|
30.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 163/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1019
tad-29 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/49
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal-5 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta':
li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġinaw mill-Indja (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(2) |
Fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' dazju antidumping definittiv ikkooperaw għadd kbir ta' produtturi esportaturi mill-Indja. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi Indjani sabiex jiġi investigat. |
|
(3) |
Il-Kunsill impona rati individwali ta' dazju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jvarjaw minn 0 % għal 12,5 % għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun u d-dazju medju ponderat ta' 5 % għall-kumpaniji li kkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun. |
|
(4) |
Il-Kunsill impona wkoll rata ta' dazju ta' 12,5 % mal-pajjiż kollhu fuq il-kumpaniji l-oħra li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
|
(5) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 jistipula li fejn xi produttur esportatur ġdid mill-Indja jipprovdi biżżejjed evidenza li turi lill-Kummissjoni li:
għalhekk l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata ta' dazju medja ponderata ta' 5 %. |
B. IT-TALBA TAL-PRODUTTUR ESPORTATUR IL-ĠDID
|
(6) |
Il-kumpaniji Indjani Superon Schweisstechnik India Ltd. (“l-ewwel applikant”) u Anand ARC Ltd. (“it-tieni applikant”) talbu li jingħataw ir-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (“trattament ta' produttur esportatur ġdid” jew “NEPT”). |
|
(7) |
Saret eżaminazzjoni sabiex ikun stabbilit jekk l-applikanti jissodisfawx il-kriterji biex jingħataw in-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013. |
|
(8) |
Intbagħat kwestjonarju lill-applikanti li fih jintalbu sabiex jipprovdu evidenza li turi li ssodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti hawn fuq fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat jekk l-applikanti jissodisfawx it-tliet kriterji biex jingħataw in-NEPT. Twettqu żjarat ta' verifika fil-bini ta':
|
|
(10) |
L-ewwel applikant ipprovda evidenza biżżejjed biex juri li jissodisfa t-tliet kriterji msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013. Fil-fatt l-ewwel applikant seta' jipprova li:
u għalhekk jista jingħata r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5 % skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013, u għandu jiżdied mal-lista ta' produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun. |
|
(11) |
Madankollu, it-tieni applikant naqas milli jissodisfa l-ewwel kriterju minħabba li esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, it-talba tiegħu għan-NEPT ġiet miċħuda. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-applikanti u lill-industrija tal-Unjoni bir-riżultati ta' hawn fuq u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Produttur esportatur wieħed talab applikazzjoni retroattiva tad-deċiżjoni. Madankollu possibilità bħal din mhijiex mistennija fil-proċedura ta' bħalissa u l-produttur esportatur ġie infurmat skont dan. Ma waslu l-ebda kummenti oħra. |
|
(13) |
Lill-ewwel applikant jeħtieġ li jiġi attribwit kodiċi addizzjonali TARIC ġdid (B997). Purament għal raġunijiet ta' integrazzjoni teknika fit-TARIC, dan ir-Regolament għandu jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 (3) billi jattribwixxi l-istess kodiċi addizzjonali TARIC (B997) lill-ewwel applikant. |
|
(14) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/49 (4) ġie adottat mingħajr l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu mħarsal-aspettattivi leġittimi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/49 għandu għalhekk jitħassar u l-kontenut tiegħu jiġi adottat mill-ġdid b'effett sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/49. |
|
(15) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 jiġi emendat kif ġej:
|
(a) |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC “B781” li jidher fit-tabella fl-Artikolu 1(2) jinbidel bil-kliem “ara l-Anness”. |
|
(b) |
L-Anness jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-entrata “B999” li tidher fit-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 861/2013 tinbidel bi: “B999 (Għal Superon Schweisstechnik India Ltd., Gurgaon, Haryana, India, il-kodiċi addizzjonali TARIC huwa B997)”.
Artikolu 3
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/49 jitħassar b'effett mis-16 ta' Jannar 2015.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ikollu effett legali mis-16 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 298, 8.11.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 tat-2 ta' Settembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/49 tal-14 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 9, 15.1.2015, p. 17).
ANNESS
Produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw li mhux inklużi fil-kampjun:
|
Isem il-kumpanija |
Belt |
kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Bekaert Mukand Wire Industries |
Lonand, Tal. Khandala, Satara District, Maharashtra |
B781 |
|
Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd |
Ltd., Mumbai, Maharashtra |
B781 |
|
Bhansali Stainless Wire |
Mumbai, Maharashtra |
B781 |
|
Chandan Steel |
Mumbai, Maharashtra |
B781 |
|
Drawmet Wires |
Bhiwadi, Rajasthan |
B781 |
|
Jyoti Steel Industries Ltd |
Mumbai, Maharashtra |
B781 |
|
Mukand Ltd. |
Thane |
B781 |
|
Panchmahal Steel Ltd |
Dist. Panchmahals, Gujarat |
B781 |
|
Superon Schweisstechnik India Ltd |
Gurgaon, Haryana |
B997 |