<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-502/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0502</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:604">EU:C:2019:604</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190711">11.7.2019</DATE> – Kawża C‑502/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">České aerolinie</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)(c)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Titjira b’konnessjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Titjira komposta minn żewġ titjiriet operati minn trasportaturi bl-ajru differenti</KEYWORD><KEYWORD>Dewmien twil subit fl-okkażjoni tat-tieni titjira li għandha l-punti tagħha tat-tluq u tal-wasla barra l-Unjoni Ewropea u operata minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑502/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, Ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180730">30 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CS <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">České aerolinie a.s.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, President tal-Awla, D. Šváby (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal CS <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn R. Jehne, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għal České aerolinie a.s., minn J. Horník, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Garofoli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Němečková u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn CS <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>passiġġieri inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u České aerolinie a.s., trasportatur bl-ajru, dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tikkumpensa lil dawn il-passiġġieri li ħin tat-tluq tat-titjira tagħhom b’konnessjoni kien suġġetta għal dewmien twil.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(b) u (c) tar-Regolament Nru 261/2004 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>trasportatur ta’ l-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> ifisser trasportatur ta’ l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt ma’ passiġġier jew f’isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>trasportatur Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> ifisser trasportatur ta’ l-ajru b’liċenza valida ta’ l-operazzjoni mogħtija minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-<DATE ISO="19920723">23 ta’ Lulju 1992</DATE> dwar l-għoti ta’ liċenzi lill-trasportaturi ta’ l-ajru;<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera li m’għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f’isem il-persuna li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1)(ċ) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) ta’ dan l-istess regolament huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>EUR 600 ghat-titjiriet kollha li ma jaqawx taht (a) jew (b).</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 261/2004 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>F’każijiet fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma’ liema l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt. B’mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta’ operatur tat-tour jew ta’ parti terza, barra minn passiġġier, ma’ liema trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-passiġġieri inkwistjoni, li kienu ħdax, għamlu riżervazzjoni ma’ České aerolinie għal titjira bejn Praga (ir-Repubblika Ċeka) u Bangkok (it-Tajlandja) b’waqfa f’Abu Dabi (l-Emirati Għarab Magħquda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel parti tat-titjira b’konnessjoni, operata minn České aerolinie u li minn Praga twassal għal Abu Dabi, twettqet skont il-pjan tat-titjira u waslet fil-ħin fid-destinazzjoni tagħha. Għall-kuntrarju, it-tieni titjira, operata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn Etihad Airways li ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>trasportatur [bl-ajru] Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004, u li kienet twassal minn Abu Dabi għal Bangkok, kienet suġġetta għal dewmien ta’ 488 minuti fil-ħin tal-wasla fid-destinazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Billi ġew iffaċċjati bir-rifjut ta’ České aerolinie li tħallashom il-kumpens previst fl-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004, il-passiġġieri inkwistjoni ressqu quddiem il-qorti Ċeka munita bil-ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza azzjoni diretta kontra dan it-trasportatur. Din il-qorti laqgħet it-talba tagħhom għal kumpens billi qieset, b’mod partikolari, li, minkejja li ma kinitx hi li wettqet it-titjira li kienet suġġetta għal dewmien twil, České aerolinie xorta waħda setgħet tkun obbligata tħallas l-imsemmi kumpens skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata fl-appell mill-qorti tar-rinviju qorti tar-rinviju, il-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka). Fid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160426">26 ta’ April 2016</DATE>, hija ddeċidiet b’mod partikolari li ma kienx neċessarju li tiġi ppreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, peress li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004 setgħet tiġi dedotta b’mod ċar mill-kliem ta’ dan ir-regolament kif ukoll mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju qieset li minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li České aerolinie kienet direttament responsabbli fir-rigward tal-passiġġieri inkwistjoni għad-danni subiti minnhom minħabba d-dewmien tal-parti tat-titjira b’konnessjoni mwettqa minn Etihad Airways, peress li l-element li jikkostitwixxi il-kunċett legali ta’ rappreżentazzjoni huwa l-fatt li l-atti tal-aġent jiġu attribwiti direttament lill-prinċipal. Barra min hekk, skont il-qorti tar-rinviju, din l-interpretazzjoni tal-imsemmi regolament kienet għalkollox adegwata għas-sitwazzjoni fattwali li