<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-578/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0578</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:35">EU:C:2020:35</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200123">23.1.2020</DATE> – Kawża C‑578/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Energiavirasto</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20200123">23 ta’ Jannar 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Suq intern tal-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/72/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 37</KEYWORD><KEYWORD>Funzjonijiet u kompetenzi tal-awtorità regolatorja</KEYWORD><KEYWORD>Riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>entità<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Dritt li jiġi eżerċitat appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja</KEYWORD><KEYWORD>Ilment imressaq minn klijent residenzjali kontra impriża li topera netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑578/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180907">7 ta’ Settembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180914">14 ta’ Settembru 2018</DATE> fil-kawża mressqa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Energiavirasto</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">A,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Caruna Oy,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis (Relatur), E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li qieset l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Energiavirasto, minn N. Kankaanrinta,</P></ITEM><ITEM><P>għal A, minnu stess,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo u J. Heliskoski, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u Z. Wagner</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Huttunen u O. Beynet, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20191024">24 ta’ Ottubru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="55" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 55</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Energiavirasto (l-Awtorità tal-Enerġija, il-Finlandja) u A, dwar ir-rifjut ta’ din l-awtorità li tagħti lil A l-istatus ta’ parti fil-proċedura li tagħha Caruna Oy, impriża li tamministra netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku, kienet is-suġġett ta’ lment imressaq minn A.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 37, 42, 51 u 54 tad-Direttiva 2009/72 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>37.</NO.P><TXT>[…] Ir-regolaturi tal-enerġija għandhom jingħataw ukoll is-setgħat li jikkontribwixxu għall-iżgurar […] li l-miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur ikunu kompletament effettivi. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(42)</NO.P><TXT>L-industrija u l-kummerċ kollu tal-[Unjoni Ewropea], inklużi l-impriżi żgħar u medji, u ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jkunu qed igawdu mill-benefiċċji ekonomiċi tas-suq intern għandhom igawdu wkoll minn livelli għolja ta’ protezzjoni tal-konsumatur u b’mod partikolari, il-klijenti domestiċi […]. Dawn il-klijenti għandu jkollhom ukoll aċċess għall-għażla, il-ġustizzja, ir-rappreżentanza u għal mekkaniniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(51)</NO.P><TXT>L-interessi tal-konsumaturi għandhom ikunu fiċ-ċentru ta’ din id-Direttiva u l-kwalità tas-servizzi għandha tkun responsabilità ċentrali tal-intrapriżi tal-elettriku. Id-drittijiet eżistenti tal-konsumaturi jeħtieġ li jissaħħu u jiġu garantiti, u għandhom jinkludu aktar trasparenza. Il-ħarsien tal-konsumaturi għandu jiżgura li, fl-ambitu usa’ tal-[Unjoni], il-konsumaturi kollha jibbenefikaw minn suq kompetittiv. Id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu infurzati mill-Istati Membri, jewmill-awtoritajiet regolatorji meta l-Istat Membru jkun għamel provvediment għal dan.