<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-102/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0102</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:34">EU:C:2019:34</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190117">17.1.2019</DATE> – Kawża C-102/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Brisch</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 650/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 65(2)</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat ta’ suċċessjoni Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal ċertifikat</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru°1329/2014</KEYWORD><KEYWORD>Natura obbligatorja jew fakultattiva ta’ formola stabbilita skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑102/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Köln, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180206">6 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, fil-kawża mressqa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Klaus Manuel Maria Brisch</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. Toader (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn Z. Fehér u G. Koós kif ukoll minn A. Pokoraczki, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn S. Hartikainen, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u M. Heller, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 201, p. 107</REF.DOC.OJ>), u tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-<DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE> li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="359" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 359, p. 30</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura mibdija minn Klaus Manuel Maria Brisch, fil-kwalità tiegħu ta’ eżekutur testamentarju tal-mejta Maria Therese Trenk, quddiem l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln, il-Ġermanja), sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ suċċessjoni Ewropew.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 650/2012</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 59 tar-Regolament Nru 650/2012, l-għan ġenerali ta’ dan ir-Regolament huwa r-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Dan ir-Regolament joħloq Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (minn hawn ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>iċ-Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li għandu jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor u għandu jipproduċi l-effetti elenkati fl-Artikolu 69.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 65 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Applikazzjoni għal Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi fil-paragrafi (1) u (2):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="065.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-Ċertifikat għandu jinħareġ fuq applikazzjoni minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 63(1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>l-applikant<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="065.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, l-applikant jista’ juża l-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 650/2012 jispeċifika li t-talba għal ċertifikat tinkludi informazzjoni elenkata f’din id-dispożizzjoni, sa fejn l-applikant ikollu għarfien tagħha u sa fejn din tkun meħtieġa sabiex l-awtorità emittenti tkun tista’ tiċċertifika l-elementi li l-applikant jixtieq li jiġu ċċertifikati, u għandha tkun akkumpanjata mill-oriġinal tad-dokumenti kollha rilevanti, jew minn kopji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 66(1) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Meta tirċievi l-applikazzjoni l-awtorità emittenti għandha tivverifika l-informazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti u evidenza oħra pprovduti mill-applikant. Hija għandha twettaq l-inkjesti meħtieġa għal dik il-verifika minn jeddha fejn dan ikun previst jew awtorizzat mil-liġi tagħha proprja jew għandha tistieden lill-applikant jipprovdi kwalunkwe evidenza oħra li hija tqis meħtieġa.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 67 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ħruġ taċ-Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-awtorità emittenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat mingħajr dewmien f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan il-Kapitolu meta l-elementi li għandhom jiġu ċċertifikati jkunu ġew stabbiliti skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni jew skont kwalunkwe liġi oħra applikabbli għal elementi speċifiċi. Hija għandha tuża l-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fl-Artikoli 46, 59, 60, 61, 65 u 67. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 81(1) tar-Regolament Nru 650/2012 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-[Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 55, p. 13</REF.DOC.OJ>)].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1329/2014</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-formola li trid tintuża għall-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni msemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 4 bħala l-Formola IV.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont il-parti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Avviż lill-applikant<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-formola IV fl-Anness 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Din il-formola mhux obbligatorja tista’ tiffaċilita l-ġbir ta’ informazzjoni meħtieġa biex jinħareġ iċ-[ċ]ertifikat.