|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1485 |
25.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1485
tal-24 ta’ Lulju 2025
dwar miżuri eċċezzjonali tas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fil-Polonja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bejn id-9 ta’ Awwissu 2021 u t-3 ta’ Awwissu 2023, il-Polonja kkonfermat li kien hemm 193 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u bagħtet notifiki dwarhom. L-ispeċijiet affettwati huma t-tiġieġ Gallus domesticus, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani, il-papri u l-wiżż. |
|
(2) |
Il-Polonja minnufih u b’mod effiċjenti, ħadet il-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji kollha meħtieġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3). |
|
(3) |
B’mod parikolari, il-Polonja ħadet miżuri ta’ kontroll, monitoraġġ u prevenzjoni u stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza (“iż-żoni regolati”) skont id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) 2021/1395 (4), (UE) 2021/1982 (5), (UE) 2021/2100 (6), (UE) 2021/2186 (7), (UE) 2021/2310 (8), (UE) 2022/53 (9), (UE) 2022/106 (10), (UE) 2022/145 (11), (UE) 2022/198 (12), (UE) 2022/257 (13), (UE) 2022/349 (14), (UE) 2022/417 (15), (UE) 2022/454 (16), (UE) 2022/690 (17), (UE) 2022/745 (18), (UE) 2022/1320 (19), (UE) 2022/1351 (20), (UE) 2022/1853 (21), (UE) 2023/9 (22), (UE) 2023/125 (23), (UE) 2023/233 (24), (UE) 2023/312 (25), (UE) 2023/343 (26), (UE) 2023/469 (27), (UE) 2023/497 (28), (UE) 2023/816 (29), (UE) 2023/901 (30), (UE) 2023/984 (31), (UE) 2023/1083 (32) u (UE) 2023/1520 (33) . |
|
(4) |
Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li l-miżuri tas-saħħa u l-miżuri veterinarji meħtieġa, li kienu ġew applikati biex jitrażżan u jinqered it-tixrid tal-marda, kienu laqtu għadd kbir ħafna ta’ operaturi u li dawk l-operaturi kienu ġarrbu telf ta’ introjtu li ma kienx eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet talba formali mingħand il-Polonja għall-finanzjament parzjali ta’ ċerti miżuri eċċezzjonali skont l-Artikolu 220(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għat-tifqigħat ikkonfermati bejn id-9 ta’ Awwissu 2021 u t-3 ta’ Awwissu 2023. Fit-12 u fis-27 ta’ Mejju 2025, l-awtoritajiet Pollakki ċċaraw it-talba tagħhom u bagħtu d-dokumenti marbutin magħha. |
|
(6) |
Minħabba li ġew applikati l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fil-premessa 3, ittawlu l-perjodi ta’ mistrieħ sanitarju, ġiet ipprojbita l-introduzzjoni tat-tjur u ġew ristretti l-movimenti tat-tipi kollha ta’ pollam fl-azjendi fiż-żoni regolati. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis, tal-bajd għall-konsum, tal-annimali ħajjin u tal-laħam tat-tjur f’dawn l-azjendi affettwati. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-finanzjament parzjali mill-Unjoni jrid ikun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Polonja għall-miżuri eċċezzjonali rilevanti ta’ appoġġ għas-suq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffissa l-kwantitajiet massimi eliġibbli għall-finanzjament għal kull miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq wara li tivvaluta t-talba li rċeviet mingħand il-Polonja b’rabta mat-tifqigħat ikkonfermati bejn id-9 ta’ Awwissu 2021 u t-3 ta’ Awwissu 2023. |
|
(8) |
Sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ kumpens żejjed, jenħtieġ li l-ammonti massimi u l-ammont b’rata fissa tal-finanzjament parzjali jkunu bbażati fuq studji tekniċi u ekonomiċi jew fuq dokumenti tal-kontabbiltà u li dan jiġi ffissat f’livell xieraq għal kull annimal u għal kull prodott skont il-kategorija tagħhom. |
|
(9) |
Sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ finanzjament doppju, jenħtieġ li t-telf li ġġarrab mill-benefiċjarji ma jkunx ġie kkumpensat b’għajnuna mill-Istat jew b’assigurazzjoni, u jenħtieġ li l-finanzjament parzjali tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ikun limitat għall-annimali u għall-prodotti eliġibbli li għalihom ma tkun inkisbet l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/690. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-livell u t-tul ta’ żmien tal-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq previsti f’dan ir-Regolament ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi appoġġjat is-suq. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq japplikaw biss għall-produzzjoni tal-bajd u tal-pollam fl-azjendi li jinsabu fiż-żoni regolati u għat-tul ta’ żmien li matulu kienu fis-seħħ il-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni tal-Polonja rilevanti għall-193 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja kkonfermati bejn id-9 ta’ Awwissu 2021 u t-3 ta’ Awwissu 2023. |
|
(11) |
Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà f’każ li l-għadd ta’ annimali eliġibbli għall-kumpens ikun ivarja mill-ammonti massimi stabbiliti f’dan ir-Regolament, li huma bbażati fuq stimi, il-kumpens jista’ jiġi aġġustat b’ċerti limiti, dejjem jekk jitħares l-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata b’mod parzjali mill-Unjoni. |
|
(12) |
Billi l-għajnuna tal-Unjoni hija stabbilita bl-euro, jeħtieġ li tiġi ffissata data għall-konverżjoni tal-ammont allokat lill-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita nazzjonali tagħhom, kif inhu l-każ għall-Polonja. Billi dan ir-Regolament ma jipprevedix skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, jixraq li, għall-finijiet tal-Artikolu 30(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (35), titqies id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament bħala l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fir-rigward tal-ammonti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ din il-miżura eċċezzjonali, jenħtieġ li l-benefiċjarji jirċievu malajr l-appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ f’waqtu tal-baġit kif ukoll segwitu aġġornat u użu effiċjenti tar-riżerva għall-agrikoltura, biex b’hekk tiġi massimizzata d-disponibbiltà tagħha u tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rispons fil-pront għall-kriżijiet emerġenti. Għalhekk, jixraq li tiġi definita data ta’ eliġibbiltà sa meta l-Polonja trid tħallas dan l-appoġġ lill-benefiċjarji. Kull pagament li jsir wara din id-data jenħtieġ li jitqies ineliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tiffinanzja n-nefqa mġarrba mill-Polonja skont din il-miżura eċċezzjonali biss meta tali nefqa ssir sa ċerta data ta’ eliġibbiltà. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ għal din il-miżura eċċezzjonali jitħallas mill-Polonja sat-28 ta’ Frar 2026. |
|
(15) |
Billi l-pagamenti kollha li jsiru wara t-28 ta’ Frar 2026 ma għandhom jitqiesu eliġibbli fl-ebda ċirkostanza, ma għandux japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, li jipprevedi tnaqqis proporzjonali tal-pagamenti ta’ kull xahar li jsiru wara l-iskadenza. |
|
(16) |
Jenħtieġ li l-Polonja twettaq verifiki ex ante biex jiġu żgurati l-eliġibbiltà u l-korrettezza tal-pagamenti. |
|
(17) |
Sabiex ikun żgurat li l-Polonja timplimenta l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament minnufih, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali li jkun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Polonja biex tappoġġa s-suq tal-bajd u tal-laħam tat-tjur li ntlaqat ħażin ħafna mill-193 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 li l-Polonja sabet u bagħtet notifiki dwarhom bejn id-9 ta’ Awwissu 2021 u t-3 ta’ Awwissu 2023.
Artikolu 2
1. In-nefqa mġarrba mill-Polonja għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss:
|
(a) |
għall-perjodu li matulu japplikaw il-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni tal-Polonja elenkati fl-Anness u marbutin mal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1; u |
|
(b) |
għal dawk l-azjendi tal-pollam li jkunu ġew soġġetti għall-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u għall-miżuri veterinarji u li jinsabu fiż-żoni msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni tal-Polonja elenkati fl-Anness (“iż-żoni regolati”); u |
|
(c) |
jekk il-Polonja tkun ħallsitha lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2026; u |
|
(d) |
jekk, għall-perjodu msemmi fil-punt (a), l-annimal jew il-prodott ma jkun ibbenefika minn ebda kumpens permezz tal-għajnuna mill-Istat jew tal-assigurazzjoni u għalih ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/690. |
2. L-ebda nefqa li tħallas il-Polonja wara t-28 ta’ Frar 2026 ma għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, irrispettivament mis-sehem tan-nefqa li tirrappreżenta.
Artikolu 3
1. L-ammont massimu tal-finanzjament parzjali mill-Unjoni għandu jkun ta’ EUR 14 059 607, kif ġej:
|
(a) |
għat-telf marbut mal-perjodi ta’ mistrieħ sanitarju mtawla fiż-żoni regolati, għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin:
|
|
(b) |
għat-telf marbut mal-perjodi mtawla tat-trobbija u tat-tismin fiż-żoni regolati, għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin:
|
2. Meta l-għadd ta’ annimali eliġibbli għall-kumpens ikun jaqbeż l-għadd massimu ta’ annimali stabbilit fil-paragrafu 1, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tista’ tiġi aġġustata għal kull unità u tmur lil hinn mill-ammonti li jiġu mill-applikazzjoni tal-għadd massimu għal kull unità, dejjem jekk l-għadd totali tal-aġġustamenti ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata parzjalment mill-Unjoni li huwa msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
Il-Polonja għandha twettaq verifiki amministrattivi u fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37).