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(54)</NO.P><TXT>Id-disponibilità ta’ mezzi effettivi għar-riżoluzzjoni ta’ tiwim għall-konsumaturi kollha tiggarantixxi ħarsien akbar tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi għat-trattar tal-ilmenti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku, flimkien ma’ dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jittejbu u jiġu integrati s-swieq kompetittivi tal-enerġija [fl-Unjoni] […] Id-Direttiva tiddefinixxi wkoll l-obbligi ta’ servizz universali u d-drittijiet tal-konsumaturi tal-elettriku u tiċċara l-obbligi tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jiddikjara b’mod partikolari li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[g]ħall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw d-definizzjonijiet li ġejjini […] <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>klijent domestiku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser klijent li jixtri l-elettriku għall-konsum tiegħu fid-dar, esklużi attivitajiet kummerċjali jew professjonali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Obbligi tas-servizz pubbliku u l-protezzjoni tal-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b’mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli. […] Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta’ protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta’ soluzzjoni ta’ kwistjonijiet. […] Fir-rigward għall-anqas tal-klijenti domestiċi, dawk il-miżuri għandhom jinkludu dawk stabbiliti fl-Anness I.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.013"><NO.PARAG>13.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu indipendenti bħalma hu ombudsman tal-enerġija jew entità tal-konsumatur għat-trattament effiċjenti ta’ lmenti u soluzzjoni ta’ tilwim barra l-qrati.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/72 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Objettivi ġenerali tal-awtoritajiet regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkisbu l-objettivi li ġejjin fil-qafas tal-kompiti u s-setgħat tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 37, f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali konċernati oħra inklużi awtoritajiet tal-kompetizzjoni, fejn ikun il-każ, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>[…] tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jiżguraw il-konformità tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni, u, meta dan ikun relevanti, il-proprjetarji tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe impriża tal-elettriku, mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u taħt leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-[Unjoni], inkluż f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet transkonfinali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>jissorveljaw […] [i]lmenti tal-klijenti domestiċi […];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT>l-iżgurar, flimkien ma’ awtoritajiet relevanti oħra, li l-miżuri ta’ ħarsien tal-konsumaturi, inklużi dawk imniżżla fl-Anness I, jkunu effettivi u infurzati;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta Stat Membru jkun ipprovda hekk, id-doveri tas-sorveljanza stipulati fil-Paragrafu 1 jistgħu jitwettqu minn awtorità oħra barra l-awtorità regolatorja. F’każ bħal dan, l-informazzjoni li tirriżulta minn dan il-monitoraġġ għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità regolatorja kemm jista’ jkun malajr.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija lilhom taħt il-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta operatur ta’ sistema indipendenti jkun ġie maħtur taħt l-Artikolu 13, l-awtoritajiet regolatorji għandhom:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>[…] jaġixxu bħala l-awtorità għar-riżoluzzjoni ta’ disputi bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe lment imressaq minn kwalunkwe wieħed minnhom taħt il-paragrafu 11;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 6 b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>drittijiet xierqa ta’ investigazzjonijiet u s-setgħat relevanti ta’ istruzzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta’ disputi taħt l-Artikoli 11 u 12.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija u s-setgħat konferiti lilhom taħt il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, meta operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jkun inħatar taħt il-Kapitolu V, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jingħataw għall-anqas id-dmirijiet u s-setgħat li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jaġixxu bħala awtoritajiet għar-riżoluzzjoni ta’ disputi bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni fir-rigward ta’ kull ilment preżentat taħt il-paragrafu 11;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="037.011"><NO.PARAG>11.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni b’rabta mal-obbligi ta’ dak l-operatur skont din id-Direttiva, tista’ tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, waqt li tkun qed taġixxi bħala awtorità li ssolvi t-tilwim, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien perjodu ta’ xahrejn minn wara li din tkun irċeviet l-ilment. Dan il-perijodu jista’ jiġi estiż<?PAGE NO="5"?