<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-337/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0337</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:671">EU:C:2021:671</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210902">2.9.2021</DATE> – Kawża C‑337/20</HT></P><P>CRCAM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2007/64/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 58 u 60</KEYWORD><KEYWORD>Utent ta’ servizzi ta’ ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għal dawn l-istess tranżazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni għad-danni mressqa mill-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑337/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200723">23 ta’ Lulju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">DM,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">LR</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) – Alpes-Provence,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, N. Piçarra, D. Šváby, S. Rodin u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn N. Vincent u E. de Moustier, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u J. Očková, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Meloncelli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Tserepa-Lacombe u T. Scharf, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali waqt is-seduta tat‑<DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d‑Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id‑Direttiva 97/5/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 319, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 187, p. 5</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, DM, bħala amministratur tal-kumpannija Groupe centrale automobiles (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kumpannija GCA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u LR, bħala garanti <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ din il-kumpannija, mal-Caisse régionale de Crédit agricole mutuel d’Alpes-Provence (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>CRCAM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar it-tqegħid inkwistjoni tar-responsabbiltà kuntrattwali tagħha taħt id-dritt ordinarju minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ viġilanza tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tad-Direttiva 2007/64 kienet tgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Huwa essenzjali għall-istabbiliment tas-suq intern li l-fruntieri interni kollha [fl-Unjoni Ewropea] jitneħħew sabiex jippermetti l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital. Għaldaqstant, it-tħaddim tajjeb ta’ suq uniku fis-servizzi ta’ ħlas hu vitali. Bħalissa, madankollu, in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam ixekkel it-tħaddim ta’ dak is-suq.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-premessa 4 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Huwa vitali, għalhekk, li jkun stabbilit fuq livell Komunitarju qafas legali modern u koerenti għas-servizzi ta’ ħlas, kemm jekk is-servizzi huma kompatibbli mas-sistema li tirriżulta mill-inizjattiva tas-settur finanzjarju għal żona unika tal-ħlas bl-euro, kif ukoll jekk le, li hu newtrali sabiex jiġi żgurat livell ta’ kundizzjonijiet indaqs għas-sistemi kollha tal-ħlas, sabiex tinżamm l-għażla għall-konsumatur, li għandu jfisser pass konsiderevoli ‘l quddiem rigward l-ispejjeż, is-sigurtà u l-effiċjenza għall-konsumatur, meta mqabbel mas-sistemi nazzjonali preżenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 31 tal-imsemmija direttiva kienet ifformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-konsegwenzi ta’ transazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas kemm jista’ jkun malajr dwar kwalunkwe kontestazzjoni li tikkonċerna transazzjonijiet ta’ ħlas allegatament mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament dment li l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ikun issodisfa l-obbligi ta’ informazzjoni tiegħu taħt ta’ din id-Direttiva. Jekk l-iskadenza ta’ notifika [komunikazzjoni] tiġi rispettata mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, huwa għandu jkun jista’ jkompli dawk il-pretensjonijiet fil-perijodi ta’ preskrizzjoni skond il-liġi nazzjonali. