|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
129 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' April 2005
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Programm ta' Fużjoni
(2005/336/Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari r-raba' paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/668/Euratom tat-3 ta' Ġunju 2002 dwar is-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom), għal riċerka fuq l-enerġija nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ, u għal kontribuzzjoni fil-kreazzjoni ta’ Żona ta’ Riċerka Ewropea (2002-2006) (1),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/837/Euratom tat-30 ta' Settembru 2002 li tadotta programm speċifiku (Euratom) għar-riċerka u t-taħriġ fuq l-enerġija nukleari (2002-2006) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha li jipprevedi li, sabiex timplimenta l-programm speċifiku, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv u li, għall-aspetti relatati mal-fużjoni, il-kompożizzjoni ta' dan il-Kumitat u r-regoli u l-proċeduri dettaljati ta' ħidma applikabbli għalih għandhom ikunu kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 4151/81 ATO 103 tas-16 ta' Diċembru 1980, li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Programm ta' Fużjoni (3) (minn issa 'l quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980”)
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni 2003, u b'mod partikolari, l-Artikolu 51 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Programm ta' Fużjoni (minn issa 'l quddiem magħruf bħala l-“CCE-FU”), u b'mod partikolari l-paragrafu 14 tagħha, li jistabbilixxi sistema ta' votazzjoni għal dan il-Kumitat,
Billi:
|
(1) |
Is-CCE-FU għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu permezz ta' sistema ta' voti peżati meta, waqt li jaġixxi skond il-paragrafu 5(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980, huwa jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' prijorità bil-ħsieb ta' l-allokazzjoni ta' appoġġ preferenzjali. |
|
(2) |
Fil-21 ta' Ottubru 2004 s-CCE-FU irrakkomanda unanimament aġġornament tas-sistema tiegħu ta' voti peżati li għandha tkun applikata fil-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980, meta jiġu trattati aspetti relatati mal-fużjoni, sabiex jiġu inklużi d-drittijiet tal-votazzjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni tagħhom. |
|
(3) |
Bil-ħsieb ta' dan t'hawn fuq, issa hu xieraq li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980 tiġi emendata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980, l-aħħar żewġ sentenzi għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:
“Opinjonijiet li jirreferu għall-paragrafu 5(g) għandhom ikunu adotatti permezz tas-sistema ta' voti peżati li ġej:
|
Il-Belġju |
2 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
2 |
|
Id-Danimarka |
2 |
|
Il-Ġermanja |
5 |
|
L-Estonja |
1 |
|
Il-Greċja |
2 |
|
Spanja |
3 |
|
Franza |
5 |
|
L-Irlanda |
2 |
|
L-Italja |
5 |
|
Ċipru |
1 |
|
Il-Latvja |
1 |
|
Il-Litwanja |
2 |
|
Il-Lussemburgu |
1 |
|
L-Ungerija |
2 |
|
Malta |
1 |
|
L-Olanda |
2 |
|
L-Awstrija |
2 |
|
Il-Polonja |
3 |
|
Il-Portugall |
2 |
|
Is-Slovenja |
1 |
|
Is-Slovakkja |
2 |
|
Il-Finlandja |
2 |
|
L-Isvezja |
2 |
|
Ir-Renju Unit |
5 |
|
L-Isvizzera |
2 |
|
Total |
60 |
Għall-adozzjoni ta' opinjoni, il-maġġoranza meħtieġa għandha tkun 31 vot favur minn mill-anqas erbatax-il delegazzjoni.”.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KRECKE
(1) ĠU L 232, 29.8.2002, p. 34.
(2) ĠU L 294, 29.10.2002, p. 74.
(3) Għada ma ġietx ippubblikata, iżda emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/1/KE Euratom, ECSC (ĠU L 1, 1.1.1995, p. 1).