvelar tal-istudji mitluba għall-interessi kummerċjali invokati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn l-EFSA ma rrikonoxxietx l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-istudji mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn l-EFSA naqset milli tibbilanċja l-interess tal-pubbliku li jkollu aċċess għall-informazzjoni ambjentali li tinsab fl-istudji mitluba mal-interess tal-kumpanniji li jipproteġu l-interessi kummerċjali tagħhom u/jew billi ffavorixxiet l-interess ekonomiku ta’ dawn il-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE> li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, u r-rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 327, p. 9</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="098" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 98, p. 7</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 227, p. 5</REF.DOC.OJ>), sa fejn l-EFSA ċaħdet l-interess pubbliku u l-interess tar-rikorrent li jiġġustifikaw l-iżvelar tal-istudji mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrent isostni li l-EFSA kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 billi ma rrikonoxxietx li l-istudji mitluba setgħu jiġu kkwalifikati bħala informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għall-iżvelar ta’ dokumenti, ibbażata fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ddikjarata fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, għandha tiġi eskluża minħabba l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri. Fil-fatt, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, l-iżvelar jitqies li jippreżenta interess pubbliku superjuri meta l-informazzjoni mitluba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Issa, l-istudji mitluba jikkostitwixxu, fir-rigward tal-glifosat, informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għaldaqstant imisshom ġew żvelati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluża l-proprjetà intellettwali,</P></ITEM><ITEM><P>proċedimenti fil-qrati u pariri legali,</P></ITEM><ITEM><P>l-iskop ta’ ispezzjonijiet, invesitgazzjoni u verifiki,</P></ITEM></LIST></P><P>jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-premessa 15 tar-Regolament Nru 1367/2006 tindika:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Fejn ir-Regolament […] Nru 1049/2001 jipprevedi eċċezzjonijiet, dawn għandhom japplikaw, bla ħsara għal kwalunkwe disposizzjoni aktar speċifika f’dan ir-Regolament dwar talbiet għal informazzjoni dwar l-ambjent. Ir-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku fl-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax emissjonijiet fl-ambjent. It-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>interessi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> jkopri ftehim ta’ konfidenzjalità konklużi minn istituzzjonijiet jew korpi li jaġixxu f’kapaċità bankarja.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Fir-rigward ta’ l-ewwel u t-tielet inċiżi ta’ l-Arikolu 4(2) tar-Regolament […] Nru 1049/2001, b’eċċezzjoni għal investigazzjonijiet, b’mod partikolari dawk dwar ksur possibli tal-liġi Komunitarja, għandu jitqies li jeżisti interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar fejn l-informazzjoni mitluba tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent. Fir-rigward ta’ l-eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament […] Nru 1049/2001, ir-raġunijiet għal rifjut għandu jiġi interpretat b’ mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku moqdi bil-kxif u jekk l-informazzjoni mitluba tkunx konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1367/2006 jżid mar-Regolament Nru 1049/2001 regoli speċifiċi dwar talbiet ta’ aċċess għal informazzjoni ambjentali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, jeħtieġ li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja indikat li mill-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li t-trasparenza tippermetti li tiġi kkonferita lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea leġittimità, effikaċja u responsabbiltà ikbar fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni f’sistema demokratika u li, billi tippermetti li jkun hemm dibattitu miftuħ dwar id-diverġenzi bejn numru ta’ opinjonijiet, hija tikkontribwixxi, barra minn hekk, sabiex iżżid il-fiduċja taċ-ċittadini tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:660">EU:C:2018:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ir-Regolament Nru 1049/2001 jikkontempla, kif jindikaw il-premessa 4 u l-Artikolu 1 tiegħu, l-għoti lill-pubbliku ta’ dritt ta’ aċċess l-iktar wiesa’ possibbli għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet. Bl-istess mod, ir-Regolament Nru 1367/2006 għandu l-għan, kif jipprevedi l-Artikolu 1 tiegħu, li jiggarantixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni u t-tixrid sistematiċi l-iktar wiesa’ possibbli tal-informazzjoni ambjentali fil-pussess tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:660">EU:C:2018:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa biss sa fejn dawn jidderogaw mill-prinċipju tal-l-iktar aċċess wiesa’ possibbli għal dawn id-dokumenti billi jirrestrinġu dan l-aċċess li l-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, b’mod