02013R0401 — MT — 29.04.2026 — 025.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 401/2013

tat-2 ta’ Mejju 2013

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008

▼B

(ĠU L 121 3.5.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/647 tas-26 ta' April 2018

  L 108

1

27.4.2018

 M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/898 tal-25 ta' Ġunju 2018

  L 160I

1

25.6.2018

 M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1117 tal-10 ta' Awwissu 2018

  L 204

9

13.8.2018

 M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2053 tal-21 ta' Diċembru 2018

  L 327I

1

21.12.2018

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/672 tad-29 ta' April 2019

  L 114

1

30.4.2019

 M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

  L 182

33

8.7.2019

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/562 tat-23 ta’ April 2020

  L 130

23

24.4.2020

►M8

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/479 tat-22 ta’ Marzu 2021

  L 99I

13

22.3.2021

►M9

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/480 tat-22 ta’ Marzu 2021

  L 99I

15

22.3.2021

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/638 tad-19 ta’ April 2021

  L 132I

1

19.4.2021

 M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/706 tad-29 ta’ April 2021

  L 147

1

30.4.2021

►M12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/998 tal-21 ta’ Ġunju 2021

  L 219I

45

21.6.2021

►M13

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/238 tal-21 ta’ Frar 2022

  L 40

8

21.2.2022

►M14

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/239 tal-21 ta’ Frar 2022

  L 40

10

21.2.2022

 M15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

60

12.4.2022

 M16

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/662 tal-21 ta’ April 2022

  L 121

1

22.4.2022

►M17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2177 tat-8 ta' Novembru 2022

  L 286I

1

8.11.2022

►M18

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/378 tal-20 ta’ Frar 2023

  L 51I

1

20.2.2023

►M19

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/886 tat-28 ta’ April 2023

  L 113I

1

28.4.2023

►M20

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1497 tal-20 ta’ Lulju 2023

  L 183I

19

20.7.2023

►M21

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2435 tas-26 ta’ Ottubru 2023

  L 2435

1

27.10.2023

►M22

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/2694 tas-27 ta’ Novembru 2023

  L 2694

1

28.11.2023

►M23

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2789 tal-11 ta’ Diċembru 2023

  L 2789

1

11.12.2023

►M24

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1249 tas-26 ta’ April 2024

  L 1249

1

29.4.2024

►M25

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2465 tal-10 ta’ Settembru 2024

  L 2465

1

12.9.2024

►M26

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2784 tad-29 ta’ Ottubru 2024

  L 2784

1

29.10.2024

►M27

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/822  tal-25 ta’ April 2025

  L 822

1

28.4.2025

►M28

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/926  tas-27 ta’ April 2026

  L 926

1

28.4.2026


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 90602, 3.10.2024, p.  1 ((UE) 2021/479)




▼B

▼M8

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 401/2013

tat-2 ta’ Mejju 2013

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008



▼M1

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a) 

“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom, u tinkludi b'mod partikolari:

(i) 

pretensjoni għall-prestazzjoni ta' kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom;

(ii) 

pretensjoni għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kwalunkwe forma;

(iii) 

pretensjoni għal kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) 

kontropretensjoni;

(v) 

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;

(b) 

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta' kwalunkwe forma u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tinkludi kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili li jkunu saru bejn l-istess partijiet jew partijiet differenti; għal dan il-għan, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennizz, partikolarment garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti u kemm jekk le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni, jew b'rabta magħha;

(c) 

“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikat fis-siti web elenkati fl-Anness II;

(d) 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(e) 

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi biex jinġabru fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inkluż b'bejgħ, kera jew ipotekar tagħhom, iżda mhux limitat għal dawn biss;

(f) 

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, tibdil, użu, jew trattar ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, ammont, post, sjieda, pussess, karattru, destinazzjoni tagħhom jew bdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż ġestjoni ta' portafolli;

(g) 

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, inkluż, iżda mhux limitat għal:

(i) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta' pagament;

(ii) 

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii) 

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;

(iv) 

mgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, bonds ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) 

ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; u

(vii) 

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(h) 

“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, l-assemblaġġ, l-ittestjar, il-manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal struzzjoni, parir, trażmissjoni ta' tagħrif jew ħiliet prattiċi jew servizzi ta' konsulenza, inklużi forom verbali ta' assistenza;

(i) 

“servizzi ta' senserija” tfisser:

(i) 

in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, bejgħ jew forniment ta' oġġetti u teknoloġija minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew

(ii) 

il-bejgħ jew ix-xiri ta' oġġetti u teknoloġija li jkunu jinsabu f'pajjiżi terzi għat-trasferiment lejn pajjiż terz ieħor;

(j) 

“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħrajn li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, it-tqegħid f'żona ħielsa, it-tqegħid fi proċedura speċjali u r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, iżda jeskludi t-tranżitu u l-ħażna temporanja;

(k) 

“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe tluq ta' oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, it-tluq ta' oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u t-tluq ta' oġġetti wara l-ħażna tagħhom f'żona ħielsa jew wara t-tqegħid tagħhom fi proċedura speċjali, iżda jeskludi t-tranżitu jew il-ħażna temporanja;

(l) 

“esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha ssir dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, li tkun il-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, ikollha kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u jkollha s-setgħa li tiddetermina l-esportazzjoni tal-oġġett 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat;

(m) 

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

▼B

KAPITOLU 1

Artikolu 2

1.  
Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, sew jekk joriġina fl-Unjoni jew le, lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma.
2.  
Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi, esportati temporanjament lejn il-Mjanmar/Burma minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3

1.  

Għandu jkun projbit:

(a) 

li tkun ipprovduta jew ittrasferita assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet tal-bdil għal dawn imsemmija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;

(b) 

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;

2.  

Għandu jkun projbit:

(a) 

l-għoti ta’ assistenza teknika relatata mat-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;

(b) 

l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mat-tagħmir elenkat fl-Anness I, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 3a

1.  
Għandu jiġi pprojbit li jinbiegħu, jiġu fornuti, trasferiti jew esportati, direttament jew indirettament, oġġetti u teknoloġija b'użu doppju kif inkluż fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 ( 2 ), kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma, jekk dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intiżi, kompletament jew parzjalment, għal użu militari, għal utenti finali militari jew għall-Pulizija tal-Fruntiera.

Meta l-utent finali jkun il-militar tal-Myanmar/Burma, kwalunkwe oġġett u teknoloġija b'użu doppju akkwistat minnu għandu jitqies li jkun għall-użu militari.

2.  
Meta jiddeċiedu dwar pretensjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 428/2009, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet lil ebda persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma, jekk ikollhom raġunijiet validi biex jemmnu li l-utent finali jista' jkun utent finali militari, il-Pulizija tal-Fruntiera jew li l-oġġetti jista' jkollhom użu finali militari.
3.  
L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni.
4.  

Għandu jiġi pprojbit:

(a) 

li tingħata assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti u t-teknoloġija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe utent finali tal-militar, lill-Pulizija tal-Fruntiera jew għall-użu militari fil-Myanmar/Burma;

(b) 

li jingħata finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inkluż b'mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija, jew għall-għoti ta' assistenza teknika relatata, servizi ta' senserija jew servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lil kwalunkwe utent finali tal-militar, lill-Pulizija tal-Fruntiera jew għall-użu militari fil-Myanmar/Burma.

5.  
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel is-27 ta' April 2018 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
6.  
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, temporanjament esportati lejn il-Myanmar/Burma mill-persunal tan-NU, mill-persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3b

1.  
Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' tagħmir, teknoloġija jew software identifikati fl-Anness III, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, ma għandhom jagħtu ebda awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software inkwistjoni jkunu jintużaw għar-ripressjoni interna mill-gvern, il-korpi pubbliċi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Myanmar/Burma jew kwalunkwe persuna jew entità li topera f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.
3.  
L-Anness III għandu jinkludi tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għall-użu fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet bl-Internet jew bit-telefown.
4.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 3c

1.  

Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 3b, għandu jiġi pprojbit:

(a) 

il-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software identifikati fl-Anness III, jew relatati mal-installazzjoni, il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija identifikati fl-Anness III jew mal-provvista, l-installazzjoni, l-operat jew l-aġġornar ta' kwalunkwe software identifikati fl-Anness III, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma;

(b) 

il-forniment, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software identifikati fl-Anness III lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma;

(c) 

il-forniment ta' kwalunkwe servizz ta' monitoraġġ jew ta' intereċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet ta' kwalunkwe tip lil, jew għall-benefiċċju dirett jew indirett ta', il-Gvern tal-Myanmar/Burma, il-korpi pubbliċi, il-koporazzjonijiet u l-aġenziji jew kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzzjoni tagħhom.

2.  
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, “servizz ta' monitoraġġ jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet” tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew software kif identifikat fl-Anness III, aċċess għal u twassil tad-data assoċjata ma' telekomunikazzjonijiet jew telefonati deħlin jew ħerġin ta' suġġett għall-finijiet tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi jew il-ħżin tagħha, jew kwalunkwe attività relatata oħra.

▼B

Artikolu 4

▼M1

1.  

B'deroga mill-Artikoli 2(1), 3(2) u 3 a(1), u soġġetti għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jqisu xierqa:

(a) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I jew oġġetti u teknoloġija b'użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009, maħsuba biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ta' maniġġar ta' kriżijiet;

(b) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija ta' mini u materjal għall-użu f'operazzjonijiet tat-tneħħija ta' mini; u

(c) 

l-għoti ta' finanzjamenti jew ta' assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatata ma' tagħmir, materjal, programmi u operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

▼B

2.  

B'deroga mill-Artikolu 3(1), u soġġett għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imniżżel fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, l-għoti ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja u assistenza teknika fir-rigward ta’:

(a) 

tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea;

(b) 

materjal maħsub għall-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ maniġġar ta’ kriżijiet.

▼M1

Artikolu 4a

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu jew li huma l-proprjetà ta', jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Annessi IV u V għandhom jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-beneficċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV.

▼M8

3.  

L-Anness IV għandu jinkludi:

(a) 

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma;

(b) 

persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li jinvolvu ruħhom fi, jew jipprovdu appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma;

(c) 

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti ta’ assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn;

(d) 

persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-kondotta ta’ investigazzjonijiet indipendenti dwar allegazzjonijiet ta’ ksur jew abbużi seri tad-drittijiet tal-bniedem;

(e) 

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jipprovdulhom appoġġ jew jibbenefikaw minnhom;

(f) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati ma‘ dawk imsemmija fil-punti (a) sa (e).

▼M1

4.  
L-Annessi IV u V għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati.
5.  
L-Annessi IV u V għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaporti u tal-karti tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4b

1.  

B'deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont il-kondizzjonijiet li jqisu li jkunu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:

(a) 

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi elenkati fl-Anness IV, u tal-membri tal-familja dipendenti ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) 

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet għaliex hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e) 

ser jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti jkunu maħsuba għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 4c

1.  

B'deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja li tkun ittieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 4a ġew inklużi fl-Anness IV, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni, jew għal deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel din id-data, fiha jew warajha;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV; u

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 4d

1.  

B'deroga mill-Artikolu 4a u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, sa minn qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness IV, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV;

(b) 

il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 4a(2).

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.
3.  
L-Artikolu 4a(2) ma għandux jipprevjeni l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn terzi persuni fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, ta' entità jew ta' korp elenkati, bil-kondizzjoni li kwalunkwe żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kwalunkwe tali tranżazzjoni, mingħajr dewmien.
4.  

Sakemm kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħra jiġu ffriżati skont l-Artikolu 4a, l-Artikolu 4a(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) 

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 4a jkunu ġew inklużi fl-Anness IV; jew

(c) 

pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali meħuda fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

▼M22

Artikolu 4da

1.  

L-Artikolu 4a(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:

(a) 

min-Nazzjonijiet Uniti (NU), inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) 

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) 

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NUu membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) 

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;

(e) 

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;

(f) 

aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew

(g) 

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 4a(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew jiġu appoġġjati attivitajiet oħra li jappoġġjaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem.
3.  
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.
4.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 2 u 3 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.

