|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5393 |
4.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11680 - WATERLAND / VENDIS CAPITAL / X2O)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5393)
1.
Fit-28 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
WPEF IX Holdco 13 B.V. (in-Netherlands), ikkontrollata minn Waterland Private Equity Investments (“Waterland”, in-Netherlands); |
|
— |
Vendis Capital IV BV (il-Belġju), ikkontrollata minn Vendis Capital Fund IV (“Vendis Capital”, il-Belġju); |
|
— |
X2O group ikkontrollata minn Safuko NV (il-Belġju), din tal-aħħar ikkontrollata minn Sakolaki u Vendis Capital (“X2O”, il-Belġju); |
Waterland u Vendis Capital se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ X2O kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Waterland hija grupp ta’ investiment ta’ ekwità privata Netherlandiż indipendenti li jiffoka fuq erba’ temi ta’ investiment: it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esternalizzazzjoni u l-effiċjenza, id-divertiment u l-lussu, u s-sostenibbiltà. Huwa jinvesti permezz ta’ strateġija “buy-and-build” f’kumpaniji li jvarjaw minn SMEs sa organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw fl-Awstrija, fil-Benelux, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fil-Polonja, fl-Iskandinavja, fi Spanja, fl-Iżvizzera u fir-Renju Unit. |
|
— |
Vendis Capital hija fond ta’ investiment iffukat fuq is-settur tal-konsumatur Ewropew u hija tibni u tinvesti f’kumpaniji tal-konsumatur żgħar sa medji fl-Ewropa li jinsabu f’pożizzjoni tajba għal tkabbir li joħloq valur jew għal trasformazzjoni. |
|
— |
X2O hija bejjiegħ bl-imnut min-negozju għall-konsumatur tal-kmamar tal-banju fil-Benelux, li joffri għamara tal-kmamar tal-banju, doċċi, viti, tojlits, banjijiet, aċċessorji u radjaturi faċli biex jiġu installati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11680 - WATERLAND / VENDIS CAPITAL / X2O
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5393/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)