<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑176/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0176</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2">EU:C:2014:2</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140115">15.1.2014</DATE> — KAWŻA C‑176/12</P><P>ASSOCIATION DE MÉDIATION SOCIALE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20140115">15 ta’ Jannar 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/14/KE</KEYWORD><KEYWORD>Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 27</KEYWORD><KEYWORD>Issuġġettar tal-ħolqien ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal għal ċerti limiti ta’ ħaddiema impjegati</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-limiti</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rwol tal-qorti nazzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑176/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120411">11 ta’ April 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20120416">16 ta’ April 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Association de médiation sociale</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Union locale des syndicats CGT,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hichem Laboubi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Union départementale CGT des Bouches-du-Rhône,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Confédération générale du travail (CGT),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, viċi-President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, u M. Safjan, Presidenti ta’ Awla, J. Malenovský, E. Levits (Relatur), J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. Toader, D. Šváby, M. Berger u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Union locale des syndicats CGT, H. Laboubi, l-Union départementale CGT des Bouches-du-Rhône u l-Confédération générale du travail (CGT), minn H. Didier u F. Pinet, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn N. Rouam kif ukoll minn G. de Bergues u J. Rossi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn K. Petersen, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Noort u C. Wissels, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn J. Faldyga u A. Siwek, kif ukoll minn B. Majczyna u M. Szpunar, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Enegren, D. Martin u G. Rozet, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20030311">11 ta’ Marzu 2003</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Association de médiation sociale (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>AMS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Union locale des syndicats de la Confédération générale du travail CGT kif ukoll H. Laboubi, l-Union départementale CGT des Bouches-du-Rhône u l-Confédération générale du travail (CGT) dwar l-implementazzjoni mill-unjoni sindakali lokalment kompetenti, ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal fi ħdan l-AMS.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-Karta huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, fil-livelli xierqa, jkunu ggarantiti informazzjoni u konsultazzjoni fi żmien utli, fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet previsti mil-liġi ta’ l-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/30, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi qafas ġenerali li jqiegħed il-ħtiġiet minimi għad-dritt ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati f’impriża jew fi stabbeliment fi ħdan il-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-arranġamenti prattiċi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni għandhom ikunu definti w implementati bi qbil mal-liġi nazzjonali u l-prattiċi tar-relazzjonijiet industrijali fi Stati Membri ndividwali b’tali mod hekk li jassiguraw l-effettività tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>impjegat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegat permezz tal-liġi nazzjonali ta’ l-impiegi u bi qbil mal-prattika nazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jippreċiża fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Din id-Direttiva għandha tkun tapplika, skont il-għażla magħmula mill-Istati Membri, għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>impriżi li jimpjegaw mill-anqas 50 impjegat fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>impriżi li jimpjegaw mill-anqas 20 impjegat fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiddetterminaw il-metodu għall-kalkolazzjoni tal-limiti tal-ħaddiema mpjegati.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/14, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Arranġament prattiċi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jistabbilixxi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1 u mingħajr preġudizju għal xi disposizzjonijiet u/jew prattiċi eżistenti li huma aktar favorevoli għal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jiddetterminaw l-arranġamenti prattiċi għall-eżerċitar tad-dritt ta’ l-infomazzjoni u l-konsultazzjoni fil-livell xieraq bi qbil ma dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/14 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20050323">23 ta’ Marzu 2005</DATE> jew biex jiżguraw li s-soċji u l-ħaddiema jintroduċu sa dik id-data d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim, l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jiggarantixxu r-riżultati imposti mill-imsemmija direttiva fi kwalunkwe waqt.