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa pretensjonijiet oħrajn bejn l-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas u l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 47 tal-istess direttiva kienet tgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas għandu jassumi responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-ħlas korrett, inkluż, b’mod partikolari, l-ammont sħiħ tat-transazzjoni ta’ ħlas u l-ħin ta’ l-eżekuzzjoni, u responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas minn partijiet oħra fil-katina tal-ħlas sa l-kont ta’ min jitħallas. Bħala riżultat ta’ dik ir-responsabbiltà l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għandu, fejn l-ammont sħiħ mhuwiex ikkreditat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas, jikkoreġi t-transazzjoni ta’ ħlas jew mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lil min iħallas l-ammont rilevanti ta’ dik it-transazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pretensjoni li tista’ ssir skond il-liġi nazzjonali. Din id-Direttiva għandha tikkonċerna biss obbligi u responsabbiltajiet kuntrattwali bejn l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas u l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2007/64:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli li jikkonċernaw kundizzjonijiet ta’ trasparenza, u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ l-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, f’relazzjoni ma’ l-għoti ta’ servizzi ta’ ħlas bħala xogħol regolari jew attività tan-negozju.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta’ ħlas ipprovduti [fl-Unjoni]. Madankollu, ħlief għall-Artikolu 73, it-Titoli III u IV għandhom japplikaw biss, fejn kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas u l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi tal-ħlas fit-transazzjoni ta’ ħlas, jinsabu [fl-Unjoni].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-Titoli III u IV ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għas-servizzi ta’ ħlas li jsiru bl-euro jew f’valuta uffiċjali ta’ Stat Membru li qiegħed barra miż-żona euro.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha, jew ta’ parti mid-dispożizzjonijiet, ta’ din id-Direttiva għal l-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, tad-Direttiva 2006/48/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE> rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 177, p. 1</REF.DOC.OJ>)], ħlief għal dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiż ta’ dak l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>min iħallas<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-ħlas u tippermetti ordni tal-ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas, persuna fiżika jew ġuridika li tagħti ordni għal ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>min jitħallas<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ transazzjoni ta’ ħlas;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>utent ta’ servizzi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizzi ta’ ħlas fil-kapaċità ta’ min iħallas jew ta’ min jitħallas, jew tat-tnejn;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tal-istess direttiva kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fejn l-utent ta’ sevizzi [servizzi] tal-ħlas ma jkunx konsumatur, il-partijiet jistgħu jiftiehmu li l-Artikoli 52(1), l-Artikolu 54(3), u l-Artikoli 59, 61, 62, 63, 66 u 75 ma għandhomx japplikaw għal kollox jew parzjalment. Il-partijiet jistgħu jiftiehmu wkoll dwar perijodu ta’ żmien differenti minn dak stabbilit fl-Artikolu 58.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-utent ta’ sevizzi [servizzi] tal-ħlas għandu jikseb rettifika mingħand il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas biss jekk jinnotifika [jikkomunika] lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas mingħajr dewmien bla bżonn malli jsir konxju ta’ kwalunkwe transazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata jew eżegwita skorrettament li tirriżulta fi pretensjoni, inkluża dik taħt l-Artikolu 75, u mhux aktar tard minn 13-il xahar wara d-data tad-debitu, sakemm, fejn applikabbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ikun naqas milli jipprovdi jew jagħamel disponibbli l-informazzjoni dwar dik it-transazzjoni ta’ ħlas skond it-Titolu III.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 59(1) ta’ din id-direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn utent ta’ sevizzi [servizzi] tal-ħlas jiċħad li jkun awtorizza transazzjoni ta’ ħlas li tkun ġiet eżegwita jew jiddikjara li t-transazzjoni ta’ ħlas tkun ġiet imwettqa skorrettament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għandu jagħti prova li t-transazzjoni ta’ ħlas kienet ġiet awtentikata, dokumentata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u mhux affettwata minn xi ħsara teknika jew xi difett ieħor.”</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tal-imsemmija direttiva kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="060.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58, fil-każ ta’ transazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas jagħti lura immedjatament lil min iħallas l-ammont tat-transazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata u, fejn<?PAGE NO="5"?> applikabbli, jerġa’ jġib il-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku ma seħħetx it-transazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="060.