|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4853 |
29.8.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11987 — TATA SONS / ASSETS OF INTERNATIONAL AUTOMOTIVE COMPONENTS GROUP SWEDEN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4853)
1.
Fil-21 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Tata AutoComp Systems Limited (“Tata AutoComp”, India), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Tata Sons (l-Indja), |
|
— |
Assets of International Automotive Components Group Sweden AB (“Assets of International Automotive Components Group”, l-Iżvezja). |
Tata AutoComp se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Assets of International Automotive Components Group.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Tata AutoComp hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ firxa wiesgħa ta’ komponenti awtomobilistiċi. Tata Sons hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment li tiġġenera dħul fiż-ŻEE f’diversi setturi, inklużi konsulenza tal-IT u tal-inġinerija, l-avjazzjoni, il-komponenti awtomobilistiċi, il-konnettività, u attivitajiet ta’ manifattura, |
|
— |
L-assi tal-International Automotive Components Group jimmanifatturaw u jfornu komponenti lill-industrija tal-manifattura tal-karozzi, prinċipalment lill-klijenti Żvediżi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11987 — TATA SONS / ASSETS OF INTERNATIONAL AUTOMOTIVE COMPONENTS GROUP SWEDEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4853/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)