22001D0057



Official Journal L 165 , 21/06/2001 P. 0063 - 0063


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 57/2001

tat-18 ta' Mejju 2001

li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta' Settembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistiċi strutturali dwar qligħ u spejjeż tax-xogħol fir-rigward tad-definizzjoni u t-trażmissjoni ta' l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-qligħ [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18da (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 452/2000) ta' l-Anness XXI għall-Ftehim:

"18db. 32000 R 1916: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta' Settembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistiċi strutturali dwar qligħ u spejjeż tax-xogħol fir-rigward tad-definizzjoni u t-trażmissjoni ta' l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-qligħ (ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Għan-Norveġja:

(a) Il-varjabbli 1.5 L-eżistenza ta' ftehim kollettiv dwar pagi li jkopru l-maġġoranza ta' l-impjegati fl-unità osservata għandha tkun fuq għażla;

(b) Il-varjabbli "3.1.2 Pagamenti speċjali għal xogħol bix-xift" għandu jinkludi pagamenti għal xogħol bix-xift u pagamenti irregolari oħra;

(ċ) Il-varjabbli "3.5 Ġranet annwali ta' assenza" għandu jinkludi biss in-numru ta' ġranet ta' btala u mhux l-assenza minħabba mard jew assenza għal taħriġ vokazzjonali."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-19 ta' Mejju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Mejju 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 158 ta' l-14.6.2001, p. 71.

[2] ĠU L 229 tad-9.9.2000, p. 3.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------