<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0500423901.case.xml"><NO.CASE>C-63/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009C0063</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4241</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4246</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MAZÁK — KAWŻA C-63/09</LEFT><RIGHT>WALZ</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mazák</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa oriġinali: Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Juzgado de lo Mercantil n<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de Barcelona (Spanja) għamel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Il-limitu ta’ responsabbiltà li jirreferi għalih l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru (Il-Konvenzjoni ta’ Montréal) tat-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE>, jinkludi d-danni materjali kif ukoll morali li jirriżultaw mit-telf tal-bagalji?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għal din id-domanda hija meħtieġa sabiex tkun tista’ tiddeċiedi kawża għad-danni minħabba t-telf tal-bagalja ta’ A. Walz li ġiet ippreżentata minn dan tal-aħħar kontra l-kumpannija tal-ajru Clickair SA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>kumpannija Clickair<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-bagalja ntilfet fl-<DATE ISO="20070604">4 ta’ Ġunju 2007</DATE>, waqt titjira minn Barcelona għal Porto mal-kumpannija tal-ajru Clickair. A. Walz irreġistra l-bagalja tiegħu fuq din it-titjira, imma malli wasal f’Porto, il-bagalji tiegħu ma ngħatawlux lura.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>A. Walz qed jitlob kumpens kumplessiv ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3200</FT>, fejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2700</FT> jikkorrispondu għall-valur tal-bagalji mitlufa u EUR 500 huma għad-danni morali subiti minħabba din it-telfa. Il-kumpannija Clickair tikkontesta l-ammont tal-kumpens mitlub minħabba li jaqbeż il-limitu għar-responsabbiltà f’każ ta’ telf ta’ bagalji stabbilit mill-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montréal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Konvenzjoni ta’ Montréal<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Filwaqt li tosserva li l-Konvenzjoni ta’ Montréal ma tagħmilx distinzjoni skont it-tip<?PAGE NO="I-4242"?> ta’ dannu li għalih tirreferi r-responsabbiltà tat-trasportatur, il-qorti tar-rinviju titlaq mill-ipoteżi li l-limitu għar-responsabbiltà tat-trasportatur għandu jinkludi kemm id-danni morali kif ukoll dawk materjali. Madankollu, hija tinnota li jista’ jkun hemm diversi interpretazzjonijiet tal-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal. B’mod partikolari, hija tiġbed l-attenzjoni għad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080702">2 ta’ Lulju 2008</DATE> tal-Audiencia Provincial de Barcelona fejn jingħad li l-limitu għar-responsabbiltà f’każ ta’ telf ta’ bagalji stabbilit mill-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal ma jinkludix id-danni materjali u dawk morali flimkien; skont din id-deċiżjoni, id-danni materjali, minn naħa, għandhom ikunu suġġetti għal limitu filwaqt li d-danni morali, min-naħa l-oħra, għandhom ikunu suġġetti għal limitu ieħor, tal-istess ammont<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rappreżentant tal-konvenuta fil-kawża prinċipali qal li minn dakinhar il-quddiem l-Audiencia Provincial de Barcelona kienet bidlet l-approċċ tagħha f’dan ir-rigward, fis-sens li l-limitu tar-responsabbiltà ser ikopri kemm id-danni morali kif ukoll id-danni materjali.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, il-konvenuta fil-kawża prinċipali kif ukoll il-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-konvenuta fil-kawża prinċipali talbet seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li nżammet fl-<DATE ISO="20091210">10 ta’ Diċembru 2009</DATE>, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-konvenuta fil-kawża prinċipali kif ukoll tal-Kummissjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Montréal</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Montréal<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Il-Konvenzjoni kienet ifformulata bil-Franċiż, bl-Ingliż, bl-Għarbi, biċ-Ċiniż, bl-Ispanjol u bir-Russu; kull waħda minn dawn il-verżjonijiet hija ugwalment awtentika.</P></NOTE> hija r-riżultat tal-Konferenza Internazzjonali Diplomatika dwar il-liġi tal-ajru li nżammet f’Montréal bejn l-10 u t-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE>. Hija ġiet iffirmata mill-Komunità fid-<DATE ISO="19991209">9 ta’ Diċembru 1999</DATE>, fuq il-bażi tal-Artikolu 300(2) KE, qabel ma ġiet approvata b’deċiżjoni tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE><NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491. It-test tal-Konvenzjoni huwa anness ma’ din id-deċiżjoni.</P></NOTE>. F’dak li jirrigwarda l-Komunità, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Mill-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Montréal jirriżulta li l-Istati partijiet għarfu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-importanza li tiġi assigurata l-protezzjoni ta’ l-interessi tal-konsumaturi fit-trasport internazzjonali bl-ajru u l-bżonn għal kumpens ekwu bbażat fuq il-prinċipju ta’ restituzzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikoli 17 sa 37 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal jifformaw il-Kapitolu III tagħha, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Responsabbiltà tat-trasportatur u l-estent [portata] tal-kumpens għal danni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4243"?