Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 2: Atti legali ta' l-Unjoni, proċeduri ta' adozzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn - Taqsima 1: L-atti legali ta' l-Unjoni - Artikolu 291
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0173 - 0173
Artikolu 291 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti. 2. Meta jkun hemm bżonn ta' kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti, dawn l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b'mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 24 u 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta' kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. 4. Il-kelma "implimentazzjoni" għandha tiddaħħal fl-atti ta' l-implimentazzjoni. --------------------------------------------------