partikolari dawk previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, għandhom, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġu interpretati u applikati strettament. In-neċessità ta’ tali interpretazzjoni restrittiva hija, barra minn hekk, ikkonfermata mill-premessa 15 tar-Regolament Nru 1367/2006 (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, billi tistabbilixxi preżunzjoni skont liema l-iżvelar ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, bl-eċċezzjoni ta’ dik relatata ma’ investigazzjonijiet, huwa meqjus li jippreżenta interess pubbliku superjuri meta mqabbel mal-interess ibbażat fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika, b’tali mod li l-protezzjoni tal-imsemmija interessi kummerċjali ma tistax tiġi invokata kontra l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tidderoga effettivament mir-regola ta’ bbilanċjar tal-interessi prevista fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Madankollu, l-imsemmija l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tippermetti għalhekk implimentazzjoni konkreta tal-prinċipju ta’ l-iktar aċċess wiesa’ possibbli għall-informazzjoni fil-pussess tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, b’tali mod li interpretazzjoni restrittiva ta’ din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Dan ifisser li istituzzjoni tal-Unjoni, adita b’talba ta’ aċċess għal dokument, ma tistax tiġġustifika r-rifjut tagħha li tiżvelah fuq il-bażi tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika, fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, meta l-informazzjoni li tinsab f’dan id-dokument tikkostitwixxi informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, hemm lok li jitfakkar li, f’dan il-każ, fid-deċiżjoni kkontestata, l-EFSA ġġustifikat ir-rifjut tagħha li tiżvela ċerti partijiet tal-istudji mitluba, fuq il-bażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi invokat il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-proprjetarji tal-istudji mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-istudji mitluba ġew iddefiniti mir-rikorrent, fit-talba tiegħu ta’ aċċess għad-dokumenti, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>iż-żewġ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>studji ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> użati sabiex jiġi ddeterminat il-[ADI] ta’ glifosat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Dawn huma żewġ studji ta’ tossiċità għall-iżvilupp użati fil-kuntest tat-talba għal tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Huwa paċifiku bejn il-partijiet li dawn iż-żewġ studji twettqu f’laboratorji fuq fenkiet tqal b’amministrazzjoni ta’ dożi għolja ta’ glifosat permezz ta’ sonda. Dawn l-istudji kellhom bħala għan li jevalwaw l-effetti fuq l-embrijun u l-iżvilupp tal-fetu fil-każ ta’ espożizzjoni għas-sustanza attiva glifosat u li jistabbilixxu d-doża mingħajr effett dannuż osservat (DMEDO) għat-tossiċità materna u l-iżvilupp tal-fetu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-partijiet jiftehmu wkoll fuq il-fatt li, abbażi tal-istudji mitluba, id-DMEDO ġiet stabbilita għal 50 mg għal kull kilogramma ta’ piż korporeu u għal kull jum (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>mg/kg pk/jum<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) u li l-ADI tal-glifosat, ikkalkolat fuq il-bażi tad-DMEDO billi jiġi applikat fattur ta’ sigurtà ta’ 100, ġie stabbilit fir-RET għal 0.5 mg/kg pk/jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2)(j) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20050223">23 ta’ Frar 2005</DATE> dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 70, p. 1</REF.DOC.OJ>), jiddefinixxi l-ADI bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-istima ta’ l-ammont ta’ sustanza fl-ikel, espressa fuq il-bażi tal-piż tal-ġisem, li tista’ tiġi nġerita kuljum matul il-ħajja sħiħa, mingħajr riskju notevoli għal xi konsumatur fuq il-bażi tal-fatti kollha magħrufa fiż-żmien tal-valutazzjoni, b’kont meħud tal-gruppi vulnerabbli fil-popolazzjoni (bħalma huma tfal u t-tfal mhux imwielda)<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-parti 2.6 tal-Volum 1 tar-RET, dwar l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali tas-sustanza attiva glifosat jirriżulta li DMEDO stabbilita mill-istudji mitluba ppermetta wkoll id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>doża ta’ referenza akuta<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (ARfD) stabbilita, billi jiġi applikat fattur ta’ sigurtà ta’ 100 għal 0.5 mg għal kull kilogramma ta’ piż korporeu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2)(i) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiddefinixxi d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>doża ta’ referenza akuta<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>l-istima ta’ l-ammont ta’ sustanza fl-ikel, espressa fuq il-bażi tal-piż tal-ġisem, li tista’ tiġi nġerita matul perjodu qasir ta’ żmien, normalment matul ġurnata waħda, mingħajr riskju notevoli għas-saħħa tal-konsumatur fuq il-bażi tad-data miġbura minn studji xierqa u b’kont meħud tal-gruppi vulnerabbli fil-popolazzjoni (bħalma huma t-tfal