><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ telf ta’ bagalji rreġistrati hija pprovduta fl-Artikolu 17(2) ta’ din il-konvenzjoni, fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>It-trasportatur huwa responsabbli għad-danni sofferti fil-każ ta’ distruzzjoni jew telf ta’ jew dannu lil bagalji kkontrollati [rreġistrati] sakemm biss il-każ li kkawża d-distruzzjoni, it-telf jew id-dannu seħħ abbord l-inġenju ta’ l-ajru jew tul kwalunkwe perijodu li fih il-bagalji kkontrollati kienu fil-kura tat-trasportatur. Madanakollu, it-trasportatur mhuwiex responsabbli jekk, u sa fejn, il-ħsara li tirriżulta mid-difett inerenti, mill-kwalità jew problema tal-bagalja. […]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-responsabbiltà tat-trasportatur hija limitata. L-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fil-trasport ta’ bagalji, ir-responsabbiltà f’każ ta’ distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien hija llimitata għal 1000 Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull passiġġier sakemm il-passiġġier m’għamilx, fil-ħin meta l-bagalji vverifikati [rreġistrati] ngħataw lit-trasportatur, dikjarazzjoni speċjali ta’ interess fil-kunsinna fid-destinazzjoni u jkun ħallas somma supplimentari jekk jitlob il-każ. F’dak il-każ it-trasportatur huwa responsabbli li jħallas somma li ma teċċedix is-somma dikjarata, sakemm ma jiġix ippruvat li s-somma hija ikbar mill-interess attwali tal-passiġġier fil-kunsinna fid-destinazzjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Regolament (KE) Nru 2027/97</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Montréal dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru ġew inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97, tad-<DATE ISO="19971009">9 ta’ Ottubru 1997</DATE>, dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 489.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regolament Nru 2027/97<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>)<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Leġiżlazzjoni ta’ din ix-xorta teżisti anki fir-rigward tar-responsabbiltà tat-trasportaturi tal-passiġġieri bil-baħar. Dan huwa r-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2009" NO.OJ="131" PAGE.FIRST="24">ĠU L 131, p. 24</REF.DOC.OJ>) li jinkludi fid-dritt Komunitarju l-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni tal-1974 dwar il-ġarr bil-baħar ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom.</P></NOTE>, li ġie emendat, f’dan ir-rigward, bir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020513">13 ta’ Mejju 2002</DATE><NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 246.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2027/97 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ir-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru Komunitarju fir-rigward ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta’ Montréal pertinenti għal din ir-responsabbiltà.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4244"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Kunsiderazzjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Peress li d-domanda preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ trattat internazzjonali, għandhom preliminarjament jissemmew żewġ elementi bbażati fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, fil-fehma tiegħi, huma importanti sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari magħmula.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Konvenzjoni ta’ Montréal, inkwantu ftehim li ġie konkluż fuq il-bażi tal-Artikolu 300(2) KE, hija parti integrali mis-sistema legali Komunitarja, u għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biex tagħti deċiżjoni preliminari rigward l-interpretazzjoni tagħha<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19740430">30 ta’ April 1974</DATE>, Haegeman (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="181/73" PAGE.ECR="449" YEAR="1974">181/73, Ġabra p. 449</REF.DOC.ECR>, punt 5); tat-<DATE ISO="19870930">30 ta’ Settembru 1987</DATE>, Demirel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="12/86" PAGE.ECR="3719" YEAR="1987">12/86, Ġabra p. 3719</REF.DOC.ECR>, punt 7); tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" PAGE.ECR="I-403" YEAR="2006">C-344/04, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 36); tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Emirates Airlines (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/07" PAGE.ECR="I-5237" YEAR="2008">C-173/07, Ġabra p. I-5237</REF.DOC.ECR>, punt 43), u tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Wallentin-Hermann (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-549/07" PAGE.ECR="I-11061" YEAR="2008">C-549/07, Ġabra p. I-11061</REF.DOC.ECR>, punt 28).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Konvenzjoni ta’ Montréal, inkwantu trattat internazzjonali, għandha tiġi interpretata kemm skont it-termini li fihom inkitbet kif ukoll fid-dawl tal-għanijiet tagħha. L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, tat-<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE>, fuq id-dritt tat-trattati u l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, tal-<DATE ISO="19860321">21 ta’ Marzu 1986</DATE>, fuq id-dritt tat-trattati bejn l-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkodifikaw id-dritt internazzjonali konswetudinarju ġenerali f’dan il-qasam, jippreċiżaw, f’dan ir-rigward, li trattat għandu jiġi interpretat <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>, skont is-sens ordinarju li għandu jingħata lit-termini tiegħu fil-kuntest tagħhom, u fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE>, Jany <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-268/99" PAGE.ECR="I-8615" YEAR="2001">C-268/99, Ġabra p. I-8615</REF.DOC.ECR>, punt 35), u IATA u ELFAA (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 40).