kienet adita biha u ekwa, peress li r-responsabbiltà tat-trasportatur kuntrattwali tirriżulta mill-kuntratt u li t-trasportatur ma jistax jeżenta ruġu mir-responsabbiltà minħabba li l-parti mit-titjira li tat lok għad-dewmien twettqet minn persuna oħra, billi tali sitwazzjoni hija analoga għal dik ta’ kull subaġent ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Madankollu, din id-deċiżjoni ġiet annullata mill-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171031">31 ta’ Ottubru 2017</DATE>. Fid-deċiżjoni tagħha, l-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali) ordnat lill-qorti tar-rinviju teżamina l-argumenti ta’ České aerolinie li permezz tagħhom hija pprevalixxiet ruħha minn deċiżjoni tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federal tal-Ġustizzja, Il-Ġermanja) li biha din il-qorti qieset, f’kuntest simili, li r-responsabbiltà tat-trasportatur kuntrattwali ma segħetx tiġi stabbilita, f’każ li dan tal-aħħar ma kienx it-trasportatur bl-ajru effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Meta ġiet adita b’rinviju mill-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali), il-qorti tar-rinviju kkonstatat li r-rikors għal kumpens tal-passiġġieri inkwistjoni jista’ jintlaqa’ biss jekk it-trasportatur kuntrattwali, fil-każ odjern České aerolinie, jista’ jinżamm responsabbli għad-dewmien twil fil-ħin tal-wasla tat-titjira operata barra l-Unjoni Ewropea minn trasportatur bl-ajru li huwa stess stabbilit barra l-Unjoni, jiġifieri Etihad Airways. F’dan is-sens, ir-rekwiżit ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri jwassal għal din l-interpretazzjoni, b’mod partikolari meta, bħal f’dan il-każ, it-titjiriet b’konnessjoni huma tali li titjira minnhom titwettaq barra l-Unjoni minn trasportatur bl-ajru mhux Komunitarju, fatt li jimplika li r-Regolament Nru 261/2004 ma huwiex applikabbli. Għall-kuntrarju, dak li jimmilita favur din l-interpretazzjoni huwa l-fatt li dan ir-regolament jipprevedi li l-parti li għandha tħallas il-kumpens previst fl-Artikolu 7(1)(ċ) tiegħu huwa t-trasportatur bl-ajru effettiv, fatt li huwa kkonfermat mill-ġurisprudenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, toħloq obbligu fuq trasportatur Komunitarju sabiex iħallas kumpens lill-passiġġieri fejn dan it-trasportatur Komunitarju, bħala t-trasportatur kuntrattwali, ikun opera l-ewwel parti ta’ titjira b’waqfa f’ajruport ta’ Stat terz, li minnu, skont ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, trasportatur li ma jkunx trasportatur Komunitarju, opera t-tieni parti tat-titjira u kien hemm dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat sal-wasla fl-ajruport tad-destinazzjoni finali li seħħ esklużivament fit-tieni parti tat-titjira?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004, moqrija flimkien mal-Artikolu 3(5) ta’ dan tal-aħħar, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni, komposta minn żewġ titjiriet u li kienet suġġetta għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru u b’destinazzjoni lejn ajurport li jinsab f’pajjiż terz bl-użu ta’ ajruport ta’ pajjiż terz,<?PAGE NO="5"?> passiġġier li jkun vittma ta’ dewmien sabiex jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar li oriġina mit-tieni titjira, żgurata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jistax ifittex permezz ta’ rikors għal kumpens abbażi ta’ dan ir-regolament lit-trasportatur bl-ajru Komunitarju li wettaq l-ewwel titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar, minn naħa, li titjira b’konnessjoni waħda jew iktar li tkun suġġetta għal riżervazzjoni waħda tikkostitwixxi assjem wieħed għall-finijiet tad-dritt għall-kumpens tal-passiġġieri previst mir-Regolament Nru 261/2004 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wegener</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:361">EU:C:2018:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), fatt li jimplika li l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 261/2004 għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-post tat-tluq inizjali u tad-destinazzjoni finali ta’ dun tal-aħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wegener</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:361">EU:C:2018:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, dan tal-aħħar japplika, b’mod partikolari, għall-passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, titjira b’konnessjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li twassal minn Praga għal Bangkok permezz ta’ Abu Dabi, li telqet minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-passiġġieri ta’ titjiriet li ttradjaw għandhom jitqiesu bħala li għandhom dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkie mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament, f’każ li dawn ibatu, fil-wasla fid-destinazzjoni finali tagħhom, telf ta’ żmien ta’ tliet sigħat jew iktar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nelson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑581/10 u C‑629/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:657">EU:C:2012:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-persuna li hija responsabbli għall-ħlas tal-kumpens dovut f’każ ta’ dewmien twil fil-wasla ta’ titjira b’konnessjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jirriżulta mid-diċtura tal-Artikolu 5(1)(ċ) u mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 li din tista’ tkun biss it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>trasportatur bl-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, trasportatur bl-ajru bħal České aerolinie, għandux din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>trasportatur bl-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>trasportatur ta’ l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt ma’ passiġġier jew f’isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’hekk, din id-definizzjoni twaqqaf żewġ kundizzjonijiet kumulattivi sabiex trasportatur bl-ajru ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>trasportatur bl-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> marbuta, minn naħa mat-twettiq tat-titjira inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, mal-eżistenza ta’ kuntratt konkluż ma’ passiġġier (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wirth <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:527">EU:C:2018:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-kawża odjerna u kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, huwa stabbilit li České aerolinie effettivament wettqet titjira fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ trasport konkluż mal-passiġġieri inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, České aerolinie għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>trasportatur bl-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u għaldaqstant, hija responsabbli għall-ħlas, bla ħsara għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, tal-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(c) u tal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjoni ma tistax titpoġġa f’dubju mill-fatt, invokat minn České aerolinie fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li d-dewmien li kellhom ibatu l-passiġġieri inkwistjoni fil-kawża prinċipali toriġina mhux mill-ewwel parti tat-titjira b’konnessjoni mwettqa minn dan it-trasportatur iżda mit-tieni titjira ta’ din it-titjira b’konnessjoni, imwettqa minn trasportatur bl-ajru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat, qabelxejn, li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, it-titjiriet b’konnessjoni waħda jew iktar li jkunu suġġetti għal riżervazzjoni waħda għandhom jitqiesu bħala unità, fatt li jimplika li, fil-kuntest ta’ tali titjiriet, trasportatur bl-ajru effettiv li jkun wettaq l-ewwel titjira ma jistax jinħeba wara l-eżekuzzjoni mhux f’lokha ta’ titjira sussegwenti operata minn trasportatur bl-ajru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004 tippreċiża li, meta trasportatur tal-ajru effettiv li ma jkunx ikkonkluda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament, huwa jiġi kkunsidrat li jaġixxi f’isem il-persuna li kkonkludiet il-kuntratt mal-passiġġier ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni komposta minn żewġ titjiriet li tkun suġġetta għal riżervazzjoni waħda, it-tieni titjira titwettaq skont ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi minn trasportatur bl-ajru effettiv differenti mit-trasportatur bl-ajru effettiv li jkun ikkonkluda l-kuntratt ta’ transport mal-passiġġieri kkonċernati u li wettaq l-ewwel titjira, dan l-aħħar imsemmi trasportatur jibqa’ kuntrattwalment marbut mal-passiġġieri, anki inkonnessjoni mal-eżekuzzjoni tat-tieni titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ passiġġieri, stabbilit fil-premessa 1 tar-Regolament Nru 261/2004, huwa wkoll ta’ natura li jikkorrobora l-konklużjoni li, f’każ ta’ titjira b’konnessjoni li tkun suġġetta għal riżervazzjoni waħda u li twettqet fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, it-trasportatur bl-ajru effettiv li wettaq l-ewwel titjira huwa responsabbli għall-ħlas tal-kumpens anki fil-każ ta’ dewmien subit waqt it-tieni titjira operata minn trasportatur bl-ajru ieħor. Fil-fatt, tali soluzzjoni tippermetti li jiġi ggarantit li l-passiġġieri ttrasportati jiġu kkumpensati mit-trasportatur bl-ajru effettiv li jkun ikkonkluda l-kuntratt ta’ transport magħhom, mingħajr il-bżonn li jittieħed kont tal-arranġamenti magħmula minn dan it-trasportatur inkonnessjoni mat-twettiq tat-tieni parti tat-titjira b’konnessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi osservat li, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 261/2004, l-obbligi li għandu t-trasportatur bl-ajru effettiv skont dan ir-regolament huma bla ħsara għad-dritt tiegħu li jitlob kumpens għad-danni, konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli, lil kull persuna li minħabba fiha ġew ikkawżati n-nuqqasijiet ta’ dan it-trasportatur għat-twettiq tal-obbligi tiegħu, inklużi t-terzi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u b’mod partrikolari fir-rigward ta’ titjira b’konnessjoni li tkun suġġetta għal riżervazzjoni waħda u li twettqet fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, fejn applikabbli, huwa t-trasportatur bl-ajru effettiv li jkun ħallas il-kumpens previst mir-Regolament Nru 261/2004 minħabba d-dewmien twil li kienet affettwata minnu titjira li ma jkunx wettaq huwa stess, li għandu jdur kontra t-trasportatur bl-ajru effettiv li għandu jġorr ir-responsabbiltà għal dan id-dewmien sabiex jikseb mingħandu l-kumpens għal dan il-piż finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) ta’ dan tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni, komposta minn żewġ titjiriet u li kienet suġġetta għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru u b’destinazzjoni lejn ajurport li jinsab f’pajjiż terz bl-użu ta’ ajruport ta’ pajjiż terz, passiġġier li jkun vittma ta’ dewmien sabiex jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar li oriġina<?PAGE NO="7"?> mit-tieni titjira, żgurata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jistax ifittex permezz ta’ rikors għal kumpens abbażi ta’ dan ir-regolament lit-trasportatur bl-ajru Komunitarju li wettaq l-ewwel titjira.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni, komposta minn żewġ titjiriet u li kienet suġġetta għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru u b’destinazzjoni lejn ajurport li jinsab f’pajjiż terz bl-użu ta’ ajruport ta’ pajjiż terz, passiġġier li jkun vittma ta’ dewmien sabiex jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar li oriġina mit-tieni titjira, żgurata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jistax ifittex permezz ta’ rikors għal kumpens abbażi ta’ dan ir-regolament lit-trasportatur bl-ajru Komunitarju li wettaq l-ewwel titjira.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>