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Franċiża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 2312-1 tal-Kodiċi Industrijali l-elezzjoni tad-delegati tal-persunal hija obbligatorja għall-istabbilimenti kollha li għandhom tal-inqas ħdax-il impjegat.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Meta l-impriża jew l-istabbiliment ikollhom ħamsin impjegat jew iktar, l-organizzazzjonijiet sindakali għandhom jaħtru, skont l-Artikoli L. 2142-1-1 u L. 2143-3 ta’ dan il-kodiċi, rappreżentant sindakali, u joħolqu, skont l-Artikolu L. 2322-1, kunsill tax-xogħol.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 1111-2 tal-Kodiċi Industrijali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi, l-impjegati tal-impriża huma kkalkulati skont id-dispożizzjonijiet segwenti:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>L-impjegati li għandhom kuntratt ta’ xogħol għal perijodu mhux determinat full time u l-ħaddiema li jaħdmu mid-dar huma kollha kkunsidrati bħala impjegati tal-impriża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>L-impjegati li għandhom kuntratt għal perijodu determinat, l-impjegati li għandhom kuntratt tax-xogħol intermittenti, il-ħaddiema li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-impriża permezz ta’ impriża esterna, li huma preżenti fil-post tal-impriża utenti u li ilhom jaħdmu hemmhekk tal-inqas għal sena, kif ukoll l-impjegati temporanji, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fin-numru ta’ impjegati tal-impriża skont il-proporzjon taż-żmien tagħhom ta’ preżenza matul it-tnax-il xahar preċedenti. Madankollu l-impjegati b’kuntratt għal perijodu determinat u l-impjegati li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-impriża permezz ta’ impriża esterna, inklużi l-impjegati temporanji, huma esklużi mill-għadd tal-impjegati fejn ikunu qed jissostitwixxu impjegat assenti jew fejn il-kuntratt tax-xogħol huwa sospiż, b’mod partikolari minħabba leave tal-maternità, leave minħabba adozzjoni jew leave parentali ta’ edukazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>L-impjegati part time, tkun xi tkun in-natura tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom, huma kkunsidrati fil-kalkolu billi ssir diviżjoni tas-somma totali tas-sigħat imniżżla fil-kuntratti tax-xogħol tagħhom skont it-tul taż-żmien legali jew it-tul taż-żmien kuntrattwali tax-xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu L 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ma humiex inklużi fil-kalkolu tal-persunal ta’ impriża:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°)</NO.P><TXT>apprendisti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°)</NO.P><TXT>Persuni li huma marbuta b’kuntratt inizjattiva-impjieg, matul it-tul fis-seħħ tal-ftehim previst fl-Artikolu 5134‑66;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°)</NO.P><TXT>(Imħassar);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4°)</NO.P><TXT>Persuni li għandhom kuntratt ta’ assistenza fl-impjieg matul it-tul tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu L. 5134-19-1;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5°)</NO.P><TXT>(Imħassar);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6°)</NO.P><TXT>Persuni li huma marbuta b’kuntratt ta’ taħriġ professjonali sat-terminu previst fil-kuntratt, meta dan huwa ta’ żmien determinat, jew sakemm jintemm il-perijodu ta’ taħriġ professjonali, meta l-kuntratt ikun għal żmien indeterminat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Madankollu, dawn il-persuni impjegati għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali dwar it-tariffi tar-riskji ta’ inċidenti fil-post tax-xogħol u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-AMS hija assoċjazzjoni rregolata mil-Liġi tal-<DATE ISO="19010701">1 ta’ Lulju 1901</DATE> dwar il-kuntratt ta’ assoċjazzjoni. Din l-assoċjazzjoni tipparteċipa fl-implementazzjoni ta’ mezzi ta’ medjazzjoni soċjali u ta’ prevenzjoni tad-delinkwenza fiż-żona urbanistika ta’ Marseille (Franza). Hija għandha wkoll il-missjoni li tiffavorixxi<?PAGE NO="5"?> l-inserzjoni mill-ġdid professjonali ta’ persuni mingħajr impjieg jew li qegħdin isibu diffikultajiet soċjali u professjonali ta’ aċċess għall-impjieg. F’dan ir-rigward, l-AMS tipproponilhom li jiksbu taħriġ professjonali fil-qasam tal-medjazzjoni soċjali permezz ta’ proġett professjonali individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100604">4 ta’ Ġunju 2010</DATE>, l-Union départementale CGT des Bouches-du-Rhône ħatret lil H. Laboubi bħala rappreżentant tat-taqsima sindakali maħluqa fi ħdan l-AMS.