▼M13

Artikolu 4db

B’deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu għall-entità elenkata fl-entrata 10 fl-Anness IV, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal:

(a) 

il-kompiti relatati mad-dekummissjonar tal-bjar taż-żejt u tal-gass f’konformità mal-istandards internazzjonali, bħar-rimi tal-iskart, l-attivitajiet ta’ rimedju tas-sit meħtieġa għas-sikurezza u r-restawr ambjentali, l-għoti ta’ assistenza teknika relatata, u l-ħlas ta’ taxxi u dazji relatati, kif ukoll is-salarji u l-benefiċċji soċjali lill-impjegati; jew

(b) 

it-trasferiment qabel il-31 ta’ Lulju 2022 ta’ ishma jew interessi neċessarju għat-terminazzjoni ta’ kuntratti konklużi mal-entità elenkata fl-entrata 10 fl-Anness IV qabel il-21 ta’ Frar 2022.

▼M1

Artikolu 4e

1.  

Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) 

jipprovdu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 4a, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u

(b) 

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f'kwalunkwe verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).

2.  
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
3.  
Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew li tasal f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew waslet.

Artikolu 4f

1.  
L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew iċ-ċaħda li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fide fuq il-bażi tal-fatt li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandu joħloq responsabbiltà tal-ebda tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.
2.  
Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4g

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4h

1.  

Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness IV;

(b) 

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.

2.  
F'kwalunkwe proċediment għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu ta' prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni.
3.  
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' obbligi kuntrattwali f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 4i

1.  
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissottoponi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4a, hu għandu jemenda l-Anness IV skont dan.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmijin fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, filwaqt li tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp skont dan.
4.  
Il-lista li tinsab fl-Annessi IV għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

▼B

KAPITOLU 2

Artikolu 5

L-awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 m’għandhomx jingħataw għal attivitajiet li diġà twettqu.

▼M1

Artikolu 6

1.  

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tagħhom konnessa ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:

(a) 

fondi ffriżati skont l-Artikolu 4a u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3a, 3b, 3c, 4b, 4c u 4d;

(b) 

problemi ta' ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni b'kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 8

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 9

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz, tal-websajts elenkati fl-Anness II.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinfurmawha b’kull tibdil sussegwenti.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c) 

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta' Stat Membru;

(d) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Unjoni.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3 u 4

1. 

Armi tan-nar, ammunizzjon u aċċessorji relatati għalhekk, kif ġej:

1.1. 

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE ( 3 );

1.2. 

Munizzjon iddiżinjat speċjalment għall-armi tan-nar elenkati f’1.1 u komponenti ddiżinjati speċjalment għalhekk;

1.3. 

Siti tal-armamenti (weapon-sights) mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE

2. 

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE

3. 

Vetturi kif ġej:

3.1. 

Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, diżinjat jew modifikat speċjalment bl-iskop tal-kontroll ta’ rewwixta;

3.2. 

Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ikunu elettrifikati biex jirripellaw barrieri;

3.3. 

Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta’ bini bi protezzjoni ballistika;

3.4. 

Vetturi ddiżinjati speċjalment għat-trasport u t-trasferiment ta’ priġunieri u/jew persuni arrestati;

3.5. 

Vetturi ddiżinjati speċjalment biex jiskjeraw barrieri mobbli;

3.6. 

Komponenti għall-vetturi speċifikati fi 3.1 sa 3.5 diżinjati speċjalment bl-iskop ta’ kontroll ta’ rewwixta.

Nota 1:  Dan il-punt ma jikkontrollax vetturi mfassla apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

Nota 2:  Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4. 

Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1. 

Tagħmir u apparat mfassal apposta biex jagħti bidu lil splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur u komponenti mfasslin apposta għalihom; dawk mfasslin apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplussivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom m’hijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (per eżempju, neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2. 

Kargi splussivi tat-tip linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE

4.3. 

Splussivi oħrajn mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sostanzi relatati kif ġej:

(a) 

amatol;

(b) 

nitrocellulose (li fih aktar minn 12,5 % nitroġenu);

(c) 

nitroglycol;

(d) 

pentaerythritol tetranitrate (PETN);

(e) 

picryl chloride;

(f) 

2,4,6-trinitrotoluene (TNT).

5. 

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat minn ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:

5.1. 

Korazzi tal-persuna li jipprovdi protezzjoni ballistika u/jew ta’ feriment;

5.2. 

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi.

Nota: Dan l-artiklu ma jikkontrollax:

— 
tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi;
— 
tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
6. 

Simulaturi, għajr dawk ikkontrollati minn ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għat-taħriġ tal-użu ta’ armi tan-nar, u software diżinjat speċjalment għalhekk.

7. 

Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

8. 

Fildiferru tal-ingiegeż li jaqta'.

9. 

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.

10. 

Tagħmir ta’ produzzjoni diżinjat speċjalment għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.

11. 

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.




ANNESS II

Siti elettroniċi li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7 u 9 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

▼M25

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

https://um.dk/udenrigspolitik/sanktioner/ansvarlige-myndigheder

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

https://www.fid.gov.lv/en

IL-LITWANJA

https://www.urm.lt/en/lithuania-in-the-region-and-the-world/lithuanias-security-policy/international-sanctions/997

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://smb.gov.mt/

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussels, Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

▼M1




ANNESS III

Tagħmir, teknoloġija u software imsemmija fl-Artikoli 3b u 3c

Nota Ġenerali

Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa ma għandux japplika għal:

(a) 

tagħmir, teknoloġija jew software li huma speċifikati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jew il-Lista Militari Komuni; jew

(b) 

software maħsub għall-installazzjoni mill-utent mingħajr appoġġ sostanzjali ulterjuri mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħ mill-ħwienet, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':

(i) 

tranżazzjonijiet fil-ħwienet;

(ii) 

tranżazzjonijiet ta' bejgħ bil-korrispondenza;

(iii) 

tranżazzjonijiet elettroniċi; jew

(iv) 

tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bit-telefown; jew

(c) 

software li huwa fid-dominju pubbliku.

It-taqsimiet A, B, C, D u E jirreferu għat-taqsimiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 428/2009.

It-“tagħmir, teknoloġija u software” imsemmija fl-Artikoli 3b u 3c huwa:

A. 

Lista ta' tagħmir

— 
Tagħmir għall-ispezzjoni approfondita tal-pakketti
— 
Tagħmir ta' interċettar ta' netwerks inkluż tagħmir ta' ġestjoni tal-interċettar (Interception Management Equipment, IMS) u tagħmir ta' Data Retention Link Intelligence
— 
Tagħmir ta' monitoraġġ tal-frekwenzi tar-radju
— 
Tagħmir ta' disturbazzjoni ta' netwerks u satelliti
— 
Tagħmir ta' infettar telekomandat
— 
Tagħmir ta' għarfien/ipproċessar tal-kelliem
— 
Tagħmir ta' interċettar u monitoraġġ ta' IMSI ( 4 ), MSIDN ( 5 ), IMEI ( 6 ), TMSI ( 7 )
— 
Tagħmir tattiku ta' interċettar u monitoraġġ ta' SMS ( 8 )/GSM ( 9 )/GPS ( 10 )/GPRS ( 11 )/UMTS ( 12 )/CDMA ( 13 )/PSTN ( 14 )
— 
Tagħmir ta' interċettar u monitoraġġ tal-informazzjoni DHCP ( 15 )/SMTP ( 16 ), GTP ( 17 )
— 
Tagħmir ta' għarfien ta' xejriet u klassifikazzjoni ta' xejriet
— 
Tagħmir forensiku li jaħdem mill-bogħod
— 
Tagħmir ta' mutur għall-ipproċessar semantiku (semantic processing engine)
— 
Tagħmir ta' kriptanaliżi WEP u WPA
— 
Tagħmir ta' interċettar għall-protokolli proprjetarji u standard tal-VoIP
B. 

Mhux użati

C. 

Mhux użati

D. 

“Software” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

E. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

Tagħmir, teknoloġija u software li jaqgħu f'dawn it-taqsimiet huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu fid-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u monitoraġġ tal-komunikazzjonijiet bl-Internet, bit-telefown u bis-satellita”.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-“monitoraġġ” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-data tan-netwerk.




ANNESS IV

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a.



▼M10

A.  Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4a

▼M5

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

Aung Kyaw Zaw

Data tat-twelid: 20 ta' Awwissu 1961

Sess: raġel

Numru tal-passaport: DM000826

Data tal-ħruġ: 22 ta' Novembru 2011

Data tal-iskadenza: 21 ta' Novembru 2021

Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 17444

Il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw kien il-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Awwissu 2015 sa tmiem l-2017. L-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 kellu f'idejh il-Kmand tal-Punent u, f'dak il-kuntest, il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

2.

Maung Maung Soe

Data tat-twelid: Marzu 1964

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: Tatmadaw Kyee 19571

Il-Maġġur Ġeneral Maung Maung Soe kien il-Kmandant tal-Kmand tal-Punent tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ottubru 2016 sal-10 ta' Novembru 2017 u kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari fl-Istat ta' Rakhine. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

▼M7

3.

Than Oo

Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1973

Sess: raġel

Numru ta’ identifikazzjoni militari: BC 25723

Il-Brigadier Ġeneral Than Oo kien il-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sa Mejju 2018. F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

▼M19

4.

Aung Aung

Sess: raġel;

Numru ta’ identifikazzjoni militari: BC 23750

Il-Logutenent Ġeneral Aung Aung ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 2 minn Ottubru 2022. Huwa l-eks Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u l-eks Kmandant tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa. Dawk jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

▼M5

5.

Khin Maung Soe

Data tat-twelid: 1972

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Soe hu l-Kmandant tal-Kmand Operattiv Militari 15, kultant magħruf ukoll bħala l-15-il Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa, tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li taħtha hemm il-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mill-Kmand Operattiv Militari 15, b'mod partikolari l-Battaljun tal-Infanterija Nru 564. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

6.

Thura San Lwin

Data tat-twelid: 17 ta' Marzu 1959

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġenerali Thura San Lwin kien il-Kmandant tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera minn Ottubru 2016 sa' kmieni f'Ottubru 2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

▼M19

7.

Thant Zin Oo

Sess: raġel

Thant Zin Oo kien il-Kmandant tat-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. Il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jinkludi qtil illegali u ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya. Dak il-ksur twettaq flimkien ma’, u bħala appoġġ dirett għal, id-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) immexxija mill-Logutenent (qabel Brigadier) Ġeneral Aung Aung. Thant Zin Oo hu għaldaqstant assoċjat mal-persuna elenkata, il-Logutenent Ġeneral Aung Aung.

25.6.2018

▼M5

8.

Ba Kyaw

Sess: raġel

Ba Kyaw huwa Surġent tal-Persunal fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wettaq atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom qtil, deportazzjoni u tortura, fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017. B'mod partikolari, ġie identifikat bħala wieħed mill-awturi ewlenin tal-massakru ta' Maung Nu tas-27 ta' Awwissu 2017.

21.12.2018

9.

Tun Naing

Sess: raġel

Tun Naing huwa l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF) f'Taung Bazar. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine li twettqu mill-PGF F'Taung Bazar qabel, għall-ħabta ta' jew wara l-25 ta' Awwissu 2017, fosthom detenzjoni furzata, trattament ħażin u tortura.

21.12.2018

▼M19

10.

Khin Hlaing

Data tat-twelid: 2 ta’ Mejju 1968;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Khin Hlaing ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 4 minn Ottubru 2022. Huwa l-eks Kmandant tar-Reġjun tat-Trijangolu tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa l-eks Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa u kien il-Kmandant tal-Kmand tal-Grigal tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta’ Shan fl-2016 u l-bidu tal-2017. F’dak il-kuntest, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fuq minoranza etnika ta’ raħħala fl-Istat ta’ Shan fit-tieni nofs tal-2016 mid-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa. Dawk jinkludu l-qtil illegali, id-detenzjoni furzata u l-qerda tal-villaġġi.

21.12.2018

▼M5

11.

Aung Myo Thu

Sess: raġel

Il-Maġġur Aung Myo Thu huwa l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 DIĦ huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine fl-2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, il-vjolenza sesswali u d-detenzjoni furzata.

21.12.2018

12.

Thant Zaw Win

Sess: raġel

Thant Zaw Win huwa Maġġur fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine u huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-564 BIĦ, b'mod partikolari fil-villaġġ ta' Maung Nu u madwaru fis-27 ta' Awwissu 2017. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

21.12.2018

13.