> b’xahrejn oħra fejn tkun qed tintalab informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet regolatorji. Dan il-perijodu jista’ jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-deċiżjoni tal-awtorita’ regolatorja għandha jkollha effett obbligatorju kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b’appell.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.012"><NO.PARAG>12.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skont dan l-Artikolu jew, fejn l-awtorità regolatorja jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar it-tariffi jew il-metodoloġiji proposti, din tista’, minn talanqas fi żmien xahrejn, jew f’perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għall-istħarriġ. Tali lment ma għandux ikollu effett sospensiv.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="037.015"><NO.PARAG>15.</NO.PARAG><ALINEA>L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 11 u 12 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitu tad-drittijiet tal-appell taħt il-liġi [tal-Unjoni] u/jew taħt il-liġi nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.016"><NO.PARAG>16.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu motivati u ġustifikati għal kollox sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni ġuridika. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.017"><NO.PARAG>17.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi adatti fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt tal-appell lil korp li huwa indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva 2009/72 jikkonċerna l-miżuri dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. Mill-punt 1(d) ta’ dan l-anness jirriżulta li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva huma intiżi sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jagħżlu bejn metodi differenti ta’ ħlas li ma jagħmlux diskriminazzjoni indebita bejniethom. Barra minn hekk, il-punt 1(f) tal-imsemmi anness jippreċiża li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva għandhom l-għan li jiżguraw li l-klijenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti, sempliċi u effettivi biex jiġu ttrattati l-ilmenti tagħhom. B’mod partikulari, il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għal livell tajjeb ta’ servizz u ta’ ġestjoni tal-ilmenti mill-fornitur tagħhom tas-servizz tal-elettriku. Proċeduri bħal dawn ta’ soluzzjoni ta’ tilwim bla qrati għandhom iwasslu biex tilwimiet jiġu riżolti b’mod ġust u fil-waqt, preferibbilment fi żmien tliet xhur, b’dispożizzjoni, fejn meħtieġ, ta’ sistema ta’ rimborż u/jew kumpens. Huma għandhom ikunu konformi, kull fejn possibbli, mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-<DATE ISO="19980330">30 ta’ Marzu 1998</DATE> dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għar-riżoluzzjoni extra-ġudizzjarja ta’ disputital-konsumatur [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, L 115, p. 31</REF.DOC.OJ>]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Finlandiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-Laki sähkö- ja maakaasumarkkinoiden valvonnasta (590/2013) (il-Liġi Nru 590/2013 dwar is-Sorveljanza tas-Suq tal-Elettriku u tal-Gass (590/2013), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Liġi dwar is-Sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), l-Awtorità tal-Enerġija għandha l-inkarigu li tikkontrolla l-konformità mad-dispożizzjonijiet taħt id-dritt nazzjonali u taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea u mal-ordnijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din il-liġi u li twettaq il-ħidmiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 li huma assenjati lilha bil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1)(13) tal-Liġi dwar is-Sorveljanza, l-Awtorità tal-Enerġija għandha l-inkarigu, fl-attività tagħha bħala l-awtorità regolatorja nazzjonali fi ħdan it-tifsira tad-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni rigward is-setturi tal-elettriku u l-gass, li tassigura l-effiċjenza u l-infurzar ta’ miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur rigward is-suq tal-elettriku u l-gass.