u t-tfal mhux imwielda)<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Minn naħa, jeħtieġ li jiġi osservat li l-istudji mitluba, li ġew ikkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>studji ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/> użati sabiex jiġi ddeterminat il-[ADI] ta’ glifosat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, jikkostitwixxu informazzjoni neċessarji li għandha tirriżulta fid-dossier ta’ tiġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1107/2009 jipprevedi li t-talba għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva għandha titressaq mill-produttur ta’ din is-sustanza lill-Istat Membru relattur u għandha tinkludi, b’mod partikolari, dossier li jiġbor l-informazzjoni fil-qosor u dossier komplet, stabbiliti konformement mal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-punt 3.1. tal-Anness II tar-Regolament Nru 1107/2009 jindika b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[i]d-dossiers ippreżentati skont l-Artikolu 7(1) għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit, fejn ikun rilevanti, il-[ADI], il-Livell Aċċettabbli tal-Espożizzjoni tal-Operaturi (AOEL) u d-Doża ta’ Referenza Akuta (ARfD).<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-istudji mitluba huma intiżi sabiex jiddeterminaw l-effetti tal-espożizzjoni tal-glifosat fuq is-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Skont il-punt 23 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1107/2009, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>testijiet u studji<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> huma ddefiniti bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>investigazzjonijiet jew l-esperimenti li l-għan tagħhom huwa li jiġu determinati l-proprjetajiet u l-imġiba ta’ sustanza attiva jew ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ibassru l-espożizzjoni għas-sustanzi attivi u/jew il-metaboliti rilevanti tagħhom, jiġu determinati l-livelli sikuri ta’ espożizzjoni u jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-użu sikur tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal‑<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE> li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="093" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 93, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprevedi li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 tal‑<DATE ISO="20110610">10 ta’ Ġunju 2011</DATE> li jimplimenta r-Regolament Nru 1107/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 155, p. 1</REF.DOC.OJ>), japplika għall-proċeduri ta’ tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva mibdija qabel il‑<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Għaldaqstant ir-Regolament Nru 544/2011 japplika għall-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tal-glifosat (ara l-punt 4 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>L-Anness għar-Regolament Nru 544/2011 jelenka r-rekwiżiti fil-qasam tad-data applikabbli għas-sustanzi attivi, konformement mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istudji tossikoloġiċi u tal-metaboliżmu, il-punt 5 tal-Anness għar-Regolament Nru 544/2011, jipprevedi b’mod partikolari fl-introduzzjoni tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>i)</NO.P><TXT>It-tagħrif ipprovdut, magħdud ma’ dak ippovdut għal tħejjija waħda jew aktar li jkun fiha s-sustanza attiva, għandu jkun biżżejjed sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni rigward ir-riskji għall-bniedem, assoċjati mat-tqandil u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva, u r-riskju għall-bniedem li jinħoloq mit-traċċi li jifdal fl-ikel u fl-ilma. Barra minn hekk, it-tagħrif ipprovdut irid ikun biżżejjed sabiex:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar jekk is-sustanza attiva tistax tiġi approvata,</P></ITEM><ITEM><P>jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet xierqa li jridu jiġu assoċjati ma’ kull approvazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>jiġu klassifikati s-sustanzi attivi skont il-periklu,</P></ITEM><ITEM><P>jistabbilixxi l-[ADI] rilevanti […] għall-bniedem,</P></ITEM><ITEM><P>jistabbilixxi l-[AOEL],</P></ITEM><ITEM><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, fir-rigward tal-istudji tat-tossiċità għall-iżvilupp, li minnhom jagħmlu parti l-istudji mitluba, il-punt 5.6.2 tal-Anness għar-Regolament Nru 544/2011 jindika:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>L-istudji rrapportati, meqjusin flimkien mad-dejta l-oħra rilevanti u t-tagħrif dwar is-sustanza attiva, iridu jkunu biżżejjed sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-effetti fuq l-iżvilupp embrijoniku u fetali, wara espożizzjoni mtennija għas-sustanza attiva, u b’mod partikolari jridu jkunu biżżejjed sabiex:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jidentifikaw l-effetti diretti u indiretti fuq l-iżvilupp embrijoniku u fetali li jirriżultaw mill-espożizzjoni għas-sustanza attiva,</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jistabbilixxu [d-DMEDO].