Kyaw Chay

Sess: raġel

Kyaw Chay huwa Kapural fil-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF). Qabel kien ibbażat f'Zay Di Pyin u kien l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-PGF f'Zay Di Pyin fil-perijodu għall-ħabta tal-25 ta' Awwissu 2017 meta twettqet sensiela ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF taħt il-kmand tiegħu. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine f'dak il-perijodu. Huwa ħa sehem ukoll fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-ksur jinkludi t-trattament ħażin tad-detenuti u t-tortura.

21.12.2018

14.

Nyi Nyi Swe

Sess: raġel

Il-Ġeneral Maġġur Nyi Nyi Swe huwa l-eks-Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fl-Istat ta' Kachin minn Mejju 2016 sa April 2018 (sal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ) mill-Kmand tat-Tramuntana, fosthom it-trattament ħażin tal-persuni ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-persuni ċivili fil-bżonn fl-Istat ta' Kachin f'dak il-perijodu, b'mod partikolari l-imblokkar tat-trasporti tal-ikel.

21.12.2018

▼M28

15.

Min Aung Hlaing

Data tat-twelid: 3.7.1956;

Post tat-twelid: Tavoy, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 12/SAKHANA(N)020199;

Sess: raġel

Min Aung Hlaing ilu l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sa mill-2011. Huwa l-President tal-iState Security and Peace Commission (SSPC), u kellu l-istess funzjoni fl-iState Administration Council (SAC) sakemm dan tal-aħħar ġie sostitwit mill-SSPC fil-31 ta’ Lulju 2025. Huwa wkoll membru tan-National Defence and Security Council (NDSC). Min Aung Hlaing iddikjara lilu nnifsu bħala “Prim Ministru” fl-1 ta’ Awwissu 2021. Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Fuq talba ta’ Min Aung Hlaing, l-NDSC estenda formalment l-istat ta’ emerġenza permezz ta’ estensjonijiet konsekuttivi sal-31 ta’ Lulju 2025.

Permezz tal-konċentrazzjoni tas-setgħa kollha f’idejh bħala President tal-SAC/SSPC, il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC/SSPC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC/SSPC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala President tal-SAC/SSPC, il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Kap Kmandant tat-Tatmadaw sa mill-2011, Min Aung Hlaing huwa direttament responsabbli għal dak il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya.

22.3.2021

▼M28 —————

▼M28

17.

Soe Win

Data tat-twelid: 1.3.1960;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Soe Win ilu l-Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sa mill-2011. Huwa Viċi President tal-iState Security and Peace Commission (SSPC), u preċedentement kellu l-istess funzjoni fl-iState Administration Council (SAC) sakemm dan ġie sostitwit mill-SSPC fil-31 ta’ Lulju 2025. Huwa wkoll membru tan-National Defence and Security Council (NDSC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Soe Win ipparteċipa fil-laqgħa tal-NDSC fil-31 ta’ Jannar 2022, li estendiet l-istat ta’ emerġenza permezz ta’ estensjonijiet konsekuttivi sal-31 ta’ Lulju 2025.

Bħala Viċi President tal-SAC/SSPC, il-Viċi Kap Kmandant Soe Win kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC/SSPC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC/SSPC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala Viċi President tal-SAC/SSPC, il-Viċi Kap Kmandant Soe Win hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fl-2018, in-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrappurtaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont il-liġi internazzjonali. Bħala Viċi Kap Kmandant tat-Tatmadaw sa mill-2011, Soe Win huwa direttament responsabbli għal dak il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya.

22.3.2021

▼M27

18.

Sein Win

Data tat-twelid: 24.7.1956;

Post tat-twelid: Pyin Oo Lwin, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Sein Win huwa membru tat-Tatmadaw u eks Ministru għad-Difiża (bejn l-24 ta’ Awwissu 2015 u l-1 ta’ Frar 2021). Minn Frar 2021 huwa kien il-president tal-Myanmar War Veterans Organization.

Fl-1 ta’ Frar 2021, huwa pparteċipa f’laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC), mal-membri l-oħra tat-Tatmadaw. Il-laqgħa tal-NDSC kienet antikostituzzjonali peress li ma inkludietx il-membri ċivili tiegħu. Matul dik il-laqgħa, Myint Swe ġie ddikjarat Aġent President. Myint Swe mbagħad iddikjara stat ta’ emerġenza u għadda s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża Min Aung Hlaing. Il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza nkisret peress li, skont il-Kostituzzjoni, il-President biss għandu l-awtorità li jiddikjara stat ta’ emerġenza.

Bil-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħa tal-NDSC li matulha ġie deċiż li jiġi ddikjarat l-istat ta’ emerġenza u li s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat jgħaddu lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, Sein Win ikkontribwixxa għall-irrifjutar tar-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u għat-twaqqigħ tal-gvern demokratikament elett. Għaldaqstant, huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Ministru għad-Difiża mill-24 ta’ Awwissu 2015 sal-1 ta’ Frar 2021, Sein Win hu responsabbli għal dak il-ksur u abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya.

22.3.2021

▼M9

19.

Thein Soe

(magħruf ukoll bħala U Thein Soe)

Data tat-twelid: 23 ta’ Jannar 1952

Post tat-twelid: Kani, il-Myanmar/Burma

Nazzjonalità: Myanmar

Sess: raġel

Thein Soe ġie nnominat president tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Peress li aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, u permezz tal-azzjonijiet tiegħu bħala president tal-UEC, b’mod partikolari l-kanċellazzjoni tar-riżultati mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, Thein Soe kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar.

22.3.2021

▼M28

20.

Mya Tun Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 4.5.1961 jew 5.5.1961;

Sess: raġel

Il-Ġeneral Mya Tun Oo hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa kien Ministru għad-Difiża mill-1 ta’ Frar 2021 sat-3 ta’ Awwissu 2023 u kien membru tal-iState Administrative Council (SAC) sax-xoljiment tiegħu fil-31 ta’ Lulju 2025. Fl-1 ta’ Frar 2023, huwa nħatar ukoll Viċi Prim Ministru. Sa mill-1 ta’ Awwissu 2023, huwa assuma wkoll ir-rwol ta’ Ministru tal-Unjoni għat-Trasport u l-Komunikazzjoni Huwa jissorvelja wkoll korpi superviżorji oħra kkontrollati mill-ġunta relatati mal-investiment barrani u l-kummerċ barrani.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Mya Tun Oo pparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC) fil-31 ta’ Jannar 2022, li estendiet l-istat ta’ emerġenza sal-31 ta’ Lulju 2022. Bħala membru tal-NDSC u l-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala eks membru tal-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, bħala eks Ministru għad-Difiża, Mya Tun Oo jġorr ir-responsabbiltà għall-attakki mill-forzi militari fl-Istat ta’ Kayah fil-25 ta’ Diċembru 2021 fejn inqatlu aktar minn 30 persuna, fosthom tfal u persunal umanitarju, u qtil tal-massa u tortura ta’ persuni ċivili fil-Myanmar/Burma kollu. Fir-rwol preċedenti tiegħu bħala Ministru għad-Difiża, il-Ġeneral Mya Tun Oo kien responsabbli għall-bumbardamenti, l-attakki mill-ajru, u istanzi oħra ta’ vjolenza fuq skala kbira li twettqu mill-forzi armati tal-Myanmar matul l-2022. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

Fl-2018, in-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrappurtaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont il-liġi internazzjonali. Mya Tun Oo kien il-Kap Kmandant Konġunt tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), it-tielet l-ogħla pożizzjoni fit-Tatmadaw, minn Awwissu 2016 sal-ħatra tiegħu bħala l-Ministru għad-Difiża. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta’ Rakhine u kkoordina d-diversi forzi armati, li jinkludu l-Armata, il-Flotta Navali u l-Forza tal-Ajru, kif ukoll l-użu tal-artillerija. Għalhekk, hu responsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya.

22.3.2021

21.

Dwe Aung Lin

Data tat-twelid: 31.5.1962;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u kien is-Segretarju tal-iState Administration Council (SAC) sakemm dan ġie sostitwit mill-iState Security and Peace Commission (SSPC) fil-31 ta’ Lulju 2025. Huwa ilu membru tal-SSPC sa mill-31 ta’ Lulju 2025.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin nħatar Segretarju tal-SAC fit-2 ta’ Frar 2021 u ppubblika l-ordnijiet tal-SAC. Fost oħrajn, hu ordna t-tneħħija ta’ individwi mill-kariga li kienu nħatru għaliha mill-gvern elett legalment kif ukoll il-bdil tal-persunal tal-kummissjoni elettorali tal-Myanmar.

Bħala membru tal-SAC/SSPC u eks Segretarju tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC/SSPC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC/SSPC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala membru tal-SAC/SSPC u eks Segretarju tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

22.3.2021

22.

Ye Win Oo

Data tat-twelid: 21.2.1966;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u kien is-Segretarju tal-iState Administration Council (SAC) sakemm dan ġie sostitwit mill-iState Security and Peace Commission (SSPC). Huwa ilu jservi bħala Segretarju tal-SSPC sa minn meta din issostitwixxiet l-SAC.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Fit-2 ta’ Frar 2021, il-Logutenent Ġenerali Ye Win Oo nħatar Segretarju Konġunt tal-SAC. Fil-31 ta’ Lulju 2025, l-SAC ġie sostitwit mill-SSPC u Ye Win Oo nħatar Segretarju tal-SSPC.

Bħala membru u Segretarju Konġunt/Segretarju tal-SAC/SSPC, il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC/SSPC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi tas-sigurtà u l-awtoritajiet tal-Myanmar li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC/SSPC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn; il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala membru u Segretarju Konġunt/Segretarju tal-SAC/SSPC, il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

22.3.2021

▼M19

23.

Maung Maung Kyaw

Data tat-twelid: 23 ta’ Lulju 1964;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Il-Ġeneral Maung Maung Kyaw huwa eks membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa irtira f’Jannar 2022. Kien membru tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) sa Frar 2023. Qabel serva bħala Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar bejn l-2018 u Jannar 2022. Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u trasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala eks membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw kien direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, fil-kapaċità preċedenti tiegħu bħala l-kap tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar, huwa kien direttament responsabbli għall-attakki bil-bombi fl-Istat ta’ Kayah f’Diċembru 2021, li mmiraw fuq il-popolazzjoni ċivili u kkawżaw għadd kbir ta’ vittmi. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

22.3.2021

▼M27

24.

Moe Myint Tun

Data tat-twelid: 24.5.1968;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun kien membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u membru tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ‘l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

L-influwenza kontinwa tiegħu fir-reġim tal-Ġunta tidher mill-fatt li l-membri tal-familja tiegħu qed jirċievu offerti ta’ kostruzzjoni sostanzjali, li tipikament jiġu riċevuti biss permezz ta’ konnessjonijiet ma’ uffiċjali ta’ livell għoli.

Bħala eks membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun serva bħala Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali 6 (BSO 6) u kien il-Kap Kmandant (Armata) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sal-2019. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet fl-Istat ta’ Rakhine. Għalhekk, hu responsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya.

22.3.2021

25.

Than Hlaing

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1965;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa nħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija fit-2 ta’ Frar 2021 u rriżenja minn dawk il-pożizzjonijiet fil-5 ta’ Mejju 2022. Bħalissa huwa parti mill-forzi ta’ riżerva.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing, li nħatar mill-SAC, kien impenjat f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija li aġixxew taħt l-awtorità tal-Logutenent Ġeneral Than Hlaing wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ‘l hawn, billi qatlu persuni ċivili u dimostranti mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, wettqu arresti arbitrarji u ddetenew mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Fir-rwoli preċedenti tiegħu bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija, il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing kien direttament responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw politiki repressivi u azzjonijiet vjolenti li twettqu mill-pulizija kontra dimostranti paċifiċi, u għalhekk hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

22.3.2021

▼M28

26.

Mahn Nyein Maung

(magħruf ukoll bħala P’do, Phado Man Nyein Maung)

Membru tal-iState Administration Council;

Data tat-twelid: madwar l-1947;

Post tat-twelid: Maungdaw, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Mahn Nyein Maung huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, Mahn Nyein Maung kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, Mahn Nyein Maung huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

27.