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 57(2) tas-sähkömarkkinalaki (588/2013) (il-Liġi dwar is-Suq tal-Elettriku (588/2013), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Liġi dwar is-Suq tal-Elettriku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) jipprovdi li operatur ta’ sistema ta’ distribuzzjoni huwa obbligat joffri lill-konsumaturi metodi ta’ ħlas differenti sabiex iħallsu l-fatturi għad-distribuzzjoni tal-elettriku. L-għażliet offruti ma għandhomx jinkludu kundizzjonijiet mhux iġġustifikati jew kundizzjonijiet li jiddiskriminaw bejn gruppi differenti ta’ konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 106(2) tal-Liġi dwar is-Suq tal-Elettriku jipprovdi li l-Awtorità tal-Enerġija hija responsabbli li tikkontrolla l-konformità ma’ din il-liġi u mad-dispożizzjonijiet u l-ordnijiet amministrattivi maħruġa abbażi tagħha, kif ukoll il-konformità ma’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni meħuda abbażi ta’ din il-liġi. Taħt din id-dispożizzjoni, is-sorveljanza hija rregolata separatament fil-Liġi dwar is-Sorveljanza. Skont l-Artikolu 106(4), il-Kuluttaja-asiamies (l-Ombudsman għall-Konsumaturi, il-Finlandja) jikkontrolla l-legalità tal-klawżoli tal-kuntratti msemmija fil-Kapitolu 13 tal-Liġi dwar is-Suq tal-Elettriku (kuntratti tal-elettriku) mill-perspettiva tal-ħarsien tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 114 tal-Liġi dwar is-Suq tal-Elettriku jipprovdi li appell kontra deċiżjoni tal-Awtorità tal-Enerġija abbażi tal-Liġi dwar is-Suq tal-Enerġija jista’ jitressaq skont il-proċeduri stabbiliti fil-Hallintolainkäyttölaki (586/1996) (il-Kodiċi dwar il-Proċedura fil-Qrati Amministrattivi (586/1996)). Skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan il-kodiċi, deċiżjoni li kontra tagħha jista’ jitressaq ilment tfisser miżura li permezz tagħha każ ikun jew ġie deċiż jew miċħud bħala inammissibbli. Skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan l-istess kodiċi, ilment kontra deċiżjoni jista’ jitressaq minn dik il-parti li lilha tkun indirizzata d-deċiżjoni jew li jkollha d-drittijiet, l-obbligi u l-interessi tagħha direttament affettwati minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>A, li huwa klijent residenzjali, ikkonkluda ftehim ta’ provvista ta’ elettriku ma’ impriża li topera netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku, li saret Caruna. Fil-<DATE ISO="20130905">5 ta’ Settembru 2013</DATE>, huwa indirizza lill-Awtorità tal-Enerġija ittra elettronika sabiex jitlob lil din tal-aħħar tivverifika jekk il-metodu ta’ fatturazzjoni pprattikat minn din l-impriża kienx konformi mal-Liġi dwar is-Suq tal-Elettriku, b’mod partikolari fl-Artikolu 57(2) ta’ din il-liġi li jipprovdi li l-operatur tan-netwerk ta’ distribuzzjoni għandu jipproponi lill-konsumaturi mezzi differenti ta’ ħlas sabiex jirregolaw il-fatturi tal-elettriku tagħhom, u dan skont il-punt 1(d) tal-Anness I tad-Direttiva 2009/72. Wara li eżaminat il-legalità ta’ dan il-metodu ta’ fatturazzjoni, l-Awtorità tal-Enerġija, fil-<DATE ISO="20140331">31 ta’ Marzu 2014</DATE>, ħadet deċiżjoni li tgħid li Caruna ma kinitx kisret l-Artikolu 57(2) tal-Liġi dwar is-Suq tal-Elettriku u ma kienx hemm lok li jittieħdu miżuri. F’din id-deċiżjoni, A ġie nnominat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>applikant għal investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140428">28 ta’ April 2014</DATE>, l-Awtorità tal-Enerġija ċaħdet l-ilment imressaq minn A kontra l-imsemmija deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140331">31 ta’ Marzu 2014</DATE>, bħala inammissibbli, kif ukoll it-talba ta’ A sabiex jingħata l-istatus ta’ parti fil-proċedura. Għalhekk A ppreżenta appell quddiem il-Helsingin hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) b’appell intiż sabiex tiġi rrikonoxxuta lilu l-kwalità ta’ parti fil-proċedura li hija ttrattata minn din l-awtorità, sabiex jiġu annullati d-deċiżjonijiet adottati minn din tal-aħħar fil-31 ta’ Marzu u fit-<DATE ISO="20140428">28 ta’ April 2014</DATE> u sabiex il-kawża tiġi rrinvijata lill-imsemmija awtorità sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160523">23 ta’ Mejju 2016</DATE>, hija laqgħet dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Awtorità tal-Enerġija ppreżentat appell kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Korkein hallinto oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), billi sostniet li l-fatt li A għamel talba għal investigazzjoni ma jagħtihx l-istatus ta’ parti fid-deċiżjoni meħuda minnha u lanqas id-dritt li jippreżenta appell ġudizzjarju kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li hija għandha tiddeċiedi dwar jekk A kellux id-dritt li jadixxi qorti nazzjonali b’appell kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Enerġija li ma tadottax miżuri fir-rigward tal-impriża li topera netwerk.