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-AMS tikkontesta din il-ħatra. Hija tikkunsidra li n-numru tal-impjegati tagħha huwa ta’ inqas minn ħdax u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, ta’ inqas minn ħamsin impjegat u li, għaldaqstant, hija ma għandhiex, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti, tieħu miżuri ta’ rappreżentazzjoni tal-ħaddiema bħall-elezzjoni ta’ delegat tal-persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn il-limiti ta’ ħdax jew ħamsin impjegat intlaħqux fi ħdan l-assoċjazzjoni, skont l-AMS għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tan-numru ta’ impjegati, skont l-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali, l-apprendisti, il-ħaddiema fuq kuntratt ta’ inizjattiva-impjieg jew kuntratt ta’ assistenza fl-impjieg kif ukoll il-ħaddiema li għandhom kuntratti ta’ professjonalizzazzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ħaddiema li għandhom kuntratti aġevolati<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>It-tribunal d’instance ta’ Marseille, adita b’talba tal-AMS intiża għall-annullament tal-ħatra ta’ H. Laboubi bħala rappreżentant tat-taqsima sindakali CGT kif ukoll b’kontrotalba ta’ dan is-sindakat intiża sabiex l-AMS tiġi ordnata torganizza elezzjonijiet għall-finijiet tal-implementazzjoni ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal fi ħdanu, għamlet talba prijoritarja ta’ konstituzzjonalità lill-Cour de cassation dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Cour de cassation ressqet din id-domanda quddiem il-Conseil constitutionnel. Fid-<DATE ISO="20110429">29 ta’ April 2011</DATE>, dan tal-aħħar iddikjara li l-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali hija konformi mal-Kostituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Quddiem it-tribunal d’instance ta’ Marseille, H. Laboubi u l-Union locale des syndicats CGT des Quartiers Nord — li l-Union départementale des Syndicats CGT des Bouches-du-Rhône u l-CGT ingħaqdu magħha volontarjament — sostnew li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali huma madankollu kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni kif ukoll kontra l-obbligi internazzjonali tar-Repubblika Franċiża.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Billi reġa’ ddeċieda fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, it-tribunal d’instance ta’ Marseille laqa’ dan l-argument u ċaħad l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali peress li dawn ma humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-imsemmi tribunal ivvalida l-ħatra ta’ H. Laboubi bħala rappreżentant ta’ taqsima sindakali, wara li kkonstata li, fin-nuqqas tal-applikazzjoni tal-esklużjonijiet stabbiliti mill-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali, in-numru ta’ impjegati tal-assoċjazzjoni inkwistjoni jaqbeż sewwa l-limitu ta’ ħamsin impjegat.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-AMS appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-Cour de cassation</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Cour de cassation iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel is-segwenti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt fundamentali għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-impjegati, irrikonoxxut mill-Artikolu 27 tal-[Karta], kif ippreċiżat mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [2002/14/KE], jista’ jiġi invokat f’kawża bejn individwi bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità ta’ miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li teskludi mill-kalkolu tal-ħaddiema tal-kumpannija, partikolarment sabiex jiġu ddeterminati il-limiti legali għall-implementazzjoni ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal, l-impjegati li għandhom il-kuntratti [aġevolati]?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li jaqbel li jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27 tal-Karta, waħdu jew flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14, għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, bħall-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, dan l-artikolu tal-Karta jista’ jiġi invokat f’kawża bejn individwi sabiex ma tiġix applikata l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrelevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, peress li d-Direttiva 2002/14 iddefiniet, fl-Artikolu 2(d), il-kuntest tal-persuni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tan-numru tal-impjegati tal-impriża, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu mill-imsemmi kalkolu kategorija determinata ta’ persuni li jaqgħu inizjalment taħt dan il-kuntest (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/05" PAGE.ECR="I-611" YEAR="2007">C-385/05, Ġabra p. I-611</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi mill-kalkolu tan-numru ta’ impjegati tal-impriża kategorija partikolari ta’ ħaddiema, għandha l-konsegwenza li teħles ċerti persuni li jimpjegaw mill-obbligi previsti fid-Direttiva 2002/14 u li ċċaħħad lill-ħaddiema mid-drittijiet tagħhom rikonoxxuti minn din. Konsegwentement, din hija ta’ natura li tneħħi s-sustanza mill-imsemmija drittijiet u għalhekk tostakola d-direttiva mill-effettività tagħha (ara s-sentenza Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ċertament, hija ġurisprudenza stabbilita l-promozzjoni tal-impjieg, adottata mill-Gvern Franċiż fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi għan leġittimu ta’ politika soċjali u li l-Istati Membri għandhom, fl-għażla tal-miżuri li jistgħu jwettqu l-għanijiet tagħhom ta’ politika soċjali, marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa (ara