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>M. T. Trenk, ċittadina Ġermaniża, li l-aħħar residenza abitwali tagħha kienet f’Köln (il-Ġermanja), mietet fit-<DATE ISO="20170602">2 ta’ Ġunju 2017</DATE>. Il-konjuġi, il-ġenituri u ħuha mietu qabilha. Peress li ma kelliex tfal, l-uniċi werrieta tagħha li għadhom ħajjin huma id-dixxendenti ta’ ħuha mejjet. M. T. Trenk kellha beni immobbli sitwati fil-Ġermanja, fl-Italja u fl-Isvizzera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ testment notarili tas-<DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li nfetaħ fl-<DATE ISO="20170801">1 ta’ Awwissu 2017</DATE>, M. T. Trenck annullat it-testmenti preċedenti tagħha, u ddenominat lil Congregazione Benedettina Sublacenze, stabbilita f’Ruma, bħala l-legatarja unika tagħha u lil K. M. M. Brisch bħala l-eżekutur testamentari tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65(1) tar-Regolament Nru 650/2012, K. M. M. Brisch, fuq il-bażi ta’ att notarili tal-<DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>, ippreżenta, fis-<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE>, quddiem l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln), talba sabiex jikseb ċertifikat tas-suċċessjoni Ewropew, fir-rigward tal-beni tal-mejta li jinsabu fl-Italja, mingħajr ma għamel użu mill-formola li tinsab fl-Anness 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>formola IV<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20171023">23 ta’ Ottubru 2017</DATE>, l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln) talbet lil K. M. M. Brisch juża l-formola IV u jinkludiha fil-fajl tat-talba għal ċertifikat. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20171107">7 ta’ Novembru 2017</DATE>, dan tal-aħħar irrifjuta li jikkonforma ma’ din it-talba, billi sostna li kellu l-possibbiltà u mhux l-obbligu li juża din il-formola. B’digriet tas-<DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE>, din il-qorti ċaħdet it-talba għal ċertifikat minħabba li K. M. M. Brisch ma kienx uża l-formola IV u li għaldaqstant din it-talba ma ġietx ippreżentata fil-forma valida u debita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20171202">2 ta’ Diċembru 2017</DATE>, K. M. M. Brisch ippreżenta rikors quddiem l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln), billi sostna li kemm mill-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012 kif ukoll mill-formola IV innifisha jirriżulta li l-użu ta’ din tal-aħħar huwa fakultattiv. Huwa indika wkoll li din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mid-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 67(1) ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li l-użu tal-formola V, li hija elenkata fl-Anness 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014, huwa obbligatorju. Skont K. M. M. Brisch, jekk fil-kuntest tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried irendi obbligatorju l-użu tal-formola IV, huwa seta’ jifformola din id-dispożizzjoni bl-istess termini bħal dawk tat-tieni sentenza tal-Artikolu 67(1) ta’ dan ir-regolament. B’digriet tal-<DATE ISO="20171214">14 ta’ Diċembru 2017</DATE>, din il-qorti ċaħdet dan ir-rikors u bagħtet il-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex tingħata deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi l-pożizzjoni tal-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln), li tipprovdi li l-użu obbligatorju tal-formola IV tirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014, li hija <HT TYPE="ITALIC">lex</HT> <HT TYPE="ITALIC">specialis</HT> meta mqabbla mal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012. Fil-kuntest tas-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikolu 80 u l-Artikolu 81(2) tar-Regolament Nru 650/2012, il-Kummissjoni rrendiet obbligatorju l-użu tal-formola IV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis madankollu li l-kliem tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012 kif ukoll il-parti tal-formola IV, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Avviż lill-applikant<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jirriflettu pjuttost in-natura fakultattiva tal-użu ta’ din il-formola. Barra minn hekk, hija għandha dubji dwar il-fondatezza tal-analiżi tal-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln) relatata mal-effetti tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni. Din il-qorti tirrileva, f’dan ir-rigward, li l-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 650/2012 jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw biss l-istabbiliment u l-emenda sussegwenti tal-formoli previsti minn dan ir-regolament, iżda ma jawtorizzax madankollu li l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012 jiġi emendat b’mod li l-użu tal-formola IV isir obbligatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Meta ssir applikazzjoni għal [ċertifikat], fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, l-użu tal-Formola IV (Anness 4), prevista fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 u stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament Nru 650/2012, huwa obbligatorju jew sempliċement fakultattiv?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tiddetermina, essenzjalment, jekk l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012 u l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, għal talba għal ċertifikat, fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, l-użu tal-formola IV huwa obbligatorju jew fakultattiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma tagħmel ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti t-tifsira u l-portata tagħha, għandha normalment tiġi interpretata b’mod awtonomu u uniformi fl-Unjoni kollha, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni t-termini tagħha kif ukoll il-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Oberle,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-20/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:485">EU:C:2018:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, sabiex jippreżenta applikazzjoni għal ċertifikat, l-applikant <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>jista’<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> juża l-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 650/2012, it-talba għal ċertifikat tinkludi l-informazzjoni elenkata f’din id-dispożizzjoni, sa fejn l-applikant għandu għarfien tagħha u sa fejn hija neċessarja sabiex l-awtorità emettenti tista’ tiċċertifika l-elementi li l-applikant jixtieq jiċċertifika, u għandha tkun akkumpanjata kemm mill-oriġinal tad-dokumenti kollha rilevanti, kif ukoll minn kopji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħhom. Isegwi li, għalkemm l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni ta’ natura li tippermetti lill-awtorità emittenti tiċċertifika l-imsemmija elementi, ma jirriżultax madankollu mill-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 650/2012 li huwa marbut li juża