18.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9558 — Triton/All4Labels Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 314/09)

1.   

Fid-9 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Triton Managers V Limited (Jersey), Triton Fund V GP S.à r.l. (il-Lussemburgu) u TFF V Limited (Jersey) (flimkien imsejħa “Triton Fund V”),

—

All4Labels Group GmbH (il-Ġermanja) u s-subisidjarji tagħha (li flimkien jissejħu “All4Labels Group”).

Triton Fund V takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ All4Labels Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Triton Fund V hija parti minn grupp ta’ fondi ta’ ekwità privat indipendenti Ewropew ġestiti u rrakkomandati mill-grupp Triton (b’mod kollettiv “Triton”, iċ-Channel Islands). Il-fondi ta’ ekwità privati ġestiti mill-grupp Triton, inkluż Triton Fund V, huma ddedikati biex jinvestu primarjament f’negozji ta’ daqs medju bil-kwartieri ġenerali fl-Ewropa ta’ Fuq, b’enfasi partikolari fuq in-negozji fi tliet setturi ewlenin: Servizzi tan-Negozju, Industrijali u Konsumatur/Saħħa;

—

All4Labels Group jiżviluppa u jimmanifattura tikketti, jiġifieri, folji rqaq, films tal-plastik jew tal-karti li jistgħu jitwaħħlu fuq kontenitur jew prodott, kif ukoll prodotti speċifiċi speċjalizzati bħal tubi laminati u tubi bit-tikketta, kaxex tal-kartun li jintwew, u ċerti prodotti tal-imballaġġ flessibbli (eż., boroż weqfin u films bl-għatu użati għall-imballaġġ tal-ikel).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9558 — Triton/All4Labels Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.