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jista’ jiġi stabbilit aktar kumpens finanzjarju skond il-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn min iħallas u l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tal-istess direttiva kienu jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1. Fejn ordni tal-ħlas tinbeda minn min iħallas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58, l-Artikolu 74(2) u (3) u l-Artikolu 78, ikun responsabbli lejn min iħallas għall-eżekuzzjoni korrett tat-transazzjoni ta’ ħlas, ħlief jekk jista’ jagħti prova lil min iħallas u, fejn rilevanti, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas li l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas irċieva l-ammont tat-transazzjoni ta’ ħlas skond l-Artikolu 69(1), f’liema każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas għandu jkun responsabbli lejn min jitħallas għall-eżekuzzjoni korrett tat-transazzjoni ta’ ħlas.</ALINEA><ALINEA>Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ikun responsabbli taħt l-ewwel sub-paragrafu, hu għandu mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-transazzjoni ta’ ħlas mhux eżegwita jew difettuża u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-transazzjoni ta’ ħlas difettuża ma seħħitx.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2007/64:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 30(2), 33, 34(2), 45(6), 47(3), 48(3), 51(2), 52(3), 53(2), 61(3), 72 u 88 safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu dispożizzjonjiet minbarra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2007/64 ġiet issostitwita bid-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE> dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 337, p. 35</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="97" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 102, p. 97</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 71(1), l-Artikolu 73(1), l-Artikolu 89(1) u l-Artikolu 107(1) tad-Direttiva 2015/2366 jikkorrispondu, rispettivament u sostanzjalment, għall‑-Artikolu 58, għall-Artikolu 60, għall-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 75(1) u għall-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2007/64.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-code monétaire et financier, fil-formulazzjoni tiegħu li tirriżulta mill-ordonnance n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2009‑866, du <DATE ISO="20090715">15 juillet 2009</DATE>, relative aux conditions régissant la fourniture de services de paiement et portant création des établissements de paiement (id-Digriet Nru 2009‑866 tal‑<DATE ISO="20090715">15 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar il-Kundizzjonijiet li Jirregolaw il-Fornitura ta’ Servizzi ta’ Ħlas u li Twassal għall-Ħolqien tal-Istituzzjonijiet ta’ Ħlas) (JORF tas‑<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, test Nru 13) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Kodiċi Monetarju u Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jgħid fl-Artikolu L. 133‑18:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata indikata mill-utent taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu L. 133‑24, il-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas għandu jirrimborsa immedjatament lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni mhux awtorizzata u, jekk ikun il-każ, jerġa’ jistabbilixxi l-kont addebitat fl-istat fejn kien ikun kieku t-tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata ma kinitx seħħet.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>Min iħallas u l-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas tiegħi jistgħu jiddeċiedu kuntrattwalment fuq kumpens komplementari.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 133‑24 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L-utent ta’ servizzi ta’ ħlas għandu jindika, mingħajr dewmien, lill-fornitur tas‑servizzi ta’ ħlas tiegħu tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata jew imwettqa ħażin u sa mhux iktar tard minn tlettax-il xahar wara d-data tad-debitu taħt piena ta’ dekadenza sakemm il-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas ma jkunx ipprovdielu jew ġab għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni dwar din it-tranżazzjoni ta’ ħlas skont il-Kapitolu IV tat-Titolu 1 tal-Ktieb III.</ALINEA><ALINEA>Ħlief fil-każijiet fejn l-utent ikun persuna fiżika li taġixxi għal bżonnijiet mhux professjonali, il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 1147 tal-code civil (il-Kodiċi Ċivili), fil-verżjoni applikabbli tagħha fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Kodiċi Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Id-debitur għandu jiġi kkundannat, jekk ikun il-każ, għall-ħlas ta’ danni, kemm minħabba n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu, jew minħabba d-dewmien fit-twettiq, kull darba li ma jiġġustifikax li n-nuqqas ta’ twettiq seħħ minħabba raġuni barranija li ma tkunx tista’ tiġi attribwita lilu, anki jekk ma jkunx hemm <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> min-naħa tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 2313 tal-Kodiċi Ċivili jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Il-garanti jista’ jinvoka kontra l-kreditur l-eċċezzjonijiet kollha li jista’ jressaq id-debitur prinċipali, u li jkunu inerenti għad-dejn;</ALINEA><ALINEA>Iżda ma jistax jinvoka dawk l-eċċezzjonijiet li jkunu għalkollox personali għad‑debitur.