Thein Nyunt

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 26.12.1944;

Post tat-twelid: Kawkareik (Karen State) Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Numru tal-karta tal-identità: 12/THAGAKA(NAING)012432;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council; President tan-New National Democracy Party (NNDP);

Thein Nyunt huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC) tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Thein Nyunt kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Thein Nyunt huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

28.

Khin Maung Swe

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 24.7.1942;

Post tat-twelid: Ngathaingchaung, Pathein District, Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council; President tan-National Democratic Force party (NDF)

Khin Maung Swe huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Khin Maung Swe kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Khin Maung Swe huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem

19.4.2021

29.

Aye Nu Sein

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 24.3.1957;

Post tat-twelid: Sittwe, Rakhine State, Myanmar/Burma;

Sess: mara;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council; Viċi president tal-Arakan National Party

Aye Nu Sein huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Aye Nu Sein kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Aye Nu Sein huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

30.

Jeng Phang Naw Htaung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council (SAC); Ministru għall-Affarijiet Etniċi

Mill-31 ta’ Lulju 2025 il’ hawn, Jeng Phang Naw Htaung huwa Ministru għall-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ kif ukoll Ministru tal-Unjoni għal-Lukandi u t-Turiżmu. Huwa wkoll eks membru tal-iState Administration Council (SAC) u Ministru għall-Affarijiet Etniċi.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala Ministru għall-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ, u Ministru tal-Unjoni għal-Lukandi u t-Turiżmu kif ukoll eks membru tal-SAC u Ministru għall-Affarijiet Etniċi, Jeng Phang Naw Htaung kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala Ministru għall-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ u Ministru tal-Unjoni għal-Lukandi u t-Turiżmu u eks membru tal-SAC u Ministru għall-Affarijiet Etniċi, Jeng Phang Naw Htaung hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

31.

Maung Ha

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council (SAC); Membru tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC

Maung Ha kien membru tal-iState Administrative Council (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Maung Ha kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. L-azzjoni vjolenti mill-forzi militari u mill-pulizija li thedded il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedet b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Maung Ha huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

32.

Sai Long Hseng

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 18.4.1947;

Post tat-twelid: Kengtung, Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Karta tal-verifika taċ-ċittadinanza: Katana (Naing) 0052495;

Numru tal-NRC: 13/KATANA (N)-005249;

Funzjoni: Eks Membru tal-iState Administration Council

Sai Long Hseng kien membru tal-iState Administration Council (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Sai Long Hseng kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Sai Long Hseng huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

33.

Saw Daniel

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 25.11.1957;

Post tat-twelid: Loikaw (Kayah State) Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council

Saw Daniel huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC) tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Saw Daniel kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Saw Daniel huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

34.

Dr Banyar Aung Moe

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 14.8.1947;

Sess: raġel;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 10RAMANAN202348;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council

Banyar Aung Moe huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Banyar Aung Moe kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Banyar Aung Moe huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

▼M19

35.

U Chit Naing

(magħruf ukoll bħala Sate Pyin Nyar)

Data tat-twelid: Diċembru 1948;

Post tat-twelid: Kyee Nee Village, Chauk Township, Magway Region, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel;

Indirizz: 150, Yadanar Street, Yadanar Housing (near Tine Yin Thar Village), Tharkayta Township, Yangon, Myanmar

U Chit Naing kien il-Ministru tal-Gvern tal-Unjoni li mexxa l-Ministeru tal-Uffiċċju tal-Gvern tal-Unjoni mill-1 ta’ Awwissu 2021 sat-18 ta’ Awwissu 2022. Kien il-Ministru għall-Informazzjoni mit-2 ta’ Frar 2021 sal-31 ta’ Lulju 2021. Inħatar mill-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) li ħa f’idu s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021. Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien responsabbli għall-media tal-istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, Kyemon u l-gazzetti tal-Global New Light of Myanmar, kif ukoll il-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News), u għaldaqstant għax-xandir u l-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet uffiċjali. Meta kien Ministru għall-Informazzjoni, il-gazzetti kienu mimlija b’artikli favur il-forzi militari u għaldaqstant huwa responsabbli għall-propaganda tal-ġunta u għat-tixrid tad-diżinformazzjoni permezz tal-media tal-istat li mhumiex qed jirrappurtaw b’mod preċiż. Huwa direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet li wasslu għar-repressjoni tal-media ta’ Myanmar. Dan jinkludi direttivi, li ordnaw lill-media indipendenti biex ma jużawx il-kliem “kolp ta’ stat”, “reġim militari” u “ġunta”, u li wasslet għall-projbizzjoni ta’ ħames aġenziji tal-aħbarijiet fil-pajjiż. Fil-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu bħala membru tal-gvern, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

19.4.2021

▼M28

36.

Soe Htut

Data tat-twelid: 29.3.1960;

Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Soe Htut kien membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u membru tal-iState Administrative Council (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex.

Soe Htut inħatar Ministru għall-Affarijiet Interni fl-1 ta’ Frar 2021. Soe Htut ipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC) fil-31 ta’ Jannar 2022, li estendiet l-istat ta’ emerġenza sal-31 ta’ Lulju 2022. Permezz ta’ dik id-deċiżjoni u billi huwa membru tal-SAC, l-attivitajiet u l-politiki tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Il-Ministru għall-Affarijiet Interni huwa responsabbli mill-Forza tal-Pulizija, is-Servizz tat-Tifi tan-Nar u s-Servizz tal-Ħabs tal-Myanmar. Il-funzjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni jinkludu s-Sigurtà tal-Istat u l-Liġi u l-Ordni. F’dik il-kapaċità, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Pulizija tal-Myanmar sa mill-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, inkluż il-qtil ta’ ċivili u dimostranti mhux armati, ksur tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ għaqda paċifika, arresti arbitrarji u detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u dimostranti paċifiċi u ksur tal-libertà ta’ espressjoni.

Barra minn hekk, bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar/Burma, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar.

21.6.2021

37.

Tun Tun Naung

(Magħruf ukoll bħala Tun Tun Naing; magħruf ukoll hħala Htun Htun Naung)

Data tat-twelid: 30.4.1963;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Tun Tun Naung huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u qabel kien Kmandant. Huwa l-Ministru għall-Intern u membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) kif ukoll l-eks Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri. Fl-2013, Tun Tun Naung kien il-Kmandant tat-Tramuntana li kien qed jissorvelja l-kunflitt tal-forzi militari ta’ Burma mal-Armata tal-Indipendenza ta’ Kachin. F’dan il-kunflitt, it-truppi tal-Myanmar taħt il-kmand ta’ Tun Tun Naung wettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali. Fl-2017, Tun Tun Naung kien uffiċjal kmandant tal-“Ewwel Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali”. Taħt il-kmand tiegħu, it-truppi wettqu atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kontra minoranzi etniċi fl-istat ta’ Rakhine matul l-“operazzjonijiet ta’ tneħħija tar-Rohingya”. Dawk l-operazzjonijiet bdew fil-25 ta’ Awwissu 2017 u involvew qtil arbitrarju, abbuż fiżiku, tortura, vjolenza sesswali u detenzjoni ta’ persuni Rohingya. Bħala Kmandant fl-2013 u l-2017, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-Myanmar/Burma.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Matul dawk l-avvenimenti, fl-1 ta’ Frar 2021 Tun Tun Naung aċċetta ħatra bħala Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri fil-Gvern tal-Unjoni u b’hekk ħa siġġu fil-Kunsill tad-Difiża u s-Sigurtà Nazzjonali (NSDC). Tun Tun Naung ipparteċipa fil-laqgħa tal-NDSC fil-31 ta’ Jannar 2022, li estendiet l-istat ta’ emerġenza sal-31 ta’ Lulju 2022. B’dik id-deċiżjoni u bħala membru tal-Gvern tal-Unjoni u Ministru għall-Intern kif ukoll bħala eks Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż.

21.6.2021

38.

Win Shein

(magħruf ukoll bħala U Win Shein)

Data tat-twelid: 31.7.1957;

Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar/Burma;

Nazzjonalità: Myanmar;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: DM001478 (Myanmar/Burma) maħruġ fl-10.9.2012, skada fid-9.9.2022;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 12DAGANA011336

Win Shein kien il-Viċi Prim Ministru mill-1 ta’ Frar 2023 sal-31 ta’ Lulju 2025 u l-Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Unjoni mill-1 ta’ Frar 2021 sal-31 ta’ Lulju 2025 maħtur mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lil Min Aung Hlaing.

Fir-rwol tiegħu bħala eks Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi u bħala eks Viċi Prim Ministru tal-Gvern tal-Unjoni, u permezz tar-rwol importanti tiegħu fil-politika ekonomika tar-reġim, l-azzjonijiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.6.2021

▼M12

39.

Khin Maung Yi (magħruf ukoll bħala Khin Maung Yee; Magħruf ukoll bħala U Khin Maung Yi)

Data tat-twelid: 15 ta' Frar 1965;

Post tat-twelid: Rangoon, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Kurunell Khin Maung Yi huwa l-Ministru attwali għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Huwa kien Segretarju Permanenti f'dan id-dipartiment taħt il-gvern elett demokratikament.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Il-Kurunell Khin Maung Yi nħatar Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) fit-2 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

21.6.2021

 

 

 

Skont il-liġi tal-Myanmar, il-MONREC huwa unikament responsabbli għall-ġestjoni tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, u għandu rwol kruċjali fl-isfruttament u l-kummerċ ta', fost l-oħrajn, riżorsi bħall-ġemmi, il-perli u riżorsi minerali oħra kif ukoll il-forestrija. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-MONREC jikkontrolla lil Myanmar Pearl Enterprise (MPE), lil Myanmar Gems Enterprise (MGE) u lil Myanmar Timber Enterprise (MTE), li għandhom drittijiet esklużivi fuq il-produzzjoni u l-kummerċ ta' riżorsi fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom.

Billi aċċetta n-nomina tiegħu għall-Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent u permezz tar-rwol tiegħu fl-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, Khin Maung Yi jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-reġim militari, u għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

 

▼M28

40.

Tin Aung San

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 16.10.1960;

Sess: raġel;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 12/La Ma Na (N) 89 489

L-Ammirall Tin Aung San huwa l-Kap Kmandant tal-Flotta Navali tal-Myanmar u Ministru għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Kien membru tal-iState Administration Council (SAC) sax-xoljiment tiegħu fil-31 ta’ Lulju 2025. Sa mill-5 ta’ Awwissu 2025, huwa qed iservi wkoll bħala Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Qabel, huwa serva bħala Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni u bħala Ministru għad-Difiża.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala Ministru tal-Gvern għat-Trasport u l-Komunikazzjoni, huwa kien responsabbli għall-komunikazzjoni u n-networks u b’hekk ħa deċiżjonijiet u implimenta politiki li ddefinixxew il-libertà tal-aċċess għad-data online. Waqt li okkupa dan ir-rwol, kien hemm għadd kbir ta’ waqfien u tnaqqis intenzjonali fil-veloċità tal-Internet, kif ukoll ordnijiet għall-fornituri biex jipprevjenu li Facebook, Twitter u Instagram ikunu online. F’Jannar 2022, ġie ċċirkolat abbozz ġdid tal-liġi dwar iċ-ċibersigurtà, li jippermetti l-abbuż tat-teknoloġija ta’ sorveljanza sabiex jitwettaq monitoraġġ fuq individwi u jitpoġġew fil-mira, u b’hekk jitrażżnu l-libertà ta’ espressjoni tagħhom kif ukoll l-aċċess għall-informazzjoni. Għalhekk huwa direttament responsabbli għal-limitazzjoni tal-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni online, kif ukoll għall-ksur tad-dritt għall-privatezza tal-poplu tal-Myanmar. Għaldaqstant, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Prim Ministru u Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali kif ukoll bħala eks Ministru għad-Difiża u membru tal-SAC, Tin Aung San kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar/Burma, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar.

21.6.2021

▼M19

41.