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Montréal mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni uniformi tagħha mhux biss fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, imma anki fost l-Istati kontraenti kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li r-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru previsti fil-Kapitolu III tal-Konvenzjoni ta’ Montréal, li jinkludi, b’mod ġenerali, dispożizzjonijiet vinkolanti, ma humiex eżawrjenti<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Għandu jiġi kkonstatat li n-natura frammentarja tal-leġiżlazzjoni hija speċifika għat-trattati internazzjonali ta’ din ix-xorta.</P></NOTE>. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu jipprovdu l-prinċipji bażiċi li jirregolaw ir-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru, bħalma huma, b’mod partikolari, il-fatti legali li jagħtu lok għar-responsabbiltà, il-kawżi ta’ eżenzjoni u l-limiti għar-responsabbiltà. Il-mod kif jiġu rregolati kwistjonijiet oħra li jikkonċernaw ir-responsabbiltà jitħalla f’idejn is-sistemi legali nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, id-domanda preliminari tiġbed l-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq ir-responsabbiltà li t-trasportatur bl-ajru għandu fir-rigward tad-dannu li jirriżulta minn telf ta’ bagalji, f’dan il-każ fuq il-limiti ta’ din ir-responsabbiltà.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4245"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà ċivili inkwistjoni f’din il-kawża, timplika dejjem l-eżistenza ta’ dannu relatat ma’ fatt legali b’rabta kawżali. It-telf tal-bagalji huwa wieħed mill-fatti legali li jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru f’każ ta’ dannu, skont it-termini tal-Artikoli 17, 18 u 19 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal. Fatti legali oħra jikkonċernaw lill-passiġġieri (mewt, leżjoni fiżika jew dewmien fit-trasport), lill-merkanzija (distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien fit-trasport) kif ukoll lill-bagalji (distruzzjoni, dannu jew dewmien fit-trasport).</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatti legali msemmija iktar ’il fuq, il-Konvenzjoni ta’ Montréal tagħmel distinzjoni bejn żewġ sistemi differenti ta’ responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru f’każ ta’ dannu. Ir-responsabbiltà għad-dannu subit f’każ ta’ mewt jew ta’ leżjoni fiżika minn passiġġier hija, ġeneralment, bla limitu, filwaqt li r-responsabbiltà fil-każijiet l-oħra kollha, fosthom meta jintilfu l-bagalji, hija limitata skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ telf tal-bagalji, inkwistjoni f’din il-kawża, il-limitu għar-responsabbiltà ġie stabbilit għal <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull passiġġier<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>L-istess limitu huwa pprovdut fil-każ ta’ distruzzjoni, dannu lil jew dewmien tal-bagalji.</P></NOTE>. L-imsemmi limitu għar-responsabbiltà huwa limitu finanzjarju, jiġifieri limitu għall-kumpens, u ma huwiex limitu tal-portata tar-responsabbiltà tat-trasportatur kif iddefinit fl-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal. Issa, jekk tiġi eżaminata l-kwistjoni tad-distinzjoni bejn danni materjali u danni morali, din tirrigwarda l-portata tar-responsabbiltà skont it-tipi ta’ danni. F’kull każ, limitu għal kumpens huwa dejjem l-istess, indipendentement mill-portata ta’ din ir-responsabbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Konvenzjoni ta’ Montréal tuża biss kunċett ġenerali, dak tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>danni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>, mingħajr ma tagħti xi preċiżazzjoni f’dan ir-rigward. La fuq il-bażi tad-diċitura tal-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal u lanqas fuq dik tad-diċitura tal-Artikolu 22(2) tal-istess konvenzjoni ma jista’ jiġi konkluż li l-Istati kontraenti riedu jillimitaw ir-responsabbiltà tat-trasportatur għad-danni materjali jew, min-naħa l-oħra, għad-danni morali. Bl-istess mod, il-Konvenzjoni ta’ Montréal lanqas ma tippreċiża l-mod kif għandu jingħata l-kumpens, jiġifieri jekk hemmx lok li jingħata kumpens għal dannu effettiv, <HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT> jew saħansitra xi dannu ieħor li jista’ jiġi kkwantifikat fi flus. Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jagħti sustanza lill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>danni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/> u li għandu jippreċiża l-mod kif għandu jingħata l-kumpens.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li jingħad iktar ’il fuq, nikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għad-domanda preliminari fis-sens li r-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ telf ta’ bagalji hija limitata għas-somma totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull passiġġier, ikun xi jkun it-tip ta’ dannu u l-mod kif għandu jingħata l-kumpens. Peress li l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal jipprovdi għall-applikazzjoni ta’ dan l-istess limitu anki fil-każ ta’ distruzzjoni, dannu u dewmien, ir-risposta ssuġġerita għandha tapplika wkoll f’dawn il-każijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4246"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Mercantil n<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de Barcelona tkun:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montréal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fit-trasport tal-bagalji, ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien hija limitata għas-somma totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull passiġġier, ikun xi jkun it-tip ta’ dannu u l-mod kif għandu jingħata l-kumpens.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>