European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2879

24.4.2024

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(C/2024/2879)

Il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

L-AMMONTI TA’ REFERENZA MEĦTIEĠA GĦALL-QSIM TAL-FRUNTIERA ESTERNA FFISSATI MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI

IL-BULGARIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22.

Skont l-Artikolu 17 tal-Ordinanza dwar it-Termini u l-Kundizzjonijiet għall-Ħruġ tal-Viżi u d-Determinazzjoni tar-Reġim tal-Viża, adottat bid-Digriet Nru 198 tal-11 ta’ Lulju 2011, l-aħħar emenda fit-13 ta’ Mejju 2022, kull barrani li japplika għal viża għal soġġorn qasir jenħtieġ li jipprovdi evidenza li għandu mezzi ta’ sussistenza suffiċjenti biex ikopri l-kostijiet tiegħu matul is-soġġorn. Dawn il-fondi għandhom ikunu mill-inqas 50 EUR kuljum għal kull jum tas-soġġorn mitlub mal-applikazzjoni għall-viża jew l-ekwivalenti tagħhom f’BGN jew f’munita oħra liberament konvertibbli, iżda mhux inqas minn 500 EUR jew l-ekwivalenti tagħhom f’BGN jew f’munita oħra liberament konvertibbli, jew dokument għal servizzi turistiċi mħallsa minn qabel.

Huwa meħtieġ ukoll li wieħed ikollu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jipprovdi akkomodazzjoni ta’ mhux inqas minn 50 EUR għal kull jum tas-soġġorn mitlub mal-applikazzjoni għal viża jew l-ekwivalenti tagħhom f’BGN jew f’munita oħra liberament konvertibbli, jew dokument għal iljieli mħallsin minn qabel f’lukanda jew f’xelter turistiku, jew dikjarazzjoni ta’ stedina minn persuna fiżika jew ġuridika Bulgara, li permezz tagħha hija tintrabat li tkopri l-kostijiet kollha mġarrba għall-perijodu ta’ residenza tal-barrani fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.

Jenħtieġ li tiġi ppreżentata wkoll evidenza tal-pussess tal-mezzi finanzjarji meħtieġa biex wieħed jitlaq mill-pajjiż jew biljett, u mad-dħul b’vettura misjuqa mill-persuna — mezz ta’ mill-inqas 100 EUR jew l-ekwivalenti tagħhom f’BGN jew f’munita oħra liberament konvertibbli.

Skont l-Artikolu 16 tal-Ordinanza dwar it-Termini u l-Kundizzjonijiet għall-Ħruġ tal-Viżi u li Jistabbilixxu r-Reġim tal-Viża, adottat permezz tad-Digriet Nru 198 tal-11 ta’ Lulju 2011, l-aħħar emenda tat-13 ta’ Mejju 2022, kull barrani, meta jressaq applikazzjoni għall-ħruġ ta’ viża għal soġġorn qasir għal skopijiet ta’ tranżitu, għandu jipprovdi evidenza li tiċċertifika l-pussess tal-mezzi finanzjarji ta’ sussistenza meħtieġa għal kull tranżitu f’ammont ta’ mill-inqas 50 EUR jew l-ekwivalenti tagħhom f’BGN jew f’munita oħra liberament konvertibbli, u fil-każ ta’ tranżitu fuq l-art b’vettura misjuqa mill-persuna — fondi addizzjonali li jammontaw għal mill-inqas EUR 200 jew l-ekwivalenti tagħhom fil-BGN jew f’munita oħra liberament konvertibbli.

IL-LITWANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.

Skont il-Liġi dwar l-Istatus Legali tal-Barranin, barrani li jidħol fit-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja jeħtieġ li jagħti prova li għandu mezzi adegwati ta’ sussistenza jew is-sorsi ta’ dawk il-mezzi biex ikopri s-soġġorn tiegħu fir-Repubblika tal-Litwanja, għal vjaġġ bir-ritorn lejn pajjiżu jew sabiex imur f’pajjiż ieħor fejn għandu d-dritt li jidħol.

Skont l-Ordni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Nru V-227 tal-4 ta’ Lulju 2023, l-ammont tal-mezzi ta’ sussistenza li barrani li jidħol fil-Litwanja jeħtieġ li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu huwa ta’ 50 EUR kuljum. Ir-rekwiżit imsemmi hawn fuq ma huwiex applikabbli fil-każ ta’ minorenni li jivvjaġġaw flimkien ma’ membru adult tal-familja.