Thida Oo

(magħrufa ukoll bħala Daw Thida Oo)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: mara

Thida Oo ilha l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni tal-Myanmar mit-2 ta’ Frar 2021, meta nħatret mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) Min Aung Hlaing. Hija membru tal-Kummissjoni tal-Investiment tal-Myanmar (MIC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 billi ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. F’Lulju 2022, Oo ħadet sehem fil-kawża mressqa quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) fejn hija xehdet kontra l-akkuża ta’ ġenoċidju tal-popolazzjoni Rohingya u ddefendiet lill-ġunta.

Thida Oo ilha parti mill-gvern li rriżulta mill-kolp ta’ stat mill-ewwel jum tiegħu, fejn użat is-setgħa mogħtija permezz tal-liġi tal-2010 rigward l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni biex tipproċedi bi proċessi politikament motivati u d-detenzjoni arbitrarja sussegwenti u biex taġixxi bħala forza li tippermetti l-abbużi mwettqa mir-reġim militari. Għaldaqstant hija impenjata f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.6.2021

▼M12

42.

Aung Lin Tun

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jservi bħala Viċi Ministru għad-Difiża.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

21.6.2021

 

 

 

Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun inħatar Viċi Ministru għad-Difiża fil-11 ta' Mejju 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing. Qabel il-promozzjoni tiegħu, kien parti mill-Uffiċċju tal-Kap Kmandant tal-Armata u kien involut fl-azzjonijiet repressivi kollha meħuda mill-SAC u t-Tatmadaw sa mill-kolp ta' stat.

Bħala Viċi Ministru għad-Difiża, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa impenjat f'politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. Barra minn hekk, bħala membru tar-reġim militari, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà kontra dimostranti paċifiċi.

 

▼M28

43.

Zaw Min Tun

Post tat-twelid: Yenanchaung, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun kien il-Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-iState Administrative Council u l-Viċi Ministru għall-Informazzjoni. Huwa kien ukoll il-Kap tat-True News Information Team tat-Tatmadaw.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Inħatar Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-SAC fil-5 ta’ Frar 2021 u Viċi Ministru għall-Informazzjoni fis-7 ta’ Frar 2021 mill-iState Administration Council (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Bħala kelliem tal-iState Administration Council, il-Brigadier Ġenerali Zaw Min Tun ippresieda l-konferenzi stampa kollha tal-SAC, li għandhom l-għan li jwasslu u jiġġustifikaw in-narrattivi tal-SAC dwar il-kolp ta’ stat u l-azzjonijiet tal-ġunta minn dak iż-żmien ’l hawn.

Bħala Viċi Ministru tal-Gvern għall-Informazzjoni, huwa għandu responsabbiltà diretta għall-media tal-istat u għaldaqstant għax-xandir u l-pubblikazzjoni ta’ aħbarijiet uffiċjali. Minn mindu nħatru Chit Naing bħala Ministru għall-Informazzjoni u Zaw Min Tung bħala viċi tiegħu, il-gazzetti mtlew b’artikli favur il-forzi militari. Għalhekk, Zaw Min Tun iġorr ir-responsabbiltà għall-propaganda tal-ġunta u t-tixrid tad-diżinformazzjoni permezz tal-media tal-istat li mhumiex qed jirrappurtaw b’mod preċiż. Huwa jġorr ir-responsabbiltà wkoll għad-deċiżjonijiet li wasslu għar-repressjoni tal-media tal-Myanmar/Burma. Dawn jinkludu direttivi, li ordnaw lill-media indipendenti biex ma jużawx kolp ta’ stat’, “reġim militari” u “ġunta”, u li wasslu għall-projbizzjoni ta’ aġenziji tal-aħbarijiet lokali fil-pajjiż u għall-arrest ta’ ġurnalisti domestiċi u barranin. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, huwa jappoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat militari. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija fil-Myanmar/Burma billi llimita l-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni kemm online kif ukoll offline.

Bħala eks membru kemm tal-SAC kif ukoll tal-gvern tal-ġunta, il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun huwa impenjat fi u jipprovdi appoġġ lil azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.6.2021

▼M27

44.

Aung Naing Oo

Data tat-twelid: 13.10.1962 jew 9.6.1969;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Kyaukse, Mandalay, Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Indirizz: L 103, Kenyeikthar Lane 6, FMI city, Yangon, Myanmar/Burma;

Numru tal-passaport: DM002656;

Karta tal-identità nazzjonali: 7/PaKhaNa (Naing) 13345; 5/SaKaNa (Naing) 017289

Aung Naing Oo huwa l-eks Ministru għall-Kummerċ. Huwa kien il-Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin mit-2 ta’ Frar 2021 sat-18 ta’ Awwissu 2022. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin, huwa kien responsabbli biex jgħin lin-negozji u jiffaċilita l-investimenti fil-Myanmar/Burma u għaldaqstant jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż billi ddikjara li l-media internazzjonali esaġerat il-kriżi u insista wkoll li l-moviment ta’ diżubbidjenza ċivili qed jasal fi tmiemu. Barra minn hekk, huwa impedixxa lid-diriġenti ta’ kumpaniji barranin tat-telekomunikazzjoni milli jitilqu mill-pajjiż mingħajr permess u fi Frar 2021 keċċa mill-Ministeru lill-impjegati taċ-ċivil li pprotestaw. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M14

45.

Charlie Than

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1950;

Ġeneru: raġel;

Indirizz: Room No (23), Building No (25), Palm Village Villa, Yankin Yanshin Street, Yangon, Myanmar/Burma

Charlie Than ilu l-Ministru għall-Industrija mit-22 ta’ Mejju 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Industrija, huwa għandu kontroll fuq il-fabbriki tal-Istat u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M28

46.

Thet Thet Khine

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 19.8.1967;

Post tat-twelid: Mogok, Myanmar/Burma;

Sess: mara;

Indirizz: 127 A Dhamazadei Road, Kamayut, Yangon, Myanmar/Burma;

Nru tal-passaport: MB132403 (Myanmar/Burma) maħruġ fis-7.5.2015, skada fis-6.5.2020;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 9MAKANAN034200

Thet Thet Khine kienet il-Ministru għall-Assistenza Soċjali, is-Soljev u r-Risistemazzjoni mill-4 ta’ Frar 2021 sat-3 ta’ Awwissu 2023 u Ministru għal-Lukandi u t-Turiżmu mit-3 ta’ Awwissu 2023 sal-31 ta’ Lulju 2025. Hija nħatret mill-iState Administrative Council (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Appoġġat ripetutament il-kolp ta’ stat pubblikament. Fil-kapaċità tagħha bħala eks Ministru tal-Gvern, hija tagħmel parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tagħha, hija appoġġat pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż id-dikjarazzjoni tagħha li l-militar wettaq il-kolp ta’ stat b’reazzjoni għal frodi elettorali. Barra minn hekk, ċaħdet li l-militar wettaq ġenoċidju kontra l-popolazzjoni Rohingya.

Għaldaqstant, tappoġġa u hija involuta f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

47.

Maung Maung Ohn

(magħruf ukoll bħala U Maung Maung Ohn)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Maung Maung Ohn ilu l-Ministru għall-Informazzjoni mill-1 ta’ Awwissu 2021. Huwa nħatar mill-iState Administration Council (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021. Qabel huwa kien Ministru għal-Lukandi u t-Turiżmu, meta nħatar fis-7 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jagħmel parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa jikkontrolla l-media tal-Istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, u l-gazzetti Kyemon u Global New Light of Myanmar u l-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News), u konsegwentement Maung Maung Ohn permezz tagħhom qed jikkontrolla x-xandir u l-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet uffiċjali. Wara l-kolp ta’ stat huwa kompla bil-politiki repressivi u saħħaħhom aktar, b’mod partikolari billi emenda l-Liġi dwar it-Televiżjoni u x-Xandir bir-Radju, impona restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, il-kriminalizzazzjoni tal-ġurnaliżmu u l-priġunerija tal-ġurnalisti. Barra minn hekk, ta struzzjonijiet lill-membri tal-Kunsill tal-Media tal-Myanmar, korp indipendenti, biex jimplimentaw l-objettivi tal-gvern.

Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

48.

Shwe Kyein

(magħruf ukoll bħala U Shwe Kyein)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Shwe Kyein huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u trasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, U Shwe Kyein huwa direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Istat, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika.

Il-forzi u l-awtoritajiet militari li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu kontinwament ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, spostaw mijiet ta’ eluf ta’ persuni, ħarqu, ittorturaw u qatlu persuni ċivili u ċaħdu l-aċċess ugwali għall-għajnuna umanitarja. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC irrestrinġew il-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni billi bblokkaw l-aċċess għall-Internet, u permezz ta’ arresti, detenzjonijiet u kundanni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż biex b’hekk il-forzi militari setgħu jeżerċitaw awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifika, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, il-persuni ċivili, inkluż il-ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, miċħuda mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, U Shwe Kyein huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

21.2.2022

▼M14

49.

Aung Moe Myint (magħruf ukoll bħala U Aung Moe Myint)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Moe Myint ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Aung Moe Myint kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

50.

Than Tun (magħruf ukoll bħala U Than Tun)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Tun ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Tun kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

51.

Aung Lwin Oo (magħruf ukoll bħala U Aung Lwin OO)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Lwin Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Lwin Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

52.

Aung Saw Win (magħruf ukoll bħala U Aung Saw Win)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Saw Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Saw Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

53.

Than Win

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

54.

Saw Ba Hline (magħruf ukoll bħala U Saw Ba Hline)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Saw Ba Hline ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Saw Ba Hline kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

55.

Soe Oo (magħruf ukoll bħala U Soe OO)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Soe Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Soe Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M28

56.

Than Soe

(magħruf ukoll bħala U Than Soe)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Than Soe ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021 u ilu jservi bħala l-President tal-UEC mill-31 ta’ Lulju 2025. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Soe kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M14

57.

Bran Shaung (magħruf ukoll bħala U Bran Shaung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma

Ġeneru: raġel

Bran Shaung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Bran Shaung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

58.

Myint Oo (magħruf ukoll bħala U Myint Oo)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Myint Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

59.

Khin Maung Oo (magħruf ukoll bħala U Khin Maung Oo)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Khin Maung Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Khin Maung Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M24

60.

Nu Mya Zan

(a.k.a Daw Nu Mya Zan, Daw Nu Mara Zan)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: mara

Nu Mya Zan ġiet innominata bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċettat din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tagħha bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni ta’ eks membri tal-UEC, Nu Mya Zan kienet involuta direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Nu Mya Zan inħatret Viċi Ministru għall-Affarijiet Reliġjużi u l-Kultura fit-2 ta’ Frar 2023. Bħala Viċi Ministru, tifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Nu Mya Zan hija għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u għall-għoti ta’ appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M14

61.

Myint Thein (magħruf ukoll bħala U Myint Thein)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Myint Thein ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Thein kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

62.

Ba Maung (magħruf ukoll bħala Dr Ba Maung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Ba Maung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Ba Maung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M24

63.

Tayza Kyaw

(a.k.a. U Tayza Kyaw)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

U Tayza Kyaw huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jokkupa diversi pożizzjonijiet għolja, inkluż bħala Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana u Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 1 (BSO 1). Mill-1 ta’ Jannar 2024 ’l hawn, huwa l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru. 3 (BSO 3), li huwa inkarigat mill-operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari Reġjonali tal-Punent u l-Kwartieri Ġenerali Militari Reġjonali tan-Nofsinhar.

Qabel il-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja operazzjonijiet militari fl-Istat ta’ Kachin, ikkaratterizzati minn użu eċċessiv ta’ forza kontra gruppi ta’ minoranza etnika u vjolenza indiskriminata li wasslu għall-ksur tad-drittijiet taċ-ċivili u l-ispostament furzat tagħhom.

Minn Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja l-BSO 1, li mexxa diversi operazzjonijiet militari fuq skala kbira f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ U Than Hlaing, li r-responsabbiltà tiegħu għat-twettiq ta’ vjolenza eċċessiva u ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġiet stabbilita. It-tħejjija u t-tnedija sussegwenti tal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” fir-reġjuni ta’ Sagaing u Magwe, fl-ambitu tal-BSO 1, urew użu partikolarment eċċessiv ta’ forza kif ukoll vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma kif ukoll għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M27

64.