<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-istudji mitluba, billi jippermettu li jiġu ddeterminati b’mod partikolari l-ADI u l-ArfD tal-glifosat, li jirrappreżentaw l-istima tal-kwantità ta’ ikel li jista’ jiġi inġerit, kuljum jew tul il-ħajja, mingħajr riskju għas-saħħa tal-konsumatur, jagħmlu parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva għas-saħħa tal-bniedem għall-finijiet tat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-glifosat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-informazzjoni li tinsab fl-istudji mitluba tikkostitwixxix informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, liema argument huwa kkontestat mill-EFSA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, EFSA ssostni li l-istudji mitluba ma jirrigwardawx emissjonijiet effettivi jew prevedibbli fl-ambjen u lanqas l-effetti ta’ tali emissjonijiet</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament Nru 1367/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(d) tal-istess regolament, jirriżulta essenzjalment li l-għan tal-imsemmi regolament huwa li jiġi ggarantit id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni rigward fatturi, bħall-emissjonijiet, li għandhom jew jista’ jkollhom effetti fuq l-elementi tal-ambjent, b’mod partikolari fuq l-arja, l-ilma u l-art. Issa, dan ma huwiex il-każ ta’ emissjonijiet purament ipotetiċi (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Madankollu, il-kunċett ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> ma tistax, attwalment, ikun limitat għas-sempliċi informazzjoni li tirrigwarda l-emissjonijiet effettivament irrilaxxati fl-ambjent waqt l-applikazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew tas-sustanza attiva inkwistjoni fuq il-pjanti jew fl-art, liema emissjonijiet jiddependu b’mod partikolari mill-kwantitajiet ta’ prodott effettivament użati mill-agrikolturi kif ukoll mill-kompożizzjoni eżatta tal-prodott finali kkumerċjalizzat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>B’dan il-mod, taqa’ wkoll taħt l-imsemmi kunċett l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet prevedibbli tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew tas-sustanza attiva inkwistjoni fl-ambjent, f’kundizzjonijiet normali jew realistiċi ta’ użu ta’ dan il-prodott jew ta’ din is-sustanza li jikkorrispondu għal dawk li għalihom tingħata l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-imsemmi prodott jew tal-imsemmija sustanza u li jipprevalu fiż-żona fejn dan il-prodott jew din is-sustanza huma intiżi li jintużaw (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li t-tqegħid fis-suq ta’ prodott jew ta’ sustanza ma jkunx biżżejjed b’mod ġenerali sabiex jitqies li dan il-prodott jew din is-sustanza jiġu rrilaxxati neċessarjament fl-ambjent u li l-informazzjoni li tikkonċerna l-imsemmi prodott jew sustanza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, il-każ<?PAGE NO="12"?> huwa differenti fir-rigward ta’ prodott, bħal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u sustanzi li dan il-prodott jinkludi, li huma, fil-kuntest ta’ użu normali, intiżi sabiex jiġu rrilaxxati fl-ambjent minħabba l-funzjoni nnifisha tagħhom. F’dan il-każ, l-emissjonijiet prevedibbli, f’kundizzjonijiet normali jew realistiċi ta’ użu, tal-prodott inkwistjoni, jew tas-sustanzi li dan il-prodott jinkludi, fl-ambjent ma humiex ipotetiċi u jaqgħu taħt il-kunċett ta’ emissjonijiet fl-ambjent fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li sustanza attiva li tinsab fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-glifosat, hija, fil-kuntest tal-użu normali tagħha, intiża li tiġi rrilaxxata fl-ambjent minħabba l-funzjoni stess tagħha u l-emissjonijiet prevedibbli ma jistgħux, għalhekk, jitqiesu li huma purament ipotetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-emissjonijiet ta’ glifosat ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala emissjonijiet prevedibbli biss. Fil-fatt, l-istudji mitluba jagħmlu parti mid-dossier ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-glifosat ġie inkluż bħala sustanza attiva mill‑<DATE ISO="20020701">1 ta’ Lulju 2002</DATE>. Minn din id-data, il-glifosat ġie awtorizzat fl-Istati Membri u ġie effettivament użat fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Kif tindika l-premessa 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/2324, il-glifosat huwa wieħed mill-erbiċidi li l-iktar jintużaw fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-emissjonijiet tal-glifosat fl-ambjent huma għalhekk reali. Din is-sustanza attiva hija preżenti b’mod partikolari taħt forma ta’ residwi fil-pjanti, l-ilma u l-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>L-istudji mitluba huma, għalhekk, studji intiżi sabiex tiġi stabbilita t-tossiċità ta’ sustanza attiva li hija effettivament preżenti fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għalhekk, l-EFSA ma tistax issostni li l-istudji mitluba ma jirrigwardaw la emissjonijiet reali u lanqas l-effetti ta’ emissjonijiet reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-EFSA ssostni li l-istudji mitluba saru sabiex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet perikolużi tal-glifosat u mhux sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ emissjonijiet li jista’ jiġi awtorizzat u li, għalhekk, huma ma għandhomx bħala għan li jevalwaw