s-sentenza Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istati Membri għandhom fil-qasam tal-politika soċjali ma jistax ikollu l-effett li jħalli mingħajr sustanza l-implementazzjoni ta’ prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni jew ta’ dispożizzjoni ta’ dan l-istess dritt (ara s-sentenza Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/14, li tgħid li l-Artikolu 3(1) tagħha jippermetti lill-Istati Membri li jeskludu mill-kalkolu tan-numru tal-impjegati tal-impriża kategorija partikolari ta’ ħaddiema għal raġunijiet bħal dawk imressqa mill-Gvern Franċiż fil-kawża prinċipali, hija inkompatibbli mal-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex ikunu jistgħu jiggarantixxu r-riżultati imposti mid-Direttiva 2002/14, sa fejn timplika li huwa permess għall-Istati Membri li jaħarbu minn dan l-obbligu ta’ riżultat ċar u preċiż impost mid-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/14 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik fl-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali, li teskludi, l-ħaddiema li għandhom kuntratti aġevolati mill-kalkolu tan-numru ta’ impjegati tal-impriża fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-limiti legali ta’ stabbiliment ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jaqbel li jiġi eżaminat jekk id-Direttiva 2002/14, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex ikun hemm effett dirett u, jekk tali jkun il-każ, jekk il-konvenuti fil-kawża prinċipali jistgħux jużawh kontra l-AMS.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonali u preċiżi biżżejjed, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat, kemm meta dan ikun naqas milli jittrasponi fit-terminu tad-direttiva, kemm meta jittrasponi b’mod żbaljat (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/01+C-398/01+C-399/01+C-400/01+C-401/01+C-402/01+C-403/01" PAGE.ECR="I-8835" YEAR="2004">C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835</REF.DOC.ECR>, punt 103 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/14 jipprovdi li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw il-mod ta’ kalkolu tal-limiti ta’ ħaddiema impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/14 iħalli għall-Istati Membri ċertu marġni ta’ diskrezzjoni fl-adozzjoni tal-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din id-direttiva, dan il-fatt ma jaffettwax, madankollu, in-natura preċiża u inkondizzjonali tal-obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ħaddiema kollha, li tinsab f’dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat, kif ġie enfasizzat fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, li peress li d-Direttiva 2002/14 ddefiniet il-kuntest tal-persuni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu mill-imsemmi kalkolu kategorija ta’ persuni li inizjalment kienu jaqgħu taħt dan il-kuntest. Għalhekk, għalkemm l-imsemmija direttiva ma tippreskrivix il-mod kif l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħaddiema li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fil-kalkolu tal-limiti tal-ħaddiema impjegati, hija tippreskrivi madankollu li għandhom jeħduhom inkunsiderazzjoni (ara s-sentenza Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza stabbilita dwar l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/14 (ara s-sentenza Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40) minn dan isegwi li din id-dispożizzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi prodott effett dirett.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, anki dispożizzjoni ċara, preċiża u inkondizzjonali ta’ direttiva intiża sabiex tikkonferixxi drittijiet jew timponi obbligi fuq individwi ma tistax tiġi applikata bħala tali fil-kuntest ta’ kawża esklużivament bejn individwi (ara s-sentenzi Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 109, kif ukoll tad-<DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, Kücükdeveci, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-555/07" PAGE.ECR="I-365" YEAR="2010">C-555/07, Ġabra p. I-365</REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ġie kkonstatat fil-punt 13 ta’ din is-sentenza li l-AMS hija assoċjazzjoni rregolata mid-dritt privat, anki jekk għandha vokazzjoni soċjali. Minn dan jirriżulta li, minħabba n-natura ġuridika tal-AMS, il-konvenuti fil-kawża prinċipali ma jistgħux jużaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14, bħala tali, kontra din l-assoċjazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, Dominguez, C-282/10, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li qorti nazzjonali, meta tkun adita b’kawża esklużivament bejn individwi, hija marbuta, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati sabiex jiġu trasposti l-obbligi previsti minn direttiva, li tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli kollha tad-dritt nazzjonali u li tinterpretahom, sa fejn ikun possibbli, fid-dawl tat-test kif ukoll fid-dawl tal-għan finali ta’ din id-direttiva sabiex twassal għal soluzzjoni konformi mal-għan tagħha (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" PAGE.ECR="I-6057" YEAR="2006">C-212/04,Ġabra. p. I-6057</REF.DOC.ECR>, punt 111, kif ukoll Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 119 u Dominguez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dan il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali għandu ċertu limiti. Għalhekk, l-obbligu għall-qorti nazzjonali li tirreferi għall-kontenut ta’ direttiva meta tinterpreta u tapplika r-regoli relevanti tad-dritt intern huwa limitat mill-prinċipji ġenerali tad-dritt u ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, Impact, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-268/06" PAGE.ECR="I-2483" YEAR="2008">C-268/06, Ġabra p. I-2483</REF.DOC.ECR>, punt 100, u Dominguez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li l-Cour de cassation hija kkonfrontata b’tali limitu, b’mod li l-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali ma jistax jiġi interpretat b’mod konformi mad-Direttiva 2002/14.