Ni Lin Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Maġġur Ġeneral Ni Lin Aung ilu jaħdem fil-Kmand Ċentrali tal-Lvant minn Awwissu 2022. Huwa l-eks Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Parti mill-ġuriżdizzjoni tal-Kmand tal-Lvant hija l-Istat ta’ Kayah. F’attakk fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lvant, il-Maġġur (qabel il-Brigadier) Ġeneral Ni Lin Aung ikkmanda direttament l-unitajiet fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru.

Fil-21 ta’ Lulju 2023, il-Maġġur Ġeneral Ni Lin Aung inħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u ngħata r-responsabbiltà konġunta ta’ Kap tal-Pulizija, u, fit-3 ta’ Awwissu 2024, huwa reġa’ lura għall-funzjoni militari preċedenti tiegħu. Bħala eks Viċi Ministru u membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Il-Ġeneral Maġġur Ni Lin Aung huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u l-involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M19

65.

Aung Zaw Aye

(magħruf ukoll bħala U Aung Zaw Aye)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye ilu l-Ministru Kap tal-Istat ta’ Shan minn Frar 2023. Huwa l-eks Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

F’attakk militari fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2, il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye kien jikkmanda l-Kmand tal-Lvant, li jikkmanda direttament l-unitajiet militari attivi fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

▼M17

66.

Kan Zaw (magħruf ukoll bħala Dr. Kan Zaw)

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 11.10.1954;

Post tat-twelid: Salin Township, Magwe Region, Myanmar;

Sess: raġel

Kan Zaw ilu l-Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin mid-19 ta' Awwissu 2022. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f'idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta' Frar 2021. Qabel kien inħatar mill-SAC bħala l-Awditur Ġenerali tal-Unjoni wara l-kolp ta' stat tal-1 ta' Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta' stat militari u waqqa' l-mexxejja eletti b'mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin, huwa responsabbli milli jgħin lin-negozji u jiffaċilita l-investimenti fil-Myanmar/Burma u l-kooperazzjoni ma' sħab barranin. F'dik il-kapaċità, Kan Zaw jieħu rwol attiv fl-appoġġ tal-isforzi tal-militar biex jiġbed investiment barrani, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Għaldaqstant, huwa responsabbli għall-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u għall-involviment f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, huwa assoċjat ma' diversi figuri ta' livell għoli tar-reġim militari, inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

8.11.2022

67.

Htun Htun Oo

(magħruf ukoll bħala Tun Tun Oo)

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 28.7.1956;

Sess: raġel

Htun Htun Oo huwa l-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema fil-Myanmar/Burma, kif ikkonfermat f'dik il-pożizzjoni mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing fit-2 ta' Frar 2021, wara l-kolp ta' stat tal-1 ta' Frar 2021.

Il-Qorti Suprema, taħt it-tmexxija ta' Htun Htun Oo, kienet involuta fil-prosekuzzjoni ta' mexxejja eletti demokratikament u esponenti tal-oppożizzjoni, u naqset milli twettaq id-dmirijiet tagħha bħala l-ogħla ġuriżdizzjoni responsabbli għad-difiża tal-istat tad-dritt u l-garanzija tal-indipendenza tal-ġudikatura. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Prim Imħallef tal-Qorti Suprema, Htun Htun Oo huwa involut f'attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, mill-konferma tiegħu bħala l-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema, Htun Htun Oo ġie assoċjat ma' figuri ta' livell għoli tar-reġim militari, inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

8.11.2022

68.

Swe Swe Aung (magħruf ukoll bħala Dr. Swe Swe Aung)

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1960;

Sess: mara

Swe Swe Aung hija d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Legali, maħtura mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fil-31 ta' Marzu 2022.

Id-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni, taħt it-tmexxija ta' Swe Swe Aung, kien involut f'diversi kawżi ġudizzjarji kontra mexxejja eletti demokratikament u esponenti tal-oppożizzjoni li twettqu bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal proċess ġust, inkluż il-proċedimenti li wasslu għall-eżekuzzjoni ta' erba' esponenti favur id-demokrazija. Għalhekk, fil-kapaċità tagħha bħala Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni, Swe Swe Aung hija involuta f'attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, Swe Swe Aung hija assoċjata ma' diversi figuri u mexxejja tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u oħrajn maħtura mill-armata bħall-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Avukat Ġenerali Dr Thida Oo.

8.11.2022

69.

Zaw Min

(magħruf ukoll bħala U Zaw Min)

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1970;

Sess: raġel

Zaw Min huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fl-4 ta' Frar 2021. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-ħabsijiet fil-Myanmar/Burma.

Taħt it-tmexxija ta' Zaw Min, id-Dipartiment tal-Ħabsijiet kien involut f'diversi każijiet ta' ġestjoni ħażina tal-ħabsijiet u d-detenuti kienu soġġetti għal vjolenza, swat, tortura u trattament inuman ieħor fil-ħabsijiet. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-ħabs kisru d-drittijiet tad-difiża ta' persuni detenuti. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet, Zaw Min huwa involut f'attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, Zaw Min huwa assoċjat ma' diversi figuri u mexxejja tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u oħrajn maħtura mill-armata bħall-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Ministru għall-Affarijiet Interni Logutenent Ġeneral Soe Htut.

8.11.2022

70.

U Zaw Lin Aung

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Sess: raġel

U Zaw Lin Aung huwa ex uffiċjal militari u Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet tar-Reġjun ta' Yangon mill-aħħar tal-2021. Barra minn hekk, U Zaw Lin Aung huwa inkarigat mill-Ħabs ta' Insein.

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-priġunieri politiċi detenuti fil-Ħabs ta' Insein kienu soġġetti għal vjolenza, swat, tortura u trattament inuman ieħor imwettqa mill-persunal tal-ħabs. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet tar-Reġjun ta' Yangon u responsabbli tal-Ħabs ta' Insein, U Zaw Lin Aung huwa involut f'attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M24

71.

U Than Swe

(a.k.a. Than Swe)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1957 jew 1965;

Sess: raġel

U Than Swe ilu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni minn Frar 2023. Bħala Ministru, jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u għall-għoti ta’ appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Huwa l-eks President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) mid-19 ta’ Awwissu 2022 sa Frar 2023.

Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, li dak iż-żmien kienet taħt it-tmexxija ta’ U Than Swe, implimentat politiki bil-għan li jilleġittimizzaw il-kolp ta’ stat militari, inkluż l-involviment tagħha fi proċedimenti kontra mexxejja eletti demokratikament, bħat-tressiq ta’ akkużi ta’ korruzzjoni kontra l-Kunsillier tal-Istat Daw Aung San Suu Kyi. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, U Than Swe kien involut f’attivitajiet u politiki li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M17

72.

Ko Ko Lwin

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1972 jew 1982;

Sess: raġel

Ko Ko Lwin huwa membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC), maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fl-1 ta' April 2022. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b'mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta' Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta' frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Ko Ko Lwin kien involut direttament f'azzjonijiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

8.11.2022

73.

Min Min Oo

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1962 jew 1967;

Sess: raġel

Min Min Oo huwa membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC), maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) fit-2 ta' Mejju 2022. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b'mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta' Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta' frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Min Min Oo kien involut direttament f'azzjonijiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

8.11.2022

74.

Htun Aung

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1967;

Sess: raġel

Il-Ġeneral Htun Aung huwa l-Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar, maħtur mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar, il-Ġeneral ta' Livell Għoli Min Aung Hlaing fit-12 ta' Jannar 2022. F'dik il-kapaċità, Htun Aung jikkmanda u jikkontrolla l-forzi tal-ajru fil-Myanmar.

Il-Forza tal-Ajru tal-Myanmar wettqet attakki kontra miri ċivili fil-Myanmar, u qatlet u għamlet ħsara liċ-ċivili, inkluż tfal u persuni minn minoranzi etniċi u reliġjużi. Skejjel, postijiet ta' qima u faċilitajiet tas-saħħa pubblika kienu wkoll fil-mira.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Myanmar, il-Ġeneral Htun Aung huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, il-Ġeneral Htun Aung jieħu sehem fil-governanza tal-MEHL, konglomerat li huwa proprjetà militari li jipprovdi lill-militar tal-Myanmar b'riżorsi ekonomiċi u materjali li jippermettu l-operazzjonijiet tagħhom.

Għalhekk, huwa jipprovdi appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M27

75.

Phone Myat

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Phone Myat ilu l-Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali 5 (BSO 5) minn Jannar 2025 u kien Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali 3 (BSO 3) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn April 2021 sa Jannar 2025.

Qabel, huwa serva bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni bejn Lulju 2020 u April 2021, u kien il-kmandant tal-Kmand tal-Punent bejn Mejju 2019 u Lulju 2020.

Bħala kmandant tal-BSO 5, Phone Myat jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fiż-żona ta’ Yangon.

Bħala kmandant tal-BSO 3, Phone Myat ikkmanda u kkontrolla l-forzi militari tal-Kmand tal-Lbiċ (Ayeyarwaddy), il-Kmand tan-Nofsinhar (Bago u Magway) u l-Kmand tal-Punent (Rakhine u Chin).

Il-forzi militari taħt il-kmand tiegħu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, delitti u atroċitajiet, inkluż qtil, attakki fuq l-art u mill-ajru kontra persuni ċivili u massakri fir-reġjun tal-Magway, l-Istat ta’ Chin u r-reġjun ta’ Bago.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-BSO 5 u eks Kmandant tal-BSO 3, Phone Myat huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M17

76.

Aung Soe

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Aung Soe ilu l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 4 (BSO 4) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Jannar 2021. Qabel, kien il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni sa Marzu 2018, imbagħad il-Kap tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali 6.

Bħala kmandant tal-BSO 4, Aung Soe jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari tal-Kmand Kostali fid-Diviżjoni ta' Tanintharyi u l-Kmand tax-Xlokk fl-Istat ta' Mon u Karen.

Il-forzi militari taħt il-kmand tiegħu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, delitti u atroċitajiet, inkluż qtil, attakki fuq l-art u mill-ajru kontra persuni ċivili, arresti illeġittimi u l-użu tal-artillerija. L-Istat ta' Kayin/Karen, wieħed mir-reġjuni taħt il-kmand ta' Aung Soe, irreġistra 3993 inċident vjolenti mill-kolp ta' stat sa Lulju 2022.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-BSO 4, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M27

77.

Thet Pon

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Thet Pon huwa l-Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali 6 (BSO 6) minn Jannar 2025 u kien Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali 5 (BSO 5) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ġunju 2020 sa Jannar 2025. Qabel, kien Kmandant tal- Kmand tal-Majjistral sal-2017 u l-Kmandant Reġjonali ta’ Yangon bejn l-2017 u Ġunju 2020.

Bħala Kmandant tal-BSO 6, Thet Pon jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fiż-żona ta’ Nay Pyi Taw.

Bħala Kmandant tal-BSO 5, Thet Pon ikkmanda u kkontrolla l-forzi militari u t-tribunali militari fir-Reġjun ta’ Yangon.

F’Marzu 2021, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat introduċa l-liġi marzjali fil-Myanmar, fejn ittrasferixxa s-setgħa eżekuttiva u ġudizzjarja lill-kap tal-kmandi militari reġjonali rilevanti. Sa Lulju 2022, tribunali militari fir-Reġjun ta’ Yangon ikkundannaw 119-il individwu għall-mewt, ħafna minnhom għal raġunijiet politiċi, inklużi erba’ membri tal-oppożizzjoni demokratika li ġew ġustizzjati fir-Reġjun ta’ Yangon.

Barra minn hekk, il-forzi militari fir-Reġjun ta’ Yangon wettqu atti vjolenti u qtil kontra dimostranti paċifiċi, bħall-użu ta’ forza letali matul protesti kontra l-ġunta fit-township ta’ Hlaing Tharyar ta’ Yangon fl-14 ta’ Marzu 2021.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-BSO 6 u eks Kmandant tal-BSO 5, Thet Pon huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

78.

Htein Win

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

L-Ammirall Htein Win huwa l-Kap Kmandant tal-Flotta Navali kif ukoll eks Kap tat-Taħriġ tal-Forzi Armati u eks Kmandant tal-Kmand tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

Bħala kmandant reġjonali, huwa kkmanda u kkontrolla l-forzi militari fir-reġjuni ta’ Bago u Magway.

