2003L0090 — MT — 25.12.2014 — 009.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE

tas-6 ta' Ottubru 2003

li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 254, 8.10.2003, p.7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/91/KE Test b'rilevanza għaz-ŻEE tas-16 ta’ Diċembru 2005

  L 331

24

17.12.2005

 M2

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/48/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Lulju 2007

  L 195

29

27.7.2007

 M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/97/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Awwissu 2009

  L 202

29

4.8.2009

 M4

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/46/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Lulju 2010

  L 169

7

3.7.2010

 M5

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/68/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-1 ta’ Lulju 2011

  L 175

17

2.7.2011

 M6

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/8/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Marzu 2012

  L 64

9

3.3.2012

 M7

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/44/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Novembru 2012

  L 327

37

27.11.2012

 M8

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/57/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-20 ta’ Novembru 2013

  L 312

38

21.11.2013

►M9

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/105/UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-4 ta' Diċembru 2014

  L 349

44

5.12.2014




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE

tas-6 ta' Ottubru 2003

li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 7 (2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/180/KEE ta' l-14 ta' April 1972 li tistabbilixxi l-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet minimi biex jiġu eżaminati speċi ta' pjanti agrikoli ( 2 ), kif emendata mid-Direttiva 2002/8/KE ( 3 ), stabbilixxiet, bil-għan li jkun hemm aċċettazzjoni ufficjali tal-varjetajiet fil-katalogi ta' l-Istati Membri, il-karatteristiċi li għandhom jigu koperti bħala minimu mill-eżamijiet ta' l-ispeċi varji, kif ukoll il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' dawn l-eżamijiet.

(2)

Linji gwida ta' prova fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżami tal-varjetajiet ġew maħruġa mil-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta' pjanti ( 4 ), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1650/2003 ( 5 ), fir-rigward ta' ċerti speċi.

(3)

Linji gwida ta' prova li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżamijiet tal-varjetajiet jeżistu fuq livell internazzjonali. L-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) żviluppat linji gwida ta' prova.

(4)

Id-Direttiva 72/180/KEE ġiet emendata mid-Direttiva 2002/8/KE biex tiġi assigurata konsistenza bejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet biex jiġu eżaminati l-varjetajiet bil-għan ta' l-aċċetTazzjoni tagħhom fil-katalogi nazzjonali tal-varjetajiet ta' l-Istati Membri sa fejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO ġew stabbiliti. Minn dak inhar il-CPVO ħareġ linji gwida għal numru ta' speċi oħrajn.

(5)

Hu xieraq li tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet għall-varjetajiet bil-għan ta' l-aċċettazzjoni tagħhom fil-katalogi nazzjonali ta' l-Istati Membri.

(6)

Hu xieraq li s-sistema Komunitarja tiġi bbażata fuq il-linji gwida ta' prova ta' l-UPOV, peress li l-CPVO għadu ma żviluppax linji gwida speċifiċi. Il-liġi nazzjonali tapplika għal dawk l-ispeċi mhux koperti minn din id-Direttiva.

(7)

Id-Direttiva 72/180/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propaganti għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni f'katalogu nazzjonali, fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/53/KE, tal-varjetajiet ta' l-speċi tal-pjanti agrikoli li jilħqu l-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Fir-rigward taċ-ċarezza, l-istabbiltà u l-uniformità:

(a) l-ispeċi mniżżlin fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-“Protokolli għall-provi għal ċarezza, uniformità u stabbiltà” tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) imniżżlin f'dak l-Anness;

(b) l-ispeċi mniżżlin fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta' prova għat-tmexxija ta' provi għaċ-ċarezza, uniformità u stabbilità ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) imniżżlin f'dak l-Anness.