l-emissjonjiet effettivi jew prevedibbli. Rabta ma’ emissjonijiet fl-ambjent ma hijiex biżżejjed sabiex dawn l-istudji jkunu koperti mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, filwaqt li ma hemmx lok li tiġi adottata interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, dan il-kunċett ma jistax madankollu jinkludi l-informazzjoni kollha li għandha xi tip ta’ rabta, anki diretta, ma’ emissjonijiet fl-ambjent. Fil-fatt, kieku l-imsemmi kunċett kellu jiġi interpretat fis-sens li jkopri tali informazzjoni, huwa jeżawrixxi fil-parti l-kbira l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>informazzjoni dwar l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament Nru 1367/2006. Tali interpretazzjoni tneħħi, b’dan il-mod, kull effett utli mill-possibbiltà, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, għall-istituzzjonijiet li jirrifjutaw l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-ambjent għar-raġuni, b’mod partikolari, li tali żvelar jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika u jqiegħed f’periklu l-ekwilibriju li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jiżgura bejn l-għan ta’ trasparenza u l-protezzjoni ta’ dawn l-interessi. Din l-interpretazzjoni tkun tippreġudika b’mod sproporzjonat ukoll il-protezzjoni tas-sigriet professjonali ggarantit mill-Artikolu 339 TFUE (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Madankollu, jeħtieġ li jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 55 iktar ’il fuq, ir-Regolament Nru 1367/2006 għandu, konformement mal-Artikolu 1 tiegħu, l-għan li jiggarantixxi tqegħid għad-dispożizzjoni u rilaxx sistematiċi kemm jista’ jkun wiesa’ tal-informazzjoni ambjentali. Fil-fatt, essenzjalment mill-premessa 2 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali ggarantit minn dan ir-regolament huwa intiż b’mod partikolari sabiex jiffavorixxi parteċipazzjoni iktar effikaċi tal-pubbliku għall-proċess deċiżjonali b’mod li jissaħħaħ l-obbligu tal-istanzi kompetenti li jkunu trasparenti fil-kuntest tal-għoti ta’ deċiżjoni bil-għan li titrawwem il-kuxjenza fost l-opinjoni pubblika u tinkiseb l-adeżjoni tagħha għad-deċiżjonijiet adottati (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:660">EU:C:2018:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, sabiex jiżgura ruħu li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-ambjent huma fondati u li jipparteċipa b’mod effettiv fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni li tippermettilu jivverifika jekk l-emissjonijiet ġewx evalwati korrettament u għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jifhem raġonevolment il-mod li bih l-ambjent għandu mnejn jiġi affettwat mill-imsemmija emissjonijiet. Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li kien hemm lok li tiġi inkluża fil-kunċett ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> l-informazzjoni li tippermetti lill-pubbliku jivverifika jekk l-evalwazzjoni tal-emissjonijiet effettivi jew prevedibbli, li fuq il-bażi tagħha l-awtorità kompetenti awtorizzat il-prodott jew is-sustanza inkwistjoni, kienet korretta, kif ukoll id-data relatata mal-effetti ta’ dawn l-emissjonijiet fuq l-ambjent (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-kunċett ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, ma huwiex limitat għall-informazzjoni li tippermetti li jiġu evalwati l-emissjonijiet inkwantu tali, iżda jirrigwarda wkoll l-informazzjoni relatata mal-effetti ta’ dawn l-emissjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tat preċiżazzjonijiet fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>tagħrif dwar l-emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 huwa intiż sabiex jimplimenta l-Artikolu 4(4)(d) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li d-dispożizzjonijiet tagħha jagħmlu parti sħiħa mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180315">15 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>North East Pylon Pressure Campaign u Sheehy</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:185">EU:C:2018:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Din il-konvenzjoni tagħti supremazija lill-atti tad-dritt idderivat tal-Unjoni, li għandhom jiġu interpretati, sa fejn possibbli, f’konformità magħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Bosphorus Queen Shipping,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑15/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:557">EU:C:2018:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>B’hekk, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-Konvenzjoni ta’ Aarhus għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/4 (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tar-Regolament Nru 1367/2006 (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:889">EU:C:2016:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi osservat li l-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 2003/4 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 huma intiżi sabiex jimplimentaw l-istess dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali Szpunar, fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:778">EU:C:2016:778</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>),ikun