Il-forzi militari f’dawk ir-reġjuni wettqu attakki mill-ajru, rejds, ħruq, għadd kbir ta’ qtil u l-użu ta’ tarki umani. Ir-Reġjun ta’ Magway huwa hotspot partikolari għal operazzjonijiet brutali kontra l-oppożizzjoni mmexxija mill-militar, bl-użu ta’ strateġija “Oqtol Kollox, Aħraq Kollox, Israq Kollox” (Kill All, Burn All, Loot All).

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kap Kmandant tal-Flotta Navali kif ukoll eks Kap tat-Taħriġ tal-Forzi Armati u eks Kmandant tal-Kmand tan-Nofsinhar, Htein Win huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M17

79.

Htin Latt Oo

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Maġġur Ġeneral Htin Latt Oo ilu Kmandant tal-Kmand tal-Punent tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Lulju 2020. Bħala kmandant reġjonali, huwa jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fir-reġjuni ta' Rakhine tal-Punent u Chin.

Il-forzi militari f'dawk ir-reġjuni wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti, inkluż attakki mill-ajru, stupru, użu ta' tarki umani, ħruq ta' djar, massakri u arresti illegali.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Punent, Htin Latt Oo huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

80.

Than Htike

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Numru tal-karta tal-identità militari: Kyi-28146

Il-Brigadier Ġeneral Than Htike ilu Kmandant tal-Kmand tal-Majjistral tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) mis-6 ta' Jannar 2022. Bħala kmandant reġjonali, huwa jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fir-Reġjun ta' Sagaing.

Il-forzi militari taħt il-kmand tiegħu wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, użu eċċessiv ta' forza u azzjonijiet brutali kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-attakk militari kontra skola f'Depeyin Township fir-Reġjun ta' Sagaing, li qatel mill-inqas 13-il persuna inkluż 11-il tifel u tifla. Fir-Reġjun ta' Sagaing, il-forzi militari ħarqu aktar minn 20 000 dar mill-kolp ta' stat militari.

Fil-kapaċità tiegħu bħala kmandant reġjonali tal-Kmand tan-Nofsinhar, Than Htike huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M27

81.

Nyunt Win Swe

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Nyunt Win Swe ilu l-Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali 4 (BSO 4) mill-2023. F’dik il-kapaċità, huwa jikkmanda u jikkontrolla l-forzi militari fiż-żona ta’ Yangon. Huwa kien il-Kmandant tar-Reġjun ta’ Yangon tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ġunju 2020 sal-bidu tal-2023. F’dik il-kapaċità, Nyunt Win Swe kkmanda u kkontrolla l-forzi militari fir-Reġjun ta’ Yangon u ssorvelja t-tribunali militari għar-Reġjun ta’ Yangon.

F’Marzu 2021, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat introduċa l-liġi marzjali fil-Myanmar, fejn ittrasferixxa s-setgħa eżekuttiva u ġudizzjarja lill-kap tal-kmandi militari reġjonali rilevanti. Sa Lulju 2022, tribunali militari fir-Reġjun ta’ Yangon ikkundannaw 119-il individwu għall-mewt, ħafna minnhom għal raġunijiet politiċi, inklużi erba’ membri tal-oppożizzjoni demokratika li ġew ġustizzjati fir-Reġjun ta’ Yangon.

Barra minn hekk, il-forzi militari fir-Reġjun ta’ Yangon wettqu atti vjolenti u qtil kontra dimostranti paċifiċi, bħall-użu ta’ forza letali matul protesti kontra l-ġunta fit-township ta’ Hlaing Tharyar ta’ Yangon fl-14 ta’ Marzu 2021.

Fil-kapaċitajiet tiegħu, Nyunt Win Swe huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M17

82.

U Tay Za

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 18.7.1964;

Post tat-twelid: Yangon, Myanmar;

Sess: raġel

U Tay Za huwa l-fundatur u l-President ta' Htoo Group of Companies, konglomerat privat li jopera f'diversi setturi, inkluż il-kummerċ, il-banek, il-minjieri, it-turiżmu u l-avjazzjoni. U Tay Za għandu rabta mill-qrib mat-tmexxija ewlenija tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

Permezz ta' Htoo Group of Companies, U Tay Za ipprovda appoġġ finanzjarju lit-Tatmadaw fl-2017 f'avveniment ta' ġbir ta' fondi b'rabta mal-“operazzjonijiet ta' tindif” ta' Rakhine. Barra minn hekk, U Tay Za aġixxa bħala intermedjarju għall-forniment ta' tagħmir militari li ntuża kontra l-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti fil-pajjiż kollu.

Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar li jwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili, kif ukoll li jwettaq attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, U Tay Za appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

83.

Aung Moe Myint

Nazzjonalità: il-Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 9.6.1971 jew 28.9.1969

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 12/YAKANA(N)006981

Aung Moe Myint huwa d-Direttur ta' Dynasty International Company Ltd (DICL) li topera fis-settur tal-kummerċ. Huwa l-Konslu Onorarju tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Myanmar. Abbażi tal-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu, inkluż ir-rabtiet politiċi u kummerċjali mill-qrib tiegħu mal-Belarussja, Aung Moe Myint iffaċilita l-akkwist ta' armi tan-nar, armi, oġġetti ristretti u b'użu doppju għall-militar tal-Myanmar, li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti fil-pajjiż kollu.

Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar li jwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili, kif ukoll li jwettaq attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, Aung Moe Myint appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M21

84.

Naing Htut Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 27.1.1968;

Sess:raġel

Numru tal-passaport: 12/MAKAYA 118765

Naing Htut Aung huwa Direttur u l-uniku azzjonist ta’ International Gateways Group of Company Limited (IGGC) li jopera fis-settur tal-kummerċ. Huwa għandu rabtiet b’saħħithom mat-tmexxija militari fil-Myanmar.

Permezz tal-IGGC, Naing Htut Aung ipprovda appoġġ finanzjarju lill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) fl-2017 f’avveniment ta’ ġbir ta’ fondi b’rabta mal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” ta’ Rakhine, u ta donazzjoni lit-Tatmadaw fl-2023 fl-okkażjoni ta’ Jum il-Forzi Armati. Barra minn hekk, Naing Htut Aung ġie identifikat bħala importatur u sensar ta’ armi, tagħmir militari u oġġetti b’użu doppju għat-Tatmadaw, li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti fil-pajjiż kollu.

Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar li jwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili, kif ukoll li jwettaq attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, Naing Htut Aung appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M18

85.

Aung Hlaing Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 11.6.1977;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 12/LaMaTa(Nine)025897

Aung Hlaing Oo ilu l-President ta’ Myanmar Chemical and Machinery (MCM) Company Limited u sussidjarji oħrajn minn meta waqqaf il-kumpanija fl-2001.

Huwa uża l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu biex jagħti appoġġ għall-vjolenza mwettqa mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) kontra l-popolazzjoni tagħhom stess fir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar tal-armi u ta’ oġġetti b’użu doppju. Permezz tal-presidenza tiegħu tal-MCM, huwa jaġixxi bħala sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari, inkluż fl-2019 u fl-2020. Huwa ħa sehem ukoll f’delegazzjonijiet għall-akkwist ta’ armi għall-militar tal-Myanmar, fosthom f’Ġunju 2021. Tali materjal, inkluż ħelikopters u spare parts għal inġenji tal-ajru, jintużaw fil-bumbardament ta’ persuni ċivili f’diversi Stati u reġjuni.

Aung Hlaing Oo għalhekk kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju, u b’hekk ikkawża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Bħala President tal-MCM, Aung Hlaing Oo ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż fl-Istat ta’ Rakhine. Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Barra minn hekk, Aung Hlaing Oo huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi preċedenti u attwali tal-ġunta.

20.2.2023

86.

Sit Taing Aung

(magħruf ukoll bħala Sitt Taing Aung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 13.11.1971;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 12/YaKaNa(n)006213

Sit Taing Aung kien id-Direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company u Suntac Group of Companies bejn it-twaqqif ta’ dawn il-kumpaniji u l-għeluq tagħhom f’Novembru 2021. Sit Taing Aung kompla l-attivitajiet tiegħu wara l-kolp ta’ stat tal-2021.

Huwa uża l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu kif ukoll ir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar tal-armi u ta’ oġġetti b’użu doppju biex jagħti appoġġ għall-vjolenza mwettqa mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) kontra persuni ċivili, inkluż il-bumbardament tal-iskejjel. Permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company li issa ngħalqet, huwa rrappreżenta sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari.

Sit Taing Aung għalhekk kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju għall-Forzi Armati tal-Myanmar u hemm riskju li ser jibqa’ jagħmel hekk fil-futur. Bħala Direttur ta’ Yatanarpon Aviation Support Company, Sit Taing Aung ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u b’hekk ta appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Sit Taing Aung huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi preċedenti u attwali tal-ġunta.

20.2.2023

87.

Kyaw Min Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 18.1.1982;

Sess: raġel;

Nru tal-passaport: 14/MaMaKa(N)140703

Kyaw Min Oo ilu d-Direttur ta’ Sky Aviator mill-2014 meta waqqaf il-kumpanija. Din wettqet attivitajiet wara l-kolp ta’ stat tal-2021.

Minħabba l-pożizzjoni kummerċjali u personali tiegħu, ta appoġġ għall-vjolenza tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) fir-rwol tiegħu bħala importatur u sensar ta’ armi u ta’ oġġetti b’użu doppju. Permezz tal-kontroll tiegħu ta’ Sky Aviator, huwa jaġixxi bħala sors ewlieni ta’ armi u appoġġ kummerċjali għall-ġunta, inkluż permezz tar-rabtiet politiċi/kummerċjali mill-qrib tiegħu ma’ diversi kumpaniji fis-settur tat-tagħmir militari, inkluż spare parts li permezz tagħhom l-inġenji tal-ajru militari jkunu jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet immirati lejn żoni b’popolazzjoni ċivili.

Kyaw Min Oo għaldaqstant kien involut fil-provvista ta’ oġġetti ristretti u/jew teknoloġija ristretta, u oġġetti b’użu doppju, u b’hekk ikkawża ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Bħala Direttur ta’ Sky Aviator, Kyaw Min Oo ta appoġġ lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u b’hekk appoġġa azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Kyaw Min Oo huwa assoċjat mal-militar permezz tar-rabtiet estensivi tiegħu mar-reġimi tal-ġunta preċedenti u attwali, inkluż il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing, li huwa elenkat mill-UE.

20.2.2023

▼M28

88.

Moe Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Ammiral

L-Ammiral Moe Aung kien il-Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Myanmar. Huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali fil-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), assoċjat mill-qrib mal-iState Administrative Council/State Security and Peace Commission tar-reġim inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win u l-Gvern. Mit-8 ta’ Jannar 2024 ’l hawn, huwa Ministru tal-Ministeru 4 fl-Uffiċċju tal-President tal-SAC u Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali.

MoE Aung jieħu sehem ukoll fil-governanza ta’ Myanmar Economic Holdings Public Company Ltd (MEHL) u Myanmar Economic Corporation Limited (MEC), żewġ konglomerati ta’ proprjetà militari li jipprovdu lill-militar b’riżorsi ekonomiċi u materjali li jiffaċilitaw l-azzjonijiet tagħhom. Taħt l-awtorità tiegħu u f’kooperazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, ġew ittrasportati suldati u armi permezz ta’ dgħajjes/bastimenti lejn il-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż permezz tal-passaġġi fuq l-ilma.

Bħala Ministru, jagħmel parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Għaldaqstant Moe Aung huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Huwa responsabbli wkoll għal għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

▼M27

89.

Maung Maung Aye

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Ġeneral

Il-Ġeneral Maung Maung Aye kien il-Kap tal-Istat Maġġur għall-armata, il-forza navali u l-forza tal-ajru tal-Myanmar sa Diċembru 2024. F’Diċembru 2024, inħatar Ministru għad-Difiża. F’dawk il-pożizzjonijiet, Maung Maung Aye jifforma parti mir-reġim, li ħataf il-poter u waqqa’ lill-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma fi Frar 2021.

Huwa qed jieħu sehem attiv fix-xiri ta’ armi mir-Russja. Barra minn hekk, huwa jgħin ukoll biex tissaħħaħ il-pożizzjoni internazzjonali tal-Forzi Armati tal-Myanmar permezz ta’ laqgħat ma’ kontropartijiet minn pajjiżi oħra.

