Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VII - DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu III-436
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0184 - 0185
Artikolu III-436 1. Il-Kostituzzjoni m'għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tar-regoli li ġejjin: a) ebda Stat Membru m'għandu jkun obbligat jagħtu informazzjoni li jikkunsidra li l-iżvelar tagħha tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu; b) kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa biex jipproteġi l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu, u li jkollhom x'jaqsmu mal-manifattura jew il-kummerċ ta' armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri m'għandhomx jolqtu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-skopijiet speċifikament militari. 2. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista', b'mod unanimu jadotta deċiżjoni Ewropea li tagħmel bidliet għal-lista tal- 15 ta' April 1958, tal-prodotti li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(b). --------------------------------------------------