European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2538

18.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2538

tas-17 ta’ Novembru 2026

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1919 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1919 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam.

(2)

Fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping definittivi, intuża t-teħid ta’ kampjuni fl-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(3)

F’Settembru 2026, Tokyo Steel Manufacturing Co., Ltd., produttur esportatur Ġappuniż inkluż fil-kampjun li l-prodotti tiegħu saru soġġetti għad-dazju anti-dumping individwali ta’ 6,9 %, ikkuntattjat lill-Kummissjoni, u ġibdet l-attenzjoni tagħha għal żball fil-mod kif l-isem tal-kumpanija tagħha deher fir-Regolament oriġinali, jiġifieri bħala Tokyo Steel Co. Ltd. Analiżi ġdida tad-dokumenti diġà ppreżentati mill-kumpanija matul l-investigazzjoni oriġinali, fosthom l-Artikoli ta’ Inkorporazzjoni tagħhom, ikkonfermat li l-isem tal-parti kien miktub ħażin fir-Regolament oriġinali.

(4)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa meqjus neċessarju li r-Regolament oriġinali jiġi emendat mill-jum tad-dħul fis-seħħ tiegħu biex jirrifletti l-isem korrett tal-produttur esportatur rilevanti, li huwa Tokyo Steel Manufacturing Co., Ltd.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1919 huwa emendat kif ġej:

“Il-Ġappun

Tokyo Steel Co. Ltd.

6,9 %

89MA”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Ġappun

Tokyo Steel Manufacturing Co., Ltd.

6,9 %

89MA”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-27 ta’ Settembru 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1919 tal-25 ta’ Settembru 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja (ĠU L, 2025/1919, 26.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1919/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2538/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)