31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8773 — LetterOne/BASF/Wintershall DEA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 38/08)

1.   

Fl-24 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

LetterOne Holdings (“LetterOne”, il-Lussemburgu),

—

BASF S.E. (“BASF”, il-Ġermanja),

—

Wintershall DEA, li se jkun ikkontrollat b’mod konġunt minn LetterOne u BASF.

LetterOne u BASF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Wintershall DEA.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   LetterOne: kumpanija azzjonarja ta’ investiment privat li tiffoka fuq l-investimenti fis-settur tal-enerġija. LetterOne hija s-sid tad-DEA Deutsche Erdoel AG, kumpanija internazzjonali tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass,

—   BASF: attiva prinċipalment fis-settur tal-kimika, b’portafoll maqsum f’sustanzi kimiċi, prodotti ta’ prestazzjoni, materjali u soluzzjonijiet funzjonali, soluzzjonijiet agrikoli, u żejt u gass. BASF hija s-sid ta’ Wintershall Holding GmbH li hija attiva fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass inter alia fl-Ewropa,

—   Wintershall DEA: se tgħaqqad in-negozju ta’ Wintershall u tad-DEA u se tkun attiva prinċipalment fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass u, sa ċertu punt, fit-trasport tal-gass.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8773 — LetterOne/BASF/Wintershall DEA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-mail, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).