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Hija tindika li l-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali ssostni l-pożizzjoni tal-Awtorità tal-Enerġija li, fil-kawża prinċipali, A kellu status ta’ inizjatur sempliċi u ma kellux id-dritt li jippreżenta appell ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni ta’ din l-awtorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, fl-assenza ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fid-Direttiva 2009/72, hija tistaqsi jekk l-Artikolu 37 tagħha għandux jiġi interpretat fis-sens li klijent domestiku ta’ impriża li topera netwerk, li jqis li kien, bħala konsumatur, leż minħabba l-metodu ta’ fatturazzjoni pprattikat minn din l-impriża u li huwa jindirizza ruħu lill-awtorità regolatorja, jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u jippreżenta quddiem qorti appell kontra d-deċiżjoni, adottata minn din l-awtorità, li ma tadottax miżuri kontra l-imsemmija impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72[…]għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li hija klijent konsumatur ta’ impriża li topera netwerk u li adixxiet l-awtorità nazzjonali regolatorja b’ilment kontra l-imsemmija impriża għandha tiġi kklassifikata, fis-sens tal-paragrafu 17 tal-imsemmi artikolu, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>entità affettwata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> minn deċiżjoni tal-imsemmija awtorità u li konsegwentement għandha d-dritt tappella quddiem qorti nazzjonali minn deċiżjoni ta’ din l-istess awtorità li taffettwa lil din l-istess impriża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk il-persuna msemmija fl-ewwel domanda ma għandhiex tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>entità affettwata<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72, id-dritt tal-Unjoni jagħti lil klijent konsumatur li għandu l-istatus bħal dak tal-appellant fil-kawża prinċipali, abbażi ta’ bażi legali oħra, id-dritt li jipparteċipa, quddiem l-awtorità regolatorja, fit-trattament ta’ talba għal intervent jew id-dritt li jadixxi qorti nazzjonali b’din il-kawża, jew din il-kwistjoni tibqa’ rregolata mid-dritt nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72 għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri li jagħtu lill-awtorità regolatorja l-kompetenza li tirregola t-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-operaturi tan-netwerk u li tagħti, konsegwentement, lill-klijent domestiku li jkun ressaq ilment quddiem din l-awtorità kontra operatur ta’ netwerk, il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u d-dritt li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni meħuda mill-imsemmija awtorità wara dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/72, din għandha l-għan li tistabbilixxi regoli komuni dwar il-produzzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku, kif ukoll dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi, bil-għan ta’ titjib u ta’ integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku kompetittivi fl-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jiddetermina b’mod partikolari l-obbligi tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-konsumaturi, inklużi dawk dwar it-trattament tal-ilmenti u s-soluzzjoni barra mill-qorti tat-tilwim, filwaqt li l-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-kompiti u l-kompetenzi tal-awtorità regolatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti din id-dispożizzjoni (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:482">EU:C:2012:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Al Chodor</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑528/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:213">EU:C:2017:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72, hemm lok li jiġi kkonstatat li, fost il-kompiti u l-kompetenzi li l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha għall-inqas tiġi fdata bihom skont l-Artikolu 37(4)(e) u (5)(c) ta’ din id-direttiva, hemm drittijiet ta’ investigazzjoni xierqa u s-setgħat ta’ investigazzjoni neċessarji għas-soluzzjoni tat-tilwim, skont l-Artikolu 37(11) u (12) tal-imsemmija direttiva, kif ukoll id-dmir li taġixxi bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn l-impriża vertikalment integrata u l-operatur tan-netwerk ta’ trażmissjoni wara kull ilment imressaq skont l-Artikolu 37(11) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din l-aħħar dispożizzjoni tipprovdi li kull parti li jkollha lment kontra operatur ta’ netwerk ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni f’dak li jirrigwarda l-obbligi imposti fuq l-operatur minn din id-direttiva tista’ tindirizza lill-awtorità regolatorja li, bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni tat-tilwima, tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn, li