ideali li tiġi żgurata koerenza fl-interpretazzjoni ta’ dawn iż-żewġ atti (id-Direttiva 2003/4 u r-Regolament Nru 1367/2006) sa fejn jimplimentaw l-istess dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Huwa raġonevoli li jiġi kkunsidrat, sakemm ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja espliċita, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jimplimenta din il-konvenzjoni b’mod uniformi fid-dritt tal-Unjoni, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għalhekk, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li l-interpretazzjoni kkunsidrata mill-Qorti tal-Ġustizzj, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>tagħrif dwar l-emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> fid-dawl tal-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 2003/4, tapplika wkoll għall-kunċett ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-pubbliku kellu jkollu aċċess mhux biss għall-informazzjoni dwar l-emissjonijiet inkwantu tali, iżda wkoll għal dik li tirrigwarda l-konsegwenzi ftit jew wisq fit-tul ta’ dawn l-emissjonijiet fuq l-istat tal-ambjent, bħall-effetti tal-imsemmija emissjonijiet fuq l-organiżmi mhux fil-mira. Fil-fatt, l-interess tal-pubbliku li jaċċedi għall-informazzjoni relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent huwa preċiżament mhux biss li jsir jaf x’jiġi rrilaxxat jew x’jista’ jiġi prevedibbilment irrilaxxat fl-ambjent, iżda wkoll li jifhem il-mod kif l-ambjent jgħaddi mir-riskju li jiġi affetwat mill-emissjonijiet inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għalhekk il-kunċett ta’ informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri mhux biss l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet inkwantu tali, jiġifieri l-indikazzjonijiet rigward in-natura, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-data u l-post ta’ dawn l-emissjonijiet, iżda wkoll id-data relatata mal-effetti ftit jew wisq fit-tul ta’ dawn l-emissjonijiet fuq l-ambjent (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, billi jippermettu li jiġu ffissati d-DMEDO u l-ADI tal-glifosat, jiġifierid-doża massima ta’ espożizzjoni għas-sustanza attiva li għaliha ma huwa osservat ebda effett dannuż kif ukoll il-kwantità stmata tas-sustanza li tista’ tiġi inġerita ta’ kuljum matul il-ħajja mingħajr riskju perċepibbli għall-konsumatur, l-istudji mitluba għandhom jiġu jitqiesu, konformement mad-definizzjoni tal-punt 23 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1107/2009 li taw lok sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>jiġu determinati l-livelli sikuri ta’ espożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> u sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-użu sikur<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tal-glifosat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punt 5 tar-Regolament Nru 544/2011 jirriżulta li billi l-istudji mitluba jippermettu li tiġi ffissata l-ADI tal-glifosat, dawn jikkostitwixxu informazzjoni li tippermetti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>evalwazzjoni rigward ir-riskji għall-bniedem, assoċjati mat-tqandil u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, kif ukoll mar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>riskju għall-bniedem li jinħoloq mit-traċċi li jifdal fl-ikel u fl-ilma<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>. B’mod iktar preċiż, l-istudji mitluba, inkwantu studji tat-tossiċità għall-iżvilupp, għandhom bħala għan, skont il-punt 5.6.2 tal-Anness għar-Regolament Nru 544/2011, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>jidentifikaw l-effetti diretti u indiretti fuq l-iżvilupp embrijoniku u fetali li jirriżultaw mill-espożizzjoni għas-sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-istudji mitluba, billi jistabbilixxu d-DMEDO, li fuq il-bażi tagħhom ġew ikkalkolati l-ADI u l-ArfD, ippermettew li jiġu ddeterminati l-limiti li fihom il-glifosat, meta jkun preżenti fil-prodotti tal-ikel, ma jippreżentax riskju, ftit jew wisq fit-tul, għas-saħħa tal-bniedem, u għaldaqstant li jiġu ffissati l-valuri differenti relatati mal-effett tal-emissjonijiet ta’ glifosat fuq is-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif josserva r-Renju tal-Isvezja, l-ADI tirrappreżenta limitu ta’ espożizzjoni mingħajr riskju fit-tul għall-konsumaturi. Għalhekk, jekk l-użu tagħha jew tar-residwi ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jeċċedi l-ADI, huma jitqiesu li huma dannużi għas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-EFSA tirrikonoxxi li l-ADI tagħmel parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni tar-riskji għall-finijiet tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, li jirrikjedi li l-kundizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1107/2009 jiġu ssodisfatti. Hija tindika li, f’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi evalwat jekk is-sustanza attiva jew ir-residwi tagħha fihomx effetti dannużi għas-saħħa tal-bniedem. L-EFSA tosserva li, fi stadju inizjali, il-valur tossikoloġiku ta’ referenza użat sabiex tiġi evalwata l-espożizzjoni fit-tul tal-bnedmin huwa l-ADI, ikkalkolat fuq il-bażi tad-DMEDO u li, fi stadju sussegwenti, l-espożizzjoni