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, iċ-CRCAM ippermetta lill-kumpannija GCA faċilità ta’ kreditu fuq kont kurrenti, iggarantita bil-garanzija <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ LR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara li tterminat din il-faċilità ta’ kreditu, iċ-CRCAM ħarrket lil LR, bħala garanti, għall-ħlas. Huwa sostna li, billi għamlet trasferimenti favur terzi mingħajr awtorizzazzjoni min-naħa tal-kumpannija GCA, iċ-CRCAM kienet wettqet żball u li l-ammont ta’ dawn it-trasferimenti kellu jitnaqqas mis-somom li ntalbu mingħandhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Billi bbażat ruħha fuq l-Artikolu L. 133-24 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, il‑cour d’appel d’Aix-en-Provence (il-Qorti tal-Appell ta’ Aix-en-Provence, Franza) qieset li l-kontestazzjonijiet ta’ LR kienu inammissibbli, peress li huwa naqas milli josserva t-terminu ta’ tlettax-il xahar, previst għal dan il-għan minn din id-dispożizzjoni, u li d-dekadenza kienet għalhekk inkorriet fir-rigward tal-imsemmija kontestazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-appell imressaq quddiem il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), LR jirrileva li, skont l-Artikolu L. 133-24 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, huwa prekluż milli jikkontesta l-imsemmija trasferimenti, peress li ma osservax it-terminu ta’ tlettax-il xahar previst f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, huwa jsostni li r-rimbors immedjat tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati indikati mill-utent ta’ servizz ta’ ħlas lil bank, previst fl-Artikolu L. 133-18 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, ma jipprekludix li r-responsabbiltà tiegħu taħt id-dritt ordinarju tiġi invokata fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tad-dmir ta’ viġilanza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, skont huwa, it-trasferimenti inkwistjoni fil-kawża prinċipali mwettqa miċ-CRCAM mingħajr l‑awtorizzazzjoni tal-kumpannija GCA jikkostitwixxu nuqqas kuntrattwali li għandu jiġi kkumpensat abbażi tal-Artikolu 1147 tal-Kodiċi Ċivili, peress li l-eċċezzjoni li qiegħda tqajjem b’dan il-mod ma hijiex personali għal din il-kumpannija, iżda tikkonċernaha wkoll direttament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>LR iqis li l-cour d’appel d’Aix-en-Provence (il-Qorti tal-Appell ta’ Aix-en-Provence), b’mod partikolari, kisret l-Artikolu 1147 tal-Kodiċi Ċivili, billi ddeċidiet li l-kontestazzjonijiet tagħha tal-ammonti, suġġetti tat-trasferimenti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kienu inammissibbli, minħabba dekadenza, għaliex il-funzjonament tal-kont inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien irregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ‑ċirkustanzi li l-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi, għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament, sistema ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li teskludi kwalunkwe azzjoni għal responsabbiltà ċivili ta’ dritt nazzjonali bbażata, fir-rigward tal-istess fatti, fuq nuqqas minn dan il-fornitur li jikkonforma ruħu mal-obbligi imposti mid-dritt nazzjonali, b’mod partikolari fil-każ li l-utent ta’ servizz ta’ ħlas ma jkunx, fi żmien tlettax‑il xahar mid-debitu, informa lill-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li tranżazzjoni ta’ ħlas ma kinitx ġiet awtorizzata jew ġiet eżegwita skorrettament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-istess Artikolu jipprekludi l-garanti tal-utent tas-servizz ta’ ħlas milli jinvoka, fir‑rigward tal-istess fatti, ir-responsabbiltà ċivili tad-dritt nazzjonali tal‑fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l‑ammont tad-dejn iggarantit?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, sostanzjalment, jekk l-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li utent ta’ servizzi ta’ ħlas ikun jista’ jinvoka r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ dawn is-servizzi abbażi ta’ sistema ta’ responsabbiltà differenti minn dik prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet meta dan l-utent ikun naqas mill-obbligu tiegħu ta’ komunikazzjoni previst fl-imsemmi Artikolu 58.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, sabiex tingħata interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħha tkun parti. L-oriġini ta’<?PAGE NO="8"?> dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ wkoll tipprovdi elementi rilevanti għall-interpretazzjoni tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210324">24 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>MCP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/20 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:231">EU:C:2021:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward, minn naħa, tal-kliem tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2007/64, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas f’każ ta’ telf għal transazzjonjiet ta’ ħlas mhux awtorizzati<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għandu jiġi kkonstatat li dan jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, bla ħsara għall-Artikolu 58 ta’ din id-direttiva, li, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi tal-ħlas jirrimborsa immedjatament lil min iħallas l-ammont ta’ din it-tranżazzjoni u, jekk ikun il-każ, li jirristabbilixxi l-kont addebitat fl-istat li kien jinsab kieku t-tranżazzjoni mhux awtorizzata ma tkunx seħħet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 58 tal-imsemmija direttiva, li għalih jirreferi l-Artikolu 60(1) tagħha, jimponi fuq l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas obbligu ġenerali ta’ komunikazzjoni ta’ kull tranżazzjoni mhux awtorizzata jew eżegwita skorrettament. B’dan il-mod, il-korrezzjoni ta’ tali tranżazzjoni tkun possibbli biss jekk l-utent jindika lil din tal-aħħar lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu mhux iktar tard minn tlettax-il xahar wara d-data ta’ debitu korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mir-riferiment magħmul mill-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 għall-Artikolu 58 tagħha, kif ukoll mill-premessa 31 tal-imsemmija direttiva, jirriżulta li s-sistema ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas fil-każ ta’ ħlas mhux awtorizzat hija suġġetta għall-komunikazzjoni, mill-utent ta’ dawn is-servizzi, ta’ kull tranżazzjoni mhux awtorizzata mill-imsemmi fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li tinsab fl-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64, tfisser, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, li ma għandux jiġi ppreġudikat l-Artikolu 58 ta’ din id-direttiva, li jimplika li t-tnissil tar-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas fil-każ ta’ tranżazzjoni mhux awtorizzata ma jistax iseħħ barra mit-terminu previst fl-Artikolu 58.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li utent li ma jkunx indika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu tranżazzjoni mhux awtorizzata, fit-tlettax-il xahar ta’ debitu tagħha, ma jistax jagħti lok għar-responsabbiltà ta’ dan il-fornitur, inkluż abbażi tad-dritt ordinarju u, għaldaqstant, ma jkunx jista’ jikseb ir-rimbors ta’ din it-tranżazzjoni mhux awtorizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-interpretazzjoni kuntestwali tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 tikkonferma l-interpretazzjoni litterali ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, l-Artikoli 58 u 60 ta’ din id-direttiva jifformaw parti mill-Kapitolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Awtorizzazzjoni ta’ transazzjonjiet ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, tat-Titolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Drittijiet u Obbligi fir-Rigward tal-Forniment u l-Użu ta’ Servizzi ta’ Ħlas<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li jinkludi ħames kapitoli, peress li l-proċedura ta’ komunikazzjoni f’terminu massimu ta’ tlettax-il xahar tapplika kemm fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux awtorizzati, imsemmija fl-Artikolu 60 tal-imsemmija direttiva, kif ukoll fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux eżegwiti jew eżegwiti skorrettament, imsemmija fl-Artikolu 75 tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-istruttura ta’ din is-sistema ta’ responsabbiltà, l-obbligu ta’ komunikazzjoni mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ kull tranżazzjoni mhux awtorizzata huwa l-kundizzjoni sabiex l-imsemmija sistema tkun tista’ tiġi applikata għall-benefiċċju tal-utent, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>min iħallas<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> f’ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Artikolu 59 ta’ din id-direttiva jinkludi fis-sistema ta’ responsabbiltà minħabba tranżazzjonijiet mhux awtorizzati mekkaniżmu ta’ oneru probatorju favur l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas. Sostanzjalment, l-oneru probatorju jaqa’ fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, li għandu jipprova li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtentikata, debitament irreġistrata u rreġistrata fil-kontabbiltà. Fil-prattika, is-sistema probatorja stabbilita mill-Artikolu 59 twassal, jekk il-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 58 tal-imsemmija direttiva tkun twettqet fit-terminu previst, li l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ikun suġġett għall-obbligu ta’ rimbors immedjat, skont l-Artikolu 60(1) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2007/64, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Armonizzazzjoni sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[m]ingħajr preġudizzju [għal diversi dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva li telenka] safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu dispożizzjonjiet minbarra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Ebda wieħed mill-Artikoli 58, 59 u 60 tal-istess direttiva ma jinsab fost id-dispożizzjonijiet li għalihom l-Artikolu 86 jagħti marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-sistema ta’ responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas prevista fl-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 kif ukoll fl-Artikoli 58 u 59 ta’ din id-direttiva kienet is-suġġett ta’ armonizzazzjoni totali b’tali mod li l-Istati Membri ma jistgħux iżommu sistema ta’ responsabbiltà parallela abbażi tal-istess fatt ġeneratur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 58 tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 tikkorrobora l-interpretazzjonijiet litterali u kuntestwali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 1 u 4 ta’ din id-direttiva li l-leġiżlatur tal-Unjoni pprova joħloq suq uniku tas-servizzi ta’ ħlas billi ssostitwixxa s-27 sistema nazzjonali eżistenti, li l-koeżistenza tagħhom kienet sors ta’ konfużjoni u ssofri minn nuqqas ta’ ċertezza legali, b’qafas legali armonizzat li jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-utenti u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, is-sistema armonizzata ta’ responsabbiltà għat-tranżazzjonijiet mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament stabbilita mid-Direttiva 2007/64 tista’ tikkompeti ma’ sistema alternattiva ta’ responsabbiltà prevista mid-dritt nazzjonali bbażata fuq l-istess fatti u l-istess bażi biss jekk ma tippreġudikax is-sistema b’hekk armonizzata u ma tippreġudikax l-għanijiet u l-effettività ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li sistema ta’ responsabbiltà kompetitriċi li tippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas inissel, lil hinn mit-terminu ta’ tlettax-il xahar u mingħajr ma jkun ikkomunika t-tranżazzjoni mhux awtorizzata kkonċernata, ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ tali servizzi għal din it-tranżazzjoni, tkun inkompatibbli mad-Direttiva 2007/64.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-oriġini tad-Direttiva 2007/64 issaħħaħ l-interpretazzjoni li tirriżulta minn qari letterali, kuntestwali u teleoloġiku tal-Artikolu 60(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 44 sa 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, malajr irriżulta, matul il-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64, li l-introduzzjoni ta’ terminu uniformi ta’ komunikazzjoni mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux awtorizzati jew tranżazzjonijiet mhux eżegwiti jew eżegwiti skorrettament, kienet indispensabbli sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali tal-utent ta’ dawn is-servizzi u tal-fornitur tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kemm il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-proposti tagħha tal‑<DATE ISO="20060615">15 ta’ Ġunju 2006</DATE> (8623/06 ADD), kif ukoll il-Parlament Ewropew, b’mod partikolari fir-rapport tiegħu tal‑<DATE ISO="20060920">20 ta’ Settembru 2006</DATE>, dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/1/KE, 2000/12/KE u 2002/65/KE [COM (2005) 603 finali – C6–0411/2005 – 2005/0245 (COD)] u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, fl-opinjoni tiegħu tat‑<DATE ISO="20061223">23 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Ittra għall-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta’ Lisbona: Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern u li temenda d‑Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE u 2002/65/KE<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (COM (2005) 603 final), urew il-ħtieġa li tiġi żgurata tali ċertezza legali u, għal dan il-għan, li jiġi previst li, fi tmiem it-terminu ta’ komunikazzjoni mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, it‑tranżazzjoni ta’ ħlas għandha tkun ta’ natura definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni, għalhekk, għażel li jdaħħal l-obbligu ta’ komunikazzjoni tat-tranżazzjonijiet mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament f’dispożizzjoni distinta, f’dan il-każ l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64, li jistabbilixxi terminu massimu ta’ tlettax-il xahar, u li jipprevedi fid-dispożizzjoni li tirrigwarda r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas, jiġifieri l-Artikolu 60 ta’ din id-direttiva, riferiment espress għall-imsemmi obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa, bl-iktar mod ċar possibbli, ir-rabta bejn ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas u l-osservanza mill-utent ta’ dawn is-servizzi tat-terminu massimu ta’ tlettax-il xahar għall-komunikazzjoni ta’ kull tranżazzjoni mhux awtorizzata sabiex ikun jista’ jinvoka r-responsabbiltà, minħabba dan il-fatt, ta’ dan il-fornitur. B’dan il-mod, huwa għamel ukoll l-għażla univoka li ma jippermettix lil dan l-utent jippreżenta azzjoni għad-danni tal-imsemmi fornitur fil-każ ta’ tranżazzjoni mhux awtorizzata, fl-iskadenza ta’ dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li utent ta’ servizzi ta’ ħlas ikun jista’ jinvoka r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ dawn is-servizzi abbażi ta’ sistema ta’ responsabbiltà differenti minn dik prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet meta dan l-utent ikun naqas milli jwettaq l-obbligu ta’ komunikazzjoni tiegħu previst fl-imsemmi Artikolu 58.