3.  Fir-rigward tal-valur għall-koltivazzjoni jew użu, il-varjetajiet għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi kollha tal-varjetà fis-sens ta' l-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi li huma mmarkati b'asterisk (*) fil-linji gwida ta' prova msejħin fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jigu użati, previst li l-osservazzjoni ta' karatteristika ma tkunx magħmula impossibbli minħabba l-espressjoni ta' kwalunkwe karatteristiċi oħra, u previst li l-espressjoni ta' karatteristika ma tkunx impossibbli minħabba l-kondizzjonijiet ambjentali li fihom hi mwettqa l-prova.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fir-rigward ta' l-ispeċi mniżżlin fl-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' l-eżamijiet li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' disinn ta' prova u ta' tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta' prova msejħin f'dawk l-Annessi, jiġu sodisfatti fil-ħin ta' l-eżamijiet.

Artikolu 4

Id-Direttiva 72/180/KEE hi mħassra.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispoSizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-ħarsien ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 2004 mill-aktar tard. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bihom minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom Ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tiġi magħmula din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

1.  Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, hemm varjetajiet li ma ġewx aċċettati biex jagħmlu parti mil-Katalogu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, u eżamijiet uffiċjali bdew qabel dik id-data skond id-disposizzjonijiet ta' jew

(a) id-Direttiva 72/180/KEE jew

(b) tal-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi,

il-varjetajiet in kwistjoni għandhom jigu meqjusa li jilħqu l-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva.

2.  Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss fejn il-provi wasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli stabbiliti jew

(a) fid-Direttiva 72/180/KEE jew

(b) fil-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

▼M9




ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO



Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium × boucheanum Kunth

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/2 tal-11.3.2010

Brassica napus L.

Kolza Svediża

TP 36/2 tas-16.11.2011

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 tat-28.11.2012

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/1 tas-6.11.2003

Avena sativa L. (inkluża A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/1 tas-6.11.2003

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/3 tal-21.3.2012

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/2 tal-21.3.2012

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta' xi speċi tal-ġenus Triticum ma' xi speċi tal-ġenus Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L.

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/2 tal-1.12.2005

It-test ta' dawn il-protokolli jista' jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).




ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV



Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Ħaxix iebes li jixxeblek

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Rescue grass

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien twil

TG/39/8 tas-17.4.2002

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TG/39/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. & Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta' speċi tal-ġenus Festuca ma' speċi tal-ġenus Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta' timothy żgħir

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta' timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Poa pratensis L.

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TG/33/7 tad-9.4.2014

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina tal-werqa dejqa

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago sativa L.

Xnien

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago × varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TG/32/7 tal-20.3.2013

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Kolza

TG/89/6rev. tal-4.4.2001 + 1.4.2009

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TG/178/3 tal-4.4.2001

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Gossypium spp.

Qoton

TG/88/6 tal-4.4.2001

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/4 tad-9.4.2014

Sinapis alba L.

Ġarġir abjad

TG/179/3 tal-4.4.2001

Glycine max (L.) Merr.

Fażola tas-sojja

TG/80/6 tal-1.4.1998

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/3 tas-6.10.1989

It-test ta' dawn il-linji gwida jista' jinstab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).

▼B




ANNESS III

KARATTERISTIĊI FIR-RIGWARD TA' L-EŻAMI TAL-VALUR GĦAL KULTIVAZZJONI JEW UŻU

1. Produzzjoni.

2. Reżistenza għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

3. Imġiba fir-rigward għal fatturi fl-ambjent fiżiku.

4. Karatteristiċi tal-kwalità.

Il-metodi użati għandhom jiġu speċifikati meta r-riżultati huma mogħtija.



( 1 ) ĠU L 193, ta’ l-20.07.2002, pġ. 1.

( 2 ) ĠU L 108, tat-8.05.1972, pġ. 8.

( 3 ) ĠU L 37, tas-7.02.2002, pġ. 7.

( 4 ) ĠU L 227, ta’ l-1.09.1994, pġ. 1.

( 5 ) ĠU L 245, tad-29.09.2003, pġ. 28.