jista’ jiġi estiż f’ċerti każijiet, wara li jiġi rċevut l-ilment. Id-deċiżjoni ta’ din l-awtorità hija vinkolanti sakemm ma tiġix annullata wara appell. Fir-rigward tal-Artikolu 37(12) tad-Direttiva 2009/72, dan jipprevedi proċedura li tippermetti lil kull parti leża u li għandha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni dwar il-metodi meħuda bis-saħħa tal-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva, jew, meta l-awtorità regolatorja jkollha obbligu ta’ konsultazzjoni, dwar it-tariffi jew il-metodi proposti, li tippreżenta lment għal reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72 jipprevedi, b’mod partikolari fil-paragrafi 15 sa 17 tiegħu, li l-ilmenti msemmija fil-paragrafi 11 u 12 ta’ dan l-artikolu ma jippreġudikawx l-eżerċizzju tar-rimedji ġudizzjarji previsti mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali, li l-awtoritajiet regolatorji għandhom jimmotivaw u jiġġustifikaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tagħhom sabiex jippermettu stħarriġ ġudizzjarju u li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mekkaniżmi xierqa, fuq livell nazzjonali, jippermettu lil parti leża minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja li teżerċita appell quddiem korp indipendenti mill-partijiet ikkonċernati u minn kull gvern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet kollha jirriżulta li l-awtorità regolatorja għandha l-kompetenza ta’ organu ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ tilwim meta tittratta lment imressaq skont l-Artikolu 37(11) u (12) tad-Direttiva 2009/72 u li l-partijiet f’dawn il-kawżi jkollhom id-dritt li jippreżentaw appell kontra d-deċiżjoni meħuda minn din l-awtorità wara tali lment, jekk tkun sfavorevoli għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dawn id-dispożizzjonijiet ma jippreċiżawx jekk din il-kompetenza tinkludix dik li tkun taf it-tilwimiet bejn il-klijenti domestiċi u l-operaturi ta’ netwerk, u li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>parti leża<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jinsab fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72 ma huwiex iddefinit minn din tal-aħħar, b’mod li l-formulazzjoni tal-Artikolu 37 ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk dan il-kunċett jinkludix il-klijent domestiku li jkun ressaq ilment kontra operatur ta’ netwerk għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u, konsegwentement, jekk dan it-tip ta’ kawża jaqax neċessarjament taħt il-ġurisdizzjoni relatata mar-riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ tilwim, li għandha tingħata mill-Istati Membri lill-awtorità regolatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 37(1)(b) tad-Direttiva 2009/72, li jagħti kompitu lill-awtorità regolatorja li tiżgura l-osservanza, mill-operaturi tan-netwerk ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni u, jekk ikun il-każ, mill-proprjetarji tan-netwerk, kif ukoll mill-impriżi tal-elettriku, tal-obbligi imposti fuqhom bis-saħħa ta’ din id-direttiva u ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi oħra tal-Unjoni applikabbli, ma jagħmilx riferiment għall-kompetenza tal-awtorità regolatorja sabiex tirregola t-tilwim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-ebda dispożizzjoni tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72 li tagħmel riferiment għall-kompetenza tal-awtorità regolatorja sabiex tirregola t-tilwim ma tirreferi għat-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-operaturi ta’ netwerk. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, tal-Artikolu 37(3)(b), li jsemmi espressament it-tilwim bejn l-operatur ta’ netwerk indipendenti u l-proprjetarju tan-netwerk ta’ trażmissjoni, tal-Artikolu 37(4)(e), li jipprovdi għal drittijiet ta’ investigazzjoni, u tal-Artikolu 37(5)(c), li jikkonċerna t-tilwim bejn l-impriża vertikalment integrata u l-operatur tan-netwerk ta’ trażmissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72, fil-paragrafu 1(j) tiegħu, jagħti kompitu lill-awtorità regolatorja li tissorvelja l-ilmenti tal-klijenti domestiċi u, fil-paragrafu 1(n) tiegħu, li tikkontribwixxi sabiex tiggarantixxi, b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, l-effettività u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, inklużi dawk stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 37(2) ta’ din tal-aħħar jipprovdi li meta Stat Membru jipprevedi dan, il-dmirijiet ta’ sorveljanza u ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jistgħu jiġu eżegwiti minn awtoritajiet li ma humiex l-awtorità regolatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72 u tal-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni li minnu jagħmel parti, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li l-premessi 42, 51 u 54 ta’ din id-direttiva jistabbilixxu li l-klijenti domestiċi għandhom jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, li l-interessi tal-konsumaturi huma fil-qalba ta’ din id-direttiva, li l-Istati Membri jew, jekk Stat Membru hekk jipprovdi, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-konsumaturi, li mezzi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim effikaċi u aċċessibbli għall-konsumaturi kollha huma l-garanzija ta’ protezzjoni aħjar tal-konsumaturi u li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri rapidi u effikaċi għat-trattament tal-ilmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif tfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, l-għan tad-Direttiva 2009/72 huwa b’mod partikolari, skont l-Artikolu 1 tagħha, li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u li jiġu ddefiniti d-drittijiet tal-konsumaturi tal-elettriku. B’hekk, l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprevedi l-obbligi li għandhom l-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi. Huwa jimponi fuqhom, fil-paragrafu 7 tiegħu, li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim. Il-miżuri li għandhom jieħdu l-Istati Membri f’dan ir-rigward, skont din id-dispożizzjoni u l-Anness I tal-imsemmija direttiva, li tirreferi għalih, għandhom l-għan li jiżguraw, skont il-punt 1(f) ta’ dan l-anness, li l-klijenti jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti, sempliċi u rħas sabiex jipproċessaw l-ilmenti tagħhom, billi dawn il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarji ta’ kawżi għandhom jippermettu riżoluzzjoni ġusta u rapida tat-tilwim. Għal dan il-għan, l-Artikolu 3(13) tad-Direttiva 2009/72 jimponi fuq l-Istati Membri li jiżguraw l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu indipendenti, bħal medjatur tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi, sabiex jiġi żgurat trattament effikaċi tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għal dak li jirrigwarda l-awtorità regolatorja, il-premessa 37 tad-Direttiva 2009/72 tiddikjara li r-regolaturi tal-enerġija għandhom jingħataw is-setgħa li jiggarantixxu l-effett sħiħ tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. L-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva, li jiddefinixxi l-għanijiet ġenerali ta’ din l-awtorità, jipprevedi li din tal-aħħar għandha tieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex tilħaq l-għanijiet stabbiliti minn dan l-artikolu, fil-kuntest tal-kompiti tagħha u tal-kompetenzi tagħha ddefiniti fl-Artikolu 37 tal-imsemmija direttiva, b’konsultazzjoni mill-qrib, jekk ikun il-każ, mal-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kkonċernati, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom. Fost dawn l-għanijiet hemm, fl-Artikolu 36(g) tal-istess direttiva, dak li jingħata kontribut sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ma jirriżulta minn ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72 imsemmija fil-punti 34 u 35 ta’ din is-sentenza, u lanqas minn ebda dispożizzjoni oħra tagħha li l-Istati Membri huma obbligati li jagħtu lill-awtorità regolatorja, bl-esklużjoni ta’ kull awtorità oħra, il-kompetenza għar-riżoluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-impriżi tal-elettriku, b’mod partikolari l-operaturi ta’ netwerk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, minn naħa, il-premessa 51 u l-Artikolu 36(g) tad-Direttiva 2009/72 jikkonfermaw li l-għan mogħti minn din tal-aħħar lill-awtorità regolatorja jikkonsisti, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jikkontribwixxu, b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, sabiex tiġi ggarantita l-effettività u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, inkluż it-trattament tal-ilmenti, u li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħtu kompiti relatati mad-drittijiet tal-konsumaturi jew lill-awtorità regolatorja jew lil awtoritajiet oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda b’mod iktar preċiż l-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu mekkaniżmu indipendenti li jkun inkarigat li jiżgura trattament effikaċi tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim, l-Artikolu 3(13) tad-Direttiva 2009/72, bl-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>bħalma hu ombudsman tal-enerġija jew entità tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jindika