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, sostanzjalment, jekk, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 58 u l‑Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas ikun jista’ jinvoka, minħabba nuqqas tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-obbligi tiegħu marbuta ma’ tranżazzjoni mhux awtorizzata, ir-responsabbiltà ċivili ta’ tali fornitur, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l-ammont tad-dejn iggarantit, konformement ma’ sistema kuntrattwali nazzjonali ta’ responsabbiltà kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2007/64 jgħid li hija tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas u tal-fornituri ta’ tali servizzi fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas bħala attività abitwali jew professjonali, skont il-premessa 47 ta’ din id-direttiva li tipprovdi li din tal-aħħar tikkonċerna biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>l-obbligi kuntrattwali u r‑responsabbiltajiet rispettivi tal-utent ta’ servizzi ta’ ħlas u l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 2 tagħha, l-imsemmija direttiva hija applikabbli għas-servizzi ta’ ħlas ipprovduti fl-Unjoni, peress li huwa ppreċiżat li t-Titolu IV ta’ din l-istess direttiva, li jinkludi l-Artikoli 58 sa 60 tagħha, japplika biss meta kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas kif ukoll dak tal-benefiċjarju, jew l-uniku fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas fit-tranżazzjoni ta’ ħlas, ikunu jinsabu fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>B’hekk minn dawn l-aħħar dispożizzjonijiet jirriżulta li d-Direttiva 2007/64 tirrigwarda r-relazzjonijiet bejn l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas u l-fornitur ta’ dawn is-servizzi, mingħajr ma ebda dispożizzjoni ta’ din id-direttiva ma ssemmi l-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-inċiż 10 tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas bħala persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizzi ta’ ħlas fil-kapaċità ta’ min iħallas jew ta’ min jitħallas, jew tat-tnejn. Min-naħa tagħhom, l-inċiżi 7 u 8 ta’ dan l-artikolu jiddefinixxu lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>min iħallas<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>min jitħallas<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> bħala, rispettivament, minn naħa, persuna fiżika jew ġuridika li tkun detentriċi ta’ kont tal-ħlas u li tawtorizza ordni ta’ ħlas minn dan il-kont ta’ ħlas, jew, fl-assenza ta’ kont ta’ ħlas, persuna fiżika jew ġuridika li tagħti ordni ta’ ħlas, u, min-naħa l-oħra, persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-destinatarja prevista ta’ fondi li jkunu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, il-kuntratt ta’ garanzija huwa kuntratt distint minn dak li jorbot lill-kreditur mad-debitur, li permezz tiegħu l-garanti, li huwa terza persuna għal din l-aħħar relazzjoni kuntrattwali, ikollu bħala rwol li jiggarantixxi lill-kreditur, f’dan il-każ il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, il-ħlas ta’ dak li d-debitur, f’dan il-każ l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, jista’ jitlob dan tal-aħħar taħt l-obbligu ggarantit, li huwa kkostitwit mid-dejn dovut mid-debitur lill-kreditur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-garanti ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>utent ta’ servizzi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, peress li r-rwol tiegħu la huwa qrib u lanqas ’il bogħod minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>min iħallas<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jew dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>min jitħallas<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-inċiżi 7 u 8 tal-Artikolu 4 tad‑Direttiva 2007/64.