European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2259

12.10.2026

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/2259

tad-9 ta’ Ottubru 2026

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (PESK) 2026/2242 tad-9 ta’ Ottubru 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (3).

(2)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”), fir-Riżoluzzjoni 2292 (2016) tiegħu, awtorizzat lill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, li jaġixxu nazzjonalment jew permezz ta’ organizzazzjonijiet reġjonali, biex jispezzjonaw fl-ibħra miftuħa ’l barra mill-kosta tal-Libja kwalunkwe bastiment li jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li qed iġorr armi jew materjal relatat lejn jew mil-Libja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-NU fuq il-Libja. Dik ir-Riżoluzzjoni pprevediet ukoll li, mal-iskoperta matul tali spezzjonijiet ta’ oġġetti pprojbiti mill-embargo fuq l-armi tan-NU fuq il-Libja, li l-Istati Membri tan-NU għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu minn tali oġġetti.

(3)

Fil-25 ta’ Novembru 2025, ir-Riżoluzzjoni 2804 (2025) tal-KSNU estendiet ulterjorment b’sitt xhur l-awtorizzazzjoni oriġinarjament stabbilita fir-Riżoluzzjoni 2292 (2016) tal-KSNU. Dik l-awtorizzazzjoni kienet tapplika sal-25 ta’ Mejju 2026, peress li l-KSNU ma estendihiex ulterjorment. Konsegwentement ir-referenzi fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u r-Regolament (UE) 2016/44 għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) jeħtieġ li jitneħħew.

(4)

Fid-9 ta’ Ottubru 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/2242, li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 skont dan.

(5)

Bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-emenda fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) 2016/44, jitħassar l-Artikolu 22a.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

S. HARRIS


(1)   ĠU L, 2026/2242, 12.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2242/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/44/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1333/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/2259/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)