B’mod partikolari, il-Polonja għandha tivverifika:
|
(a) |
l-eliġibbiltà tal-applikant li jkun ippreżenta t-talba għall-appoġġ; |
|
(b) |
għal kull applikant eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u l-valur tat-telf reali tal-produzzjoni; |
|
(c) |
li kull applikant eliġibbli ma jkunx irċieva finanzjament minn sorsi oħrajn bħala kumpens għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. |
L-għajnuna tista’ titħallas lill-applikanti eliġibbli li l-verifiki amministrattivi tagħhom ikunu tlestew, mingħajr ma wieħed jistenna l-verifiki kollha fuq il-post li għandhom jitwettqu fuq l-applikanti magħżula. Madankollu, il-verifiki kollha fuq il-post għandhom isiru sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara li jkunu saru l-pagamenti.
F’każijiet meta l-eliġibbiltà ta’ applikant ma tkunx ġiet ikkonfermata, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata u għandhom jiġu applikati sanzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 5
Għall-finijiet tal-Artikolu 30(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju b’rabta mal-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1395 tal-20 ta’ Awwissu 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 300, 24.8.2021, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1395/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1982 tat-12 ta’ Novembru 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 403, 15.11.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1982/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2100 tad-29 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 428, 30.11.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2100/oj).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2186 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 444, 10.12.2021, p. 110, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2186/oj).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2310 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 461I, 27.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2310/oj).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/53 tal-11 ta’ Jannar 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 9, 14.1.2022, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/53/oj).
(10) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/106 tal-21 ta’ Jannar 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/106/oj).
(11) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/145 tal-31 ta’ Jannar 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 24, 3.2.2022, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/145/oj).
(12) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/198 tad-9 ta’ Frar 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membr (ĠU L 31, 14.2.2022, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/198/oj).
(13) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/257 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 42, 23.2.2022, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/257/oj).
(14) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/349 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 64, 2.3.2022, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/349/oj).
(15) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/417 tat-8 ta’ Marzu 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 85, 14.3.2022, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/417/oj).
(16) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/454 tas-16 ta’ Marzu 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 92, 21.3.2022, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/454/oj).
(17) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/690 tas-26 ta’ April 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 128, 2.5.2022, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/690/oj).
(18) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/745 tal-11 ta’ Mejju 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 137, 16.5.2022, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/745/oj).
(19) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1320 tas-26 ta’ Lulju 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 199, 28.7.2022, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1320/oj).
(20) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1351 tat-2 ta’ Awwissu 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta mat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 203, 3.8.2022, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1351/oj).
(21) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1853 tat-30 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 257, 5.10.2022, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1853/oj).
(22) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/9 tal-20 ta’ Diċembru 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 2, 4.1.2023, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/9/oj).
(23) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/125 tal-10 ta’ Jannar 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 16, 18.1.2023, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/125/oj).
(24) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/233 tad-19 ta’ Jannar 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 b’rabta ma’ ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 123, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/233/oj).
(25) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/312 tat-30 ta’ Jannar 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 40, 10.2.2023, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/312/oj).
(26) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/343 tat-8 ta’ Frar 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 48, 16.2.2023, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/343/oj).
(27) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/469 tal-20 ta’ Frar 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 68, 6.3.2023, p. 100, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/469/oj).
(28) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/497 tat-3 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 dwar miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 69, 7.3.2023, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/497/oj).
(29) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/816 tal-5 ta’ April 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/816/oj).
(30) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/901 tat-28 ta’ April 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 115, 3.5.2023, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/901/oj).
(31) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/984 tal-15 ta’ Mejju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 22.5.2023, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/984/oj).
(32) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1083 tal-31 ta’ Mejju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 144, 5.6.2023, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1083/oj).
(33) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1520 tas-17 ta’ Lulju 2023 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 184, 21.7.2023, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1520/oj).
(34) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/690/oj).
(35) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/127/oj).
(36) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas- 16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/543/oj).
(37) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj).
ANNESS
Lista tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni tal-Polonja msemmija fl-Artikolu 2(1) li jelenkaw iż-żoni u l-perjodi regolati
Partijiet tal-Polonja u perjodi stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429, mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mal-leġiżlazzjoni tal-Polonja, u definiti f’dawn li ġejjin:
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1395, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1982, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2100, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2186, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2310, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/53, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/106, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/145, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/198, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/257, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/349, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/417, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/454, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/690, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/745, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1320, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1351, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1853, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/9, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/125, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/233, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/312, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/343, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/469, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/497, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/816, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/901, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/984, |
|
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1083, |
|
— |
u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/1520, |
|
— |
Il-liġi nazzjonali li tiddikjara li hemm infezzjoni wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja li kienu kkonfermati bejn id-9 ta’ Awwissu 2021 u t-3 ta’ Awwissu 2023, |
|
— |
Il-liġi nazzjonali li tirtira d-dikjarazzjoni ta’ infezzjoni wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja li kienu kkonfermati bejn id-9 ta’ Awwissu 2021 u t-3 ta’ Awwissu 2023. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1485/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)