26.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10565 — VOLKSWAGEN / TRINITY / EUROPCAR)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 172/02)

1.   

Fid-19 ta’ April 2022 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Volkswagen Aktiengesellschaft (“VWAG”, il-Ġermanja),

—

Trinity Investments Designated Activity Company (“Trinity”, l-Irlanda), ġestita minn Attestor Limited (ir-Renju Unit),

—

Europcar Mobility Group, S.A (“Europcar”, Franza).

VWAG u Trinity jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Europcar kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-20 ta’ Settembru 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Prinċipalment, VWAG hija attiva fl-iżvilupp, fil-manifattura u fid-distribuzzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda, vetturi kummerċjali ħfief u trakkijiet ġodda, kif ukoll il-forniment ta’ kiri ta’ karozzi u servizzi oħra ta’ mobbiltà,

—

Trinity hija kumpanija ta’ investiment privata stabbilita bil-għan li ssegwi ċerti opportunitajiet ta’ investiment, b’mod partikolari f’kumpaniji fl-istadju tat-tkabbir,

—

Prinċipalment, Europcar hija attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ kiri ta’ karozzi għal żmien qasir, kif ukoll servizzi oħra ta’ mobbiltà u l-bejgħ ta’ vetturi użati lil rivendituri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

Każ M.10565 — VOLKSWAGEN / TRINITY / EUROPCAR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).