European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2254

9.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 100/2023

tat-28 ta’ April 2023

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2254]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/822 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1003/2013 u (UE) 2019/360 fir-rigward tat-tariffi annwali superviżorji imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għall-2021 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bcl (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013) u fil-punt 31bhf (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/360) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendata bi:

—

32021 R 0822: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/822 tal-24 ta’ Marzu 2021 (ĠU L 183, 25.5.2021, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/822 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 386/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 183, 25.5.2021, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2254/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)