|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1316 |
13.3.2025 |
P9_TA(2024)0208
Ftehim ta' Sħubija Volontarja UE/Kosta tal-Avorju: l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali fl-injam u fil-prodotti tal-injam lejn l-UE
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali fl-injam, u fil-prodotti derivati, lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (COM(2023)0383 – C9-0035/2024 – 2023/0222(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2025/1316)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2023)0383), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali fl-injam, u fil-prodotti derivati, lejn l-Unjoni Ewropea (12902/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0035/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-10 ta’ April 2024 (1) dwar il-proposta għal deċiżjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0136/2024), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju. |
(1) Testi adottati ta’ dik id-data, P9_TA(2024)0209.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1316/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)