7.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/495

tat-28 ta’ Frar 2023

dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribut ta’ Stat terz għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (EUMAM Ukraine/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi lill-EUMAM Ukraine

(2)

Wara r-rakkomandazzjonijiet dwar kontribut min-Norveġja mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UEMAM Ukraine u mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-kontribut min-Norveġja jiġi aċċettat u jitqies bħala sinifikanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribut min-Norveġja għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) huwa aċċettat u jitqies bħala sinifikanti.

2.   In-Norveġja hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ EUMAM Ukraine.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 270, 18.10.2022, p. 85.