għas-sustanza attiva u għar-residwi tagħha hija evalwata u pparagunata mal-ADI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Issa, mill-peer review jirriżulta u huwa paċifiku bejn il-partijiet, li, fuq il-bażi tal-istudji mitluba, l-ADI tal-glifosat marret minn 0.3 mg/kg pk/jum meta kien hemm l-ewwel approvazzjoni tal-glifosat, għal 0.5 mg/kg pk/jum meta ġġedded l-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Żieda fl-ADI tfisser il-possibbiltà ta’ żieda fir-residwi tal-glifosat meqjusa li huma mingħajr effett dannuż fuq is-saħħa. Kif josserva r-Renju tal-Isvezja, żieda fl-ADI għandha bħala konsegwenza li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw residwi ta’ glifosat ogħla fl-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-EFSA ssostni li d-dożi amministrati lill-vertebrati fil-laboratorju ma humiex ekwivalwnti għad-dożi li magħhom jidħlu f’kuntatt il-bnedmin meta jużaw is-sustanza u li dawn l-istudji mwettqa fil-laboratorju huma indipendenti mill-mod ta’ użu mistenni u ma jikkorrispondux għal kundizzjonijiet realistiċi. Il-kundizzjonijiet għall-espożizzjoni użati fl-istudji fil-laboratorju ma humiex paragunabbli mal-firxa ta’ espożizzjonijiet tal-bniedem u tal-ambjent għall-bexx tal-glifosat skont il-prattiki agrikoli tajbin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Ċertament, f’dan il-każ, huwa paċifiku li l-istudji mitluba twettqa fil-laboratorju fuq fenkiet tqal b’amministrazzjoni ta’ dożi għolja ta’ glifosat permezz ta’ sonda li ma jikkorrispondux għal dawl li għalihom bniedem huwa suġġett waqt użu normali ta’ din is-sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti al-Ġustizzja ddeċidiet li dak li huwa rilevanti ma huwiex tant li d-data inkwistjoni ġejja minn studji mwettqa għalkollox jew parzjalment fuq l-art jew f’laboratorju, jew inkella mill-eżami tat-trażlokazzjoni, iżda li l-imsemmija studji għandhom bħala għan li jevalwaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, jiġifieri, l-emissjonijiet konkreti jew prevedibbli tal-prodott jew tas-sustanza inkwistjoni fl-ambjent f’ċirkustanzi li jirrappreżentaw kundizzjonijiet normali jew realistiċi ta’ użu ta’ dan il-prodott jew ta’ din is-sustanza, jew li janalizzaw l-effetti ta’ dawn l-emissjonijiet (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>B’dan il-mod, data estratta minn testijiet li għandhom l-għan li jistudjaw l-effetti tal-użu ta’ doża tal-prodott jew tas-sustanza inkwistjoni li hija kunsiderevolment ogħla mid-doża massima li għaliha hija mogħtija l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq u li ser tintuża fil-prattika, jew f’konċentrazzjoni ħafna ogħla, meta tali data tkun tirrigwarda emissjonijiet mhux prevedibbli f’kundizzjonijiet normali jew realistiċi ta’ użu ma tikkostitwixxix b’mod partikolari informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>dwar l-emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, studji intiżi sabiex jistabbilixxu t-tossiċità, l-effetti u aspetti oħra ta’ prodott jew ta’ sustanza fil-kundizzjonijiet realistiċi l-iktar sfavorevoli li jistgħu raġonevolment ikunu preżenti, kif ukoll studji mwettqa f’kundizzjonijiet l-iktar qrib possibbli għall-prattika agrikola normali u kundizzjonijiet li jipprevalu fiż-żona fejn dan il-prodott jew din is-sustanza ser jintużaw jaqgħu taħt<?PAGE NO="16"?> il-kunċett ta’ informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>dwar l-emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience u Stichting De Bijenstichting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:890">EU:C:2016:890</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex studji jkunu jistgħu jiġu kkwalifikati bħala informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, ma humiex daqstant neċessarji l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ dawn l-istudji, b’mod partikolari jekk ikunux twettqu fl-aboratorji jew le, iżda pjuttost l-għan tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>B’hekk, l-EFSA ma tistax issostni li, ladarba d-dożi għolja użati fl-istudji mitluba biex tiġi stabbilita l-ADI ma jikkorrispondux għal dawk rilaxxati effettivament fl-ambjent, l-istudji mitluba ma humiex marbuta mal-użi mistennija u għalhekk huma purament teoretiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan ikun ifisser li l-istudji mitluba stabbilixxew id-DMEDO għall-bniedem, li minnhom ġiet ikkalkolata l-ADI, minn data purament ipotetika li ma għandha ebda relazzjoni mal-mod li bih il-glifosat ikollu effett fuq bnedmin meta dan jintuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argument tal-EFSA, li l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-isudji mitluba ma humiex marbuta mal-emissjonijiet, ma huwiex rilevanti. Ma humiex daqstant neċessarji l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-istudji mitluba iżda pjuttost l-għan tagħhom, li għandu jiġi ddefinit mid-DMEDO, li servew bħala bażi għall-istabbiliment tal-ADI, kif ukoll tal-ArfD. Għalhekk l-għan tal-istudji mitluba huwa li jiġu ddeterminati l-limiti li jekk jinqabżu l-espożizzjoni għas-sustanza attiva glifosat tippreżenta riskji għas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi l-istudji mitluba jippermettu li tiġi ddefinita