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat, fit-tielet lok, jekk is-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali hijiex simili għal dik fil-kawża li wasslet għas-sentenza Kücükdeveci, iċċitata iktar ’il fuq, b’mod li l-Artikolu 27 tal-Karta, waħdu jew flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14, jista’ jiġi invokat f’kawża bejn individwi sabiex titwarrab, skont il-każ, id-dispożizzjoni nazzjonali mhux konformi mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 27 tal-Karta, bħala tali, għandu jitfakkar, li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li d-drittijiet fundamentali żgurati fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, Åkerberg Fransson, C-617/10, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tikkostitwixxi l-implementazzjoni tad-Direttiva 2002/14, l-Artikolu 27 tal-Karta għandu jiġi applikat fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Artikolu 27 tal-Karta, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>id-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fi ħdan l-impriża<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi li l-ħaddiema għandhom ikollhom iggarantit, f’livelli differenti, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni fil-każijiet u kundizzjonijiet previsti mid-dritt tal-Unjoni kif ukoll mil-leġiżlazzjonijiet u prattiċi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk mill-formulazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Karta jirriżulta b’mod ċar li, sabiex dan l-artikolu jħalli l-effetti sħaħ tiegħu, għandu jiġi ppreċiżat mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-projbizzjoni, prevista fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/14, u indirizzata lill-Istati Membri, li tiġi eskluża mill-kalkolu l-impjegati tal-impriża kategorija partikolari ta’ ħaddiema taqa’ inizjalment fil-kuntest tal-persuni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-imsemmi kalkolu, ma tista’ tiġi dedotta, bħala regola ta’ liġi direttament applikabbli, la mill-formulazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Karta u lanqas mill-ispjegazzjonijiet dwar dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, li l-fatti tal-kawża prinċipali huma differenti minn dawk li wasslu għas-sentenza Kücükdeveci, iċċitata iktar ’il fuq, sa fejn il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni minħabba l-età, inkwistjoni f’din l-aħħar kawża, stabbilit fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, huwa biżżejjed, waħdu, biex jagħti lill-individwi dritt suġġettiv invokabbli bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 27 tal-Karta ma jistax, bħala tali, jiġi invokat f’kawża, bħal dik fil-kawża prinċipali, sabiex jiġi konkluż li d-dispożizzjoni nazzjonali mhux konformi mad-Direttiva 2002/14, għandha titwarrab.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-kumbinazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Karta mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14, peress li, sa fejn dan l-artikolu ma huwiex biżżejjed fih innifsu sabiex jikkonferixxi lill-individwi dritt invokabbli bħala tali, ma jistax ikun differenti f’każ ta’ tali kumbinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, il-parti leża min-nuqqas ta’ konformità tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni tista’ tuża l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-<DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/90+C-9/90" PAGE.ECR="I-5357" YEAR="1991">C-6/90 u C-9/90, Ġabra p. I-5357</REF.DOC.ECR>), sabiex tikseb, skont il-każ, ħlas għad-dannu li tkun sofriet (ara s-sentenza Dominguez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li l-Artikolu 27 tal-Karta, waħdu jew flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, bħall-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali, tirriżulta inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, dan l-artikolu tal-Karta ma jistax jiġi invokat f’kawża bejn individwi sabiex titwarrab id-dispożizzjoni nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, waħdu jew flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20030311">11 ta’ Marzu 2003</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, bħall-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali Franċiż, tirriżulta inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, dan l-artikolu tal-Karta ma jistax jiġi invokat f’kawża bejn individwi sabiex titwarrab id-dispożizzjoni nazzjonali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>