Jew inkella, barrani jista’ jagħti prova li għandu biżżejjed mezzi ta’ sussistenza billi jipprovdi ittra ta’ stedina (Tarpininkavimo raštas/Kvietimas), fejn il-persuna li qed tagħmel l-istedina tikkonferma l-obbligu li tiżgura li l-barrani jkun akkomodat u sostnut b’mod adegwat matul is-soġġorn tiegħu.

SPANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 143, 31.3.2022, p. 6.

L-Ordni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru PRE/1282/2007, tal-10 ta’ Mejju 2007, dwar il-mezzi finanzjarji li ċ-ċittadini barranin iridu jagħtu prova tagħhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu Spanja, tipprevedi l-mezzi finanzjarji li ċ-ċittadini barranin iridu juru li għandhom sabiex jidħlu Spanja.

a)

Għall-ispejjeż tal-għajxien ta’ matul is-soġġorn tagħhom fi Spanja, l-ammont li jrid ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għandu jammonta f’euro għal 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa (113,40 EUR) jew l-ekwivalenti legali tagħha f’munita barranija mmultiplikat bin-numru ta’ jiem li biħsiebhom joqogħdu fi Spanja u bin-numru ta’ persuni dipendenti li qed jivvjaġġaw magħhom. L-ammont minimu għad-dispożizzjoni tagħhom irid jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (1 020,60 EUR) jew l-ekwivalenti legali tagħha f’munita barranija għal kull persuna, irrispettivament mit-tul intenzjonat tas-soġġorn.

b)

Sabiex jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ provenjenza jew għal tranżitu lejn pajjiżi terzi, iċ-ċittadini barranin għandhom jagħtu prova tal-pussess tal-biljett(i) nominattiv(i) reġistrat(i), mhux trasferibbli u b’data fissa, għall-mezz ta’ trasport li beħsiebhom jużaw.

Iċ-ċittadini barranin meħtieġa jagħtu prova li għandhom il-mezzi finanzjarji msemmija għall-għajxien tagħhom, billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, jew, f’każ li dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, billi juruhom. Dan jistgħu jagħmluh ukoll permezz ta’ ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta’ kreditu, li jridu jkunu akkumpanjati minn rendikont bankarju jew ktieb tal-bank aġġornat (ittri pprovduti mill-bank jew rendikonti bankarji mill-internet mhumiex aċċettati) jew billi jipprovdu kwalunkwe evidenza oħra li turi b’mod ċar l-ammont ta’ kreditu disponibbli fil-karta ta’ kreditu jew fil-kont bankarju.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22.

ĠU C 164, 18.7.2007, p.45.

ĠU C 182, 4.8.2007, p.18.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 33, 10.2.2009, p.1.

ĠU C 36, 13.2.2009, p.100.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8.

ĠU C 98, 29.4.2009, p. 11.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7.

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5.

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16.

ĠU C 11, 13.1.2012, p.13.

ĠU C 72, 10.3.2012, p.44.

ĠU C 199, 7.7.2012, p.8.

ĠU C 298, 04.10.2012, p.3.

ĠU C 56, 26.2.2013, p.13.

ĠU C 98, 05.04.2013, p.3.

ĠU C 269, 18.09.2013, p.2.

ĠU C 57, 28.2.2014, p.2.

ĠU C 152, 20.5.2014, p.25.

ĠU C 224, 15.7.2014, p.31.

ĠU C 434, 4.12.2014, p.3.

ĠU C 447, 13.12.2014, p.32.

ĠU C 38, 4.2.2015, p.20.

ĠU C 96, 11.3.2016, p.7.

ĠU C 146, 26.4.2016, p.12.

ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12.

ĠU C 111, 8.4.2017, p. 11.

ĠU C 21, 20.1.2018, p. 3.

ĠU C 93, 12.3.2018, p. 4.

ĠU C 153, 2.5.2018, p. 8.

ĠU C 186, 31.5.2018, p. 10.

ĠU C 264, 26.07.2018, p. 6.

ĠU C 366, 10.10.2018, p. 12.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 38.

ĠU C 140, 16.4.2019, p. 7.

ĠU C 178, 28.5.2020, p. 3.

ĠU C 102, 24.3.2021, p. 8 .

ĠU C 486, 3.12.2021, p. 26.

ĠU C 139, 29.3.2022, p. 3.

ĠU C 143, 31.3.2022, p. 6.

ĠU C 258, 5.7.2022, p. 13.

ĠU C 281, 22.7.2022, p. 4.

ĠU C 107, 23.3.2023, p. 63.

ĠU C, C/2023/266, 19.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/266/oj.

ĠU C, C/2023/793, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/793/oj.

ĠU C, C/2024/1120, 24.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1120/oj.

ĠU C, C/2024/1951, 4.3.2024. , ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1951/oj.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)   ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2879/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)