d-doża massima ta’ espożizzjoni għall-glifosat li jekk tinqabeż ir-residwi tas-sustanza attiva jitqiesu li jkunu dannużi għas-saħħa tal-bniedem, dawn jikkostitwixxu studji intiżi sabiex tiġi ddeterminata t-tossiċità tal-glifosat taħt l-iktar kundizzjonijiet realistiċi sfavoreli li jistgħu raġonevolment jirriżultaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 91 iktar ’il fuq, li skontha l-pubbliku għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jifhem b’mod raġonevoli l-mod kif l-ambjent jgħaddi mir-riskju li jiġi raġonevolament affetwat mill-emissjonijiet, hemm lok li jitqies li l-aċċess tar-rikorrent għall-istudji mitluba jkun jippermettilu jifhem il-mod kif is-saħħa tal-bniedem jgħaddi mir-riskju li jiġi affetwat mir-rilaxxi ta’ glifosat fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Mill-punti preċedenti jirriżulta li l-istudji mitluba għadhom jitqiesu li jikkostitwixxu informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għalhekk, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-iżvelar tagħha titqies li tippreżenta interess pubbliku superjuri u l-EFSA ma setgħetx tirrifjuta l-iżvelar tagħha minħabba li dan ikun jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-proprjetarji tal-istudji mitluba, fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li ma huwiex rilevanti l-argument tal-ESFA li, ġaladarba l-partijiet mill-istudji mitluba li ġew żvelati jippermettu li jiġi vverifikat ir-riżultat tal-istudji jew tal-evalwazzjoni mwettqa, l-aċċess għall-istudji kompleti ma huwiex neċessarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-deċiżjoni kkontestata, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-EFSA indikat li l-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 kien jinkludi lista mhux eżawrjenti ta’ informazzjoni sensittiva li l-iżvelar tagħha kienet bħala prinċipju meqjusa li tipprekludi l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati. Hija qieset li l-partijiet tal-istudji identifikati bħala li jidħlu f’din il-lista kellhom jiġu protetti konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Minn naħa, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-EFSA ma tispeċifikax liema partijiet mill-istudji mitluba kienu ġew identifikati bħala li jidħlu fil-lista tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li, fir-rigward tal-informazzjoni relatata mal-ismijiet u mal-indirizzi tal-persuni li jipprattikaw testijiet fuq il-vertebrati, imsemmija f l-Artikolu 63(2)(g) tar-Regolament Nru 1107/2009, l-EFSA indikat espliċitament li dawn kienu protesti bis-saħħa tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001. Issa, jeħtieġ li jitfakkar li din l-informazzjoni ma hijiex is-suġġett tar-rikors preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-EFSA ma tindikax liema informazzjoni li tinsab fl-istudji mitluba tagħmel parti minn waħda mill-eċċezzjonijiet l-oħra li jinsabu fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi osservat li t-tabella li tinsab annessa mad-deċiżjoni kkontestata, li tindika liema partijiet mill-istudji mitluba ġew żvelati jew le u għal liema raġuni, tagħmel riferiment għall-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 biss fir-rigward tal-partijiet minn dawn l-istudji li ġew żvelati, jiġifieri t-titolu, il-werrej u t-tabelli, dijagrammi u annessi li għandhom data mhux ipproċessata tal-istudji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-EFSA tindika espliċitament, fid-deċiżjoni kkontestata, li hija applikat l-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 fil-kuntest tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Issa, mill-punti preċedenti jirriżulta li l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ma tistax tiġi invokata sabiex jiġi kkontestat l-iżvelar tal-istudji mitluba li jitqiesu li jikkostitwixxu informazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jitqies li l-EFSA ma ġġustifikatx l-applikazzjoni tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti kollha preċedenti, hemm lok li jintlaqa’ l-ewwel motiv u, għaldaqstant, li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tirrifjuta l-iżvelar tal-istudji kollha mitluba, bl-eċċezzjoni tal-ismijiet u firem tal-persuni li jissemmew fihom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Peress li l-EFSA tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, konformement mat-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Għalhekk, ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel tas‑<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE> li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE> u li tagħti aċċess parzjali għal żewġ studji ta’ tossiċità li jirrigwardaw is-sustanza attiva glifosat, stabbiliti fil-kuntest tal-proċedura ta’<?PAGE NO="18"?> tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva hija annullata sa fejn l-EFSA tirrifjuta l-iżvelar ta’ dawn l-istudji kollha, bl-eċċezzjoni tal-ismijiet u tal-firem tal-persuni li jissemmew fihom.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-EFSA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Anthony Tweedale.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>De Baere</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>