Official Journal L 273 , 22/09/1989 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0082
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0082
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 1989 li taċċetta għan-nom tal-Komunità ir-riżoluzzjoni tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa li tikkonċerna l-miżuri ta' għajnuna teknika għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta' Merkanzija fuq il-Fruntiera (89/526/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli ta' Merkanzija fuq il-Fruntiera kienet approvata mill-Komunità permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1262/84 [1] u mdaħħla fis-seħħ fit-12 ta' Settembru 1987; Billi l-għan tar-riżoluzzjoni tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa li tikkonċerna miżuri ta' għajnuna teknika għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli ta' Merkanzija fuq il-Furntiera hija l-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu provduti, fuq talba tagħhom u fuq kondizzjonijiet miftiemha komunement, kull għajnuna teknika meqjusa neċessarja għall-implimentazzjoni ta' l-imsemmija Konvenzjoni; Billi l-Komunita hija interessata fl-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali permezz ta' l-armonizzazzjoni ta' kontrolli ta' merkanzija fuq il-fruntiera; Billi r-riżoluzzjoni in kwistjoni tista tiġi aċċettata mill-Komunità b'effett immedjat, IDDEĊIEDIET DAN LI ĠEJ: L-Artikolu 1 Ir-riżoluzzjoni adottata mill-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa ta' l-4 ta' Frar 1983 li tikkonċerna l-miżuri ta' għajnuna teknika għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta' Merkanzija fuq il-Fruntiera hija b'dan aċċettata għan-nom tal-Komunità b'effett immedjat. It-test tar-riżoluzzjoni huma mehmuz ma' din id-Deċiżjoni Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tinnotifika lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali bl-aċċettazzjoni mill-Komunita, b'effett immedjat, tar-rakkomandazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 1. Magħmul fi Brussell, 18 ta' Settembru 1989. Għall-Kunsill Il-President E. Cresson [1] ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 1. -------------------------------------------------- MIŻURI TA' GĦAJNUNA TEKNIKA GĦALL-IMPLIMENTAZJONI TAL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI DWAR IL-KONTROLLI TA' MERKANZIJA FUQ IL-FRUNTIERIRIŻOLUZZJONI Nru 230 adottata mill-Kumitat tat-Trasport Intern fl-4 ta' Frar 1983 IL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN, WAQT LI JŻOMM F'MOĦĦU l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli ta' Merkanzija fuq il-Fruntiera (Ġinevra 1983), WAQT LI JESPRIMI X-XEWQA li l-akbar numru possibli ta' pajjiżi għandu jkun kapaċi li jaċċedi għall-Konvenzjoni u li d-dispożizzjonijiet tagħha għandhom dalwaqt jiddaħħlu fis-seħħ, JIRRAKKOMANDA li l-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għandhom jipprovaw li jfornu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fuq talba tagħhom u skond kondizzjonijiet miftiehma komunement, kull għajnuna teknika meqjusa neċessarja għall-implimentazzjoni ta' l-imsemmija Konvenzjoni, JITLOB lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa biex iġib din ir-riżoluzzjoni għall-attenzjoni tal-kummissjonijiet reġjonali ekonomiċi l-oħra u korpi kompetenti tal-Ġnus Maqgħuda, bi stedina li jagħtu kont tagħha meta jħejju u jwettqu l-programmi tagħhom ta' għajnuna teknika, JITLOB lill-gvernijiet biex jinnotifikaw lis-Segretarju Eżekutiv, jekk possibli sa l-1 ta' April 1985 jekk jaċċettawx din ir-riżoluzzjoni, JITLOB lis-Segretarju Eżekuttiv li jiċċirkola r-risposti li jirċievi mill-gvernijiet. --------------------------------------------------