|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2410 |
25.10.2023 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2410
tad-19 ta’ Ottubru 2023
dwar il-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2013 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE jridu jitwettqu b’mod sħiħ mill-Bord Superviżorju tiegħu, li hu magħmul mill-President, il-Viċi President u erba’ rappreżentanti tal-BĊE, kif ukoll rappreżentant wieħed tal-awtorità kompetenti nazzjonali f’kull Stat Membru parteċipanti. |
|
(3) |
Il-Bord Superviżorju huwa korp essenzjali fit-twettiq tal-kompiti superviżorji mill-BĊE. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 ta lill-Kunsill is-setgħa li jaħtar il-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju. |
|
(4) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill ħatar il-President attwali tal-Bord Superviżorju permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1958 (2). Skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-mandat tal-President tal-Bord Superviżorju huwa ta’ ħames snin u ma jistax jiġġedded. |
|
(5) |
Fit-13 ta’ Settembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, abbażi ta’ proċedura tal-għażla miftuħa minn fost individwi ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u ta’ esperjenza fi kwistjonijiet bankarji u finanzjarji u wara s-smigħ tal-Bord Superviżorju, il-BĊE ppreżenta lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni proposta għall-ħatra tas-Sa Claudia-Maria BUCH bħala l-President tal-Bord Superviżorju. Il-Parlament Ewropew approva dik il-proposta fit-3 ta’ Ottubru 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Claudia-Maria BUCH hija maħtura bħala President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
F. GRANDE-MARLASKA GÓMEZ
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1958 tas-6 ta’ Diċembru 2018 dwar il-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE (ĠU L 315, 12.12.2018, p. 25).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2410/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)