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-direttiva tistabbilixxi drittijiet u obbligi biss fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas u tal-utenti ta’ tali servizzi u ma tirrigwardax is-sitwazzjoni tal-garanti ta’ tali utenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sistema ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas prevista fl-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64, din id-dispożizzjoni ssemmi biss lil min iħallas bħala benefiċjarju tar-rimbors ta’ tranżazzjoni mhux awtorizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 58 ta’ din id-direttiva jimponi l-obbligu ta’ komunikazzjoni li huwa jipprevedi biss fuq l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, bil-kundizzjoni li, skont it-Titolu III tal-imsemmija direttiva, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ikun ipprovda jew qiegħed għad-dispożizzjoni ta’ dan l-utent l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata jew mhux eżegwita jew eżegwita skorrettament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, kif enfasizza, sostanzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 86 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sistema ta’ responsabbiltà previst fl-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 hija bbażata fuq bilanċ bejn l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas u l-obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ kull tranżazzjoni mhux awtorizzata fi ħdan terminu ta’ tlettax-il xahar impost fuq l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, li jippermetti li tiġi invokata r-responsabbiltà stretta ta’ dan il-fornitur, mingħajr ma dan l-utent ikollu jipprova nuqqas jew negliġenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex tiġi invokata r-responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas minħabba tranżazzjonijiet mhux awtorizzati mill-utent ta’ tali servizzi, il-garanti ta’ utent ma jistax jibbenefika mis-sistema ta’ responsabbiltà prevista fl-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64, iżda jkollu jirrikorri għall-possibbiltajiet li jagħtih id-dritt nazzjonali. Għaldaqstant, ma jistax jiġi rikjest mill-garanti li jkun suġġett għall-obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ tali tranżazzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 58 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>L-argument tal-Gvern Franċiż u tar-Repubblika Ċeka li jeżisti riskju ta’ evitar tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64, jekk l-obbligu ta’ komunikazzjoni tat-tranżazzjonijiet mhux awtorizzati ma jiġix impost fuq il-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas, ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punti 58 sa 60 ta’ din is-sentenza, il-kuntratt ta’ garanzija bejn fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas u garanti ma huwiex irregolat mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64 u lanqas minn xi strument ieħor tad-dritt tal-Unjoni. Kuntratt bħal dan jibqa’ għalhekk suġġett għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti mid-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 94 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk id-dritt nazzjonali applikabbli jipprevedi dan, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas jista’ jkollu jbati l-konsegwenzi tan-negliġenza tiegħu fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas, b’mod partikolari meta huwa ma jkunx ivverifika li din it-tranżazzjoni kienet tabilħaqq ġiet awtorizzata mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, sa fejn tali negliġenza tkun ikkawżat dannu lil terz bħall-garanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-possibbiltà għall-garanti li jinvoka d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali sabiex inaqqas l-obbligi tiegħu lejn il-kreditur li jibbenefika mill-garanzija, fil-każ ta’ negliġenza ta’ dan tal-aħħar fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas, bl-ebda mod ma taffettwa r-relazzjoni kuntrattwali stabbilita bejn il-kreditur u d-debitur, rispettivament il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas u l-utent ta’ tali servizzi, li hija rregolata, min-naħa tagħha, mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas jinvoka, minħabba nuqqas tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tal-obbligi tiegħu marbuta ma’ tranżazzjoni mhux awtorizzata, ir-responsabbiltà ċivili ta’ tali fornitur, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l-ammont tad-dejn iggarantit, konformement ma’ sistema ta’ responsabbiltà kuntrattwali tad-dritt ordinarju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar is‑servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li utent ta’<?PAGE NO="13"?> servizzi ta’ ħlas ikun jista’ jinvoka r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ dawn is-servizzi abbażi ta’ sistema ta’ responsabbiltà differenti minn dik prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet meta dan l-utent ikun naqas mill-obbligu ta’ komunikazzjoni tiegħu previst fl-imsemmi Artikolu 58.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas jinvoka, minħabba nuqqas tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tal-obbligi tiegħu marbuta ma’ tranżazzjoni mhux awtorizzata, ir-responsabbiltà ċivili ta’ tali fornitur, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l-ammont tad-dejn iggarantit, konformement ma’ sistema ta’ responsabbiltà kuntrattwali tad-dritt ordinarju.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>