espressament li l-għażla tal-awtorità responsabbli għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn il-konsumaturi u l-impriżi tal-elettriku tappartjeni lill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dawn il-konstatazzjonijiet kollha jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jattribwixxu l-kompetenza relattiva għar-riżoluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-impriżi tal-elettriku lil awtorità li ma hijiex l-awtorità regolatorja, sakemm, skont il-premessa 54 u l-Artikolu 3(7) u (13), kif ukoll il-punt 1(f) tal-Anness I tad-Direttiva 2009/72, l-awtorità nominata tkun indipendenti u teżerċita din il-kompetenza billi timplimenta proċeduri rapidi, effikaċi, trasparenti, sempliċi u rħas għat-trattament tal-ilmenti, li jippermettu riżoluzzjoni ġusta u rapida tat-tilwim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu din il-kompetenza lill-awtorità regolatorja, billi l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, użata fl-Artikolu 37(4) tad-Direttiva 2009/72, tindika li kompetenzi oħra għajr dawk imsemmija espressament fl-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva jistgħu jiġu attribwiti lilha. Meta l-Istat Membru jagħżel li jafda din il-kompetenza lill-awtorità regolatorja, jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 37(11), (16) u (17) tal-imsemmija direttiva li l-kwalità ta’ parti kif ukoll id-dritt li jiġi ppreżentat appell ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja għandhom jiġu rrikonoxxuti lil klijent domestiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju, l-Awtorità tal-Enerġija u l-Gvern Finlandiż indikaw li l-korp nazzjonali kompetenti sabiex jittratta l-ilment ta’ konsumatur kontra impriża tal-elettriku huwa l-kuluttajariitalautakunta (il-Kummissjoni tat-Tilwim fil-Qasam tal-Konsum, il-Finlandja), li quddiemha l-lanjant għandu l-istatus ta’ parti. Barra minn hekk, dan il-konsumatur jista’ jindirizza lment lill-Ombudsman tal-konsumaturi, li quddiemu l-konsumatur ma għandux, min-naħa l-oħra, l-istatus ta’ parti. Kif jirriżulta mill-punt 39 ta’ din is-sentenza, tali dispożittiv ma jmurx kontra d-Direttiva 2009/72, sa fejn l-awtorità extraġudizzjarja maħtura b’dan il-mod hija indipendenti u teżerċita din il-kompetenza billi timplimenta proċeduri rapidi, effikaċi, trasparenti, sempliċi u rħas għat-trattament tal-ilmenti, li jippermettu soluzzjoni ġusta u rapida tat-tilwim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-Awtorità tal-Enerġija u l-Gvern Finlandiż indikaw ukoll li l-leġiżlazzjoni Finlandiża tobbliga lil din l-awtorità li tittratta t-talbiet għal investigazzjoni indirizzati lilha u li l-istatus tal-applikant għal investigazzjoni huwa dak mhux ta’ parti, iżda ta’ informatur, u dan jippermetti lill-awtorità regolatorja twettaq il-kompitu ta’ sorveljanza tagħha. Waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Finlandiż ippreċiża li d-deċiżjoni eventwalment meħuda minn din l-awtorità f’dan il-kuntest ma hijiex vinkolanti fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi l-oħra. Tali soluzzjoni ma tidhirx li tmur kontra l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-Direttiva 2009/72, peress li hija tista’ tippermetti t-twettiq tal-kompiti ta’ sorveljanza u ta’ kontroll fdati lill-awtorità regolatorja mill-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva, mingħajr ma tippreġudika d-drittijiet tal-konsumaturi previsti minnha u, b’mod partikolari, id-dritt tagħhom li jibbenefikaw minn proċeduri extraġudizzjarji ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim li jissodisfaw ir-rekwiżiti mfakkra fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu lill-awtorità regolatorja l-kompetenza li tirregola t-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-operaturi tan-netwerk u li tagħti, konsegwentement, lill-klijent domestiku li jkun ressaq ilment lill-awtorità regolatorja kontra operatur ta’ netwerk il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u d-dritt li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni meħuda minn din l-awtorità wara dan l-ilment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu lill-awtorità regolatorja l-kompetenza li tirregola t-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-operaturi tan-netwerk u li tagħti, konsegwentement, lill-klijent domestiku li jkun ressaq ilment lill-awtorità regolatorja kontra operatur ta’ netwerk il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u d-dritt li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni meħuda minn din l-awtorità wara dan l-ilment.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>