l-formola IV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-termini tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012 b’ebda mod ma huma ambigwi fir-rigward tan-natura fakultattiva tal-użu tal-formola IV. Barra minn hekk, id-dubji tal-qorti tar-rinviju jirriżultaw mill-kliem tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[i]l-formola li trid tintuża għall-applikazzjoni għal [ċertifikat] msemmi fl-Artikolu 65(2) tar-[Regolament Nru 650/2012], tkun kif stabbilit fl-Anness 4 bħala l-Formola IV<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Skont din il-qorti, minn din id-dispożizzjoni jista’ jirriżulta li l-użu ta’ din il-formola huwa obbligatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 għandu jinqara flimkien mal-Anness 4 ta’ dan ir-regolament, li jirreferi għalih u li fih hemm il-formola IV. Fil-parti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Avviż lill-applikant<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li tinsab fil-parti ta’ fuq tal-formola IV, huwa ppreċiżat b’mod ċar li l-formola IV hija fakultattiva. Għalhekk, il-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>formola li trid tintuża<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li tinsab fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014, ma tiddeterminax in-natura obbligatorja jew fakultattiva tal-użu tal-formola IV, iżda sempliċement tindika li, fil-każ fejn l-applikant jintroduċi t-talba għal ċertifikat tiegħu permezz ta’ din il-formola, il-formola adatta li għandha tintuża hija l-formola IV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, skont it-termini tal-Artikolu 38 tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta’ ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni (COM(2009) 154 finali), li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 650/2012, li tikkorrispondi għall-Artikolu 65 ta’ dan ir-regolament, kien previst li t-talba għal ċertifikat kellha ssir permezz ta’ formola li l-mudell tagħha kien jinsab fl-Anness I ta’ din il-proposta. L-emenda, fl-Artikolu 65(2) tal-imsemmi regolament, tal-kliem tal-Artikolu 38 tal-imsemmija proposta timplika li, minkejja l-intenzjoni tal-Kummissjoni, fi stadju bikri ta’ xogħol leġiżlattiv, li tipprevedi l-użu obbligatorju ta’ formola, din l-intenzjoni inizjali ma ġietx segwita mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Konsegwentement, l-oriġini tar-Regolament Nru 650/2012 tikkonferma wkoll li mit-termini tal-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-regolament jirriżulta wkoll li l-użu tal-formola IV, sabiex jintalab ċertifikat, hija fakultattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, moqri flimkien mal-Anness 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 jirriżulta li, għal talba għal ċertifikat, l-użu tal-formola IV huwa fakultattiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-analiżi tal-kuntest li tagħmel parti minnu din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 650/2012 jistabbilixxi obbligu għall-awtorità emittenti li tuża l-formola V, prevista fl-Anness 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014, għall-finijiet tal-emissjoni taċ-ċertifikat. Id-differenza fit-termini tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, dwar it-taba għal ċertifikat, u tal-Artikolu 67(1) ta’ dan ir-regolament, dwar l-emissjoni ta’ dan iċ-ċertifikat, tirrifletti r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li ma jeżiġix l-użu tal-formola IV għat-talba għal ċertifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, fl-Annessi 1 sa 3 u 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014, ma hemmx indikazzjoni dwar l-użu fakultattiv tal-formoli li jinsabu f’dawn l-annessi. Hija biss il-formola IV li tindika, fil-parti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Avviż lill-applikant<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, in-natura fakultattiva ta’ din il-formola. Din l-indikazzjoni hija barra minn hekk riprodotta f’verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ dan l-anness, b’mod partikolari l-verżjonijiet bl-Ispanjol, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bit-Taljan u bir-Rumen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni tikkonferma r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jipprevedi l-użu fakultattiv tal-formola IV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tmurx kontra l-għan ġenerali persegwit mir-Regolament Nru 650/2012 li, kif jirriżulta mill-premessa 59 tiegħu, huwa r-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni li għandhom rilevanza transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li l-parti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Avviż lill-applikant<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tippreċiża li l-użu ta’ din il-formola, mill-applikant, tista’ tiffaċilita l-ġbir ta’ informazzjoni neċessarja għall-emissjoni taċ-ċertifikat, xorta jibqa’ l-fatt li, permezz tat-talba għal ċertifikat introdotta permezz tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 650/2012, l-għan tar-Regolament Nru 650/2012 jista’ jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, mingħajr ma huwa neċessarju li l-użu tal-formola IV isir obbligatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 66 u l-Artikolu 67(1) tar-Regolament Nru 650/2012, l-awtorità emittenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat, wara verifika tal-informazzjoni mogħtija mill-applikant skont l-Artikolu 65(3) ta’ dan ir-regolament jew wara li tkun wettqet, skont il-każ, investigazzjonijiet konformement mal-Artikolu 66 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012 u l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għal talba għal ċertifikat, fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, l-użu tal-formola IV huwa fakultattiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, u l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-<DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE> li jistabbilixxi<?PAGE NO="7"?> l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għal talba għal ċertifikat ta’ suċċessjoni Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, l-użu tal-formola IV, li tinsab fl-Anness 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014, huwa fakultattiv.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>