Għaldaqstant huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Huwa responsabbli wkoll għal għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

▼M28

90.

Myo Myint Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Logutenent Kurunell

Il-Logutenent Kurunell Myo Myint Aung ilu l-Ministru għall-Ekonomija tar-Reġjun ta’ Yangon mit-2 ta’ Settembru 2022. Bħala l-Ministru tar-Reġjun ta’ Yangon, huwa involut direttament fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-reġjun ta’ Yangon, u responsabbli għalih.

Barra minn hekk, qabel serva bħala Kmandant tar-Reklutaġġ Militari ta’ Yangon u Mħallef Militari mit-twaqqif tal-qrati militari sa Settembru 2022.

F’din il-kapaċità, huwa kien allegatament involut fil-proċess tas-sentenzi ta’ mewt u l-eżekuzzjoni ta’ erba’ attivisti tad-demokrazija f’Lulju 2022. Matul il-mandat tiegħu bħala Mħallef Militari, bosta membri tal-oppożizzjoni ngħataw sentenzi ta’ mewt u sentenzi ta’ ħabs.

F’dawk il-kapaċitajiet, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-kolp ta’ stat tal-2021.

20.2.2023

▼M24

91.

Zin Min Htet

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Zin Min Htet kien il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Huwa kien involut direttament fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-reġjun ta’ Yangon, u kien responsabbli għalih.

Zin Min Htet ħa post il-predeċessur tiegħu Than Hlaing fit-2 ta’ Mejju 2022, bħala Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Qabel kien l-Ajjutant Ġeneral Konġunt tal-militar (2019-2022). Huwa serva wkoll bħala kap tal-Università tal-Kompjuter u t-Teknoloġija tas-Servizzi tad-Difiża.

Mill-21 ta’ Lulju 2023 ’l hawn, huwa Viċi Ministru għall-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Bħala eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u eks Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar, u bħala Viċi Ministru għall-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ mill-2023, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter f’kolp ta’ stat militari u neħħa l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma u għalhekk huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha fi, jew tipprovdi appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija, filwaqt li kienu qed jaġixxu taħt l-awtorità tiegħu, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, billi rrestrinġew il-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni, b’arresti u detenzjoni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u opponenti tal-kolp ta’ stat. Zin Min Htet huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

▼M18

92.

Ko Ko Maung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Ko Ko Maung huwa Kmandant Militari Reġjonali fl-Istat ta’ Kachin fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż. Qabel, serva bħala Kmandant Militari Reġjonali fin-Nofsinhar u ġie ttrasferit għall-Kmand tat-Tramuntana f’Awwissu 2022.

Bħala Kmandant Militari Reġjonali, Ko Ko Maung jissorvelja l-attakki mill-ajru, il-massakri, ir-raids, il-ħruq u l-użu ta’ tarki umani li jwettaq il-militar f’Kachin.

Il-Maġġur Ġeneral Ko Ko Maung huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

20.2.2023

▼M28

93.

Myo Myint Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Myo Myint Oo kien il-Ministru tal-Unjoni għall-Enerġija mill-5 ta’ Awwissu 2022 sa Awwissu 2023. Bħala eks Ministru tal-Gvern, huwa jagħmel parti mir-reġim militari.

Taħt l-awtorità tiegħu, l-entità elenkata mill-UE Myanmar Oil and Gas Enterprise (MOGE) iġġenerat dħul għall-iState Administration Council (SAC) elenkat mill-UE u l-Myanmar Petroleum Enterprise, li hija involuta fl-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni inkluż għal ġettijiet tal-ġlied u inġenji tal-ajru militari oħra.

Bħala Ministru għall-Enerġija, huwa kien inkarigat li jippermetti l-investiment u l-kooperazzjoni ma’ sħab barranin fis-setturi taż-żejt u tal-gass, li joħolqu dħul għall-SAC, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari u għall-importazzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni għall-militar li jippermetti l-attakki militari mill-ajru kontra persuni ċivili.

Fil-kapaċità tiegħu bħala eks Ministru tal-Unjoni għall-Enerġija, Myo Myint Oo huwa għaldaqstant persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom.

20.2.2023

94.

Aung Kyaw Min

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: madwar l-1958;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council

Aung Kyaw Min kien membru tal-iState Administration Council (SAC) mill-1 ta’ Frar 2023 sat-2 ta’ Awwissu 2023. Huwa wkoll l-eks Ministru Kap tal-Istat ta’ Rakhine. L-SAC kien immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mill-1 ta’ Frar 2021, u b’hekk waqqaf lill-gvern elett demokratikament milli jwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala eks membru tal-SAC, Aung Kyaw Min kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt tal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika.

Il-forzi u l-awtoritajiet militari li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu kontinwament ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021, qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, u rrestrinġew il-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni.

Bħala eks membru tal-SAC, Aung Kyaw Min huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

20.7.2023

▼M27

95.

Kyaw Swar Lin

(magħruf ukoll bħala Kyaw Swar Linn)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Kap tal-Istat Maġġur, eks Kap Kmandant tal-Armata u eks Ġeneral Inkarigat mill-Proviżjonijiet tal-forzi armati tal-Myanmar

Il-Logutenent Ġeneral Kyaw Swar Lin kien Ġeneral Inkarigat mill-Proviżjonijiet minn Mejju 2020 sa Diċembru 2024, meta ġie promoss għal Kap tal-Istat Maġġur għall-armata, il-flotta navali u l-forza tal-ajru tal-Myanmar, pożizzjoni għolja fil-militar tal-Myanmar/Burma. Minn Ottubru 2023 sa Diċembru 2024, kien ukoll Kap Kmandant tal-Armata.

Barra minn hekk, Kyaw Swar Lin imexxi l-Myanmar Economic Corporation (MEC), li hija waħda miż-żewġ konglomerati u kumpaniji azzjonarji ewlenin operati mill-militar, li jiġġeneraw dħul għall-forzi armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

Bħala Kap tal-Istat Maġġur, eks Kap Kmandant tal-Armata u eks Ġeneral Inkarigat mill-Proviżjonijiet, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Kyaw Swar Lin huwa għaldaqstant persuna fiżika li l-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u li jipprovdi appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

20.7.2023

▼M28

96.

Myint Kyaing

(magħruf ukoll bħala U Myint Kyaing)

Nazzjonalità: Myanmar/ Burma;

Data tat-twelid: 17.4.1957

Post tat-twelid: Myanmar/ Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Ministru tal-Unjoni għall-Immigrazzjoni u l-Popolazzjoni

Myint Kyaing ilu l-Ministru tal-Unjoni għall-Immigrazzjoni u l-Popolazzjoni mid-19 ta’ Awwissu 2021. Qabel dan, huwa kien Ministru tal-Unjoni għax-Xogħol wara l-kolp ta’ stat fl-1 ta’ Frar 2021. Huwa kien membru tal-iState Administration Council (SAC) sax-xoljiment tiegħu fil-31 ta’ Lulju 2025, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat fil-kolp ta’ stat militari fl-1 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-gvern, huwa jagħmel parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma. Fil-kapaċità tiegħu bħala Ministru tal-Unjoni, huwa jwettaq funzjonijiet b’appoġġ għall-politika repressiva tar-reġim militari dwar l-immigrazzjoni u l-popolazzjoni bħal restrizzjonijiet għaċ-ċittadini biex jivvjaġġaw ġewwa l-pajjiż kif ukoll il-politika tar-reġim lejn il-minoranza tar-Rohingya bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Bħala Ministru għall-Immigrazzjoni tal-Popolazzjoni huwa jipparteċipa wkoll fit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet imħabbra mill-militar sabiex jilleġittimizza l-kolp ta’ stat illegali ta’ Frar 2021.

Myint Kyaing huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u għall-għoti ta’ appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

20.7.2023

97.

Porel Aung Thein

Nazzjonalità: Myanmar/ Burma;

Data tat-twelid: bejn is-snin 60 u 70 (madwar 60 sena);

Post tat-twelid: Myanmar/ Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council

Porel Aung Thein huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administration Council (SAC). Huwa wkoll membru tal-partit bi prokura militari, Union Solidarity and Development Party (USDP).

L-SAC kien immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021, u b’hekk waqqaf lill-gvern elett demokratikament milli jwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, Porel Aung Thein kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika.

Il-forzi u l-awtoritajiet militari li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu kontinwament ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mit-2 ta’ Frar 2021, qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, u rrestrinġew il-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, Porel Aung Thein huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

20.7.2023

98.

Pwint San

Nazzjonalità: Myanmar/ Burma;

Data tat-twelid: 13.7.1961;

Post tat-twelid: Myanmar/ Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Ministru tal-Unjoni għax-Xogħol

Pwint San kien Ministru tal-Unjoni għax- mid-19 ta’ Awwissu 2022 sat-2 ta’ Awwissu 2023. Huwa nħatar mill-iState Administration Council (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Qabel kien inħatar Ministru tal-Unjoni għall-Kummerċ għall-perjodu mit-3 ta’ Frar 2021 sad-19 ta’ Awwissu 2022.

Bħala eks Ministru tal-gvern, huwa għamel parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma. Taħt l-awtorità tiegħu, id-drittijiet tal-ħaddiema, speċjalment id-drittijiet tal-ħaddiema affiljati mal-moviment tal-oppożizzjoni, inkisru b’mod sistematiku. Bħala Ministru għall-Kummerċ, Pwint San iffaċilita l-importazzjoni tal-oġġetti meħtieġa biex isostnu l-poter tar-reġim (eż. l-importazzjoni taż-żejt tal-fjuwil). Barra minn hekk, permezz tal-attivitajiet nazzjonali u l-kuntatti internazzjonali tiegħu, huwa jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni ulterjuri tal-poter illeġittimu tar-reġim militari. Fl-istess ħin, il-ministeru preċedentement taħt l-awtorità tiegħu jaggrava t-tfixkil tal-provvista fil-pajjiż billi jimponi kontrolli fuq l-importazzjoni u jirrestrinġi t-trasferiment tar-rimessi.

Fil-kapaċità tiegħu bħala eks Ministru tal-Unjoni għax-Xogħol u eks Ministru tal-Unjoni għall-Kummerċ, Pwint San huwa għaldaqstant persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u li huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

20.7.2023

▼M20

99.

Thet Khaing Win

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 13.7.1961

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni:Ministru għas-Saħħa tal-Unjoni

Dr Thet Khaing Win ilu l-Ministru għas-Saħħa u l-Isport mill-1 ta’ Frar 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021. Il-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għas-Saħħa tal-Unjoni ġiet ikkonfermata fl-1 ta’ Frar 2023.

Qabel il-kolp ta’ stat, kien is-segretarju permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Isport.

Bħala Ministru tal-gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma. Taħt l-awtorità tiegħu, mijiet ta’ tobba tkeċċew għal raġunijiet politiċi u l-liċenzji tagħhom ġew revokati. Huwa rreżista wkoll it-talbiet tal-UN-OCHA għal aċċess estiż għall-għajnuna matul il-pandemija. Taħt l-awtorità tiegħu, sptarijiet privati ġew imħeġġa biex ma jimpjegawx tobba li jirrifjutaw li jaħdmu fi sptarijiet pubbliċi taħt ir-reġim militari.

Dr. Thet Khaing Win huwa għaldaqstant persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u li huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

20.7.2023

▼M28

100.

Nyo Saw

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Prim Ministru, Membru tal-iState Administration Council (SAC) u Konsulent ta’ Min Aung Hlaing (President tal-SAC);

Grad: Logutenent Ġeneral;

Grad politiku: Ministru tal-Unjoni

Il-Logutenent Ġeneral Nyo Saw ilu Prim Ministru mill-31 ta’ Lulju 2025. Minn Settembru 2023, huwa kien membru tal-iState Administration Council wara li nħatar konsulent għoli tal-President tal-iState Administration Council (SAC), il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing (li ilu ddeżinjat mit-22.3.2021) fil-grad ta’ Ministru tal-Unjoni, sakemm l-SAC ġie sostitwit mill-iState Security and Peace Commission (SSPC) fil-31 ta’ Lulju 2025., Huwa ilu membru tal-SSPC mill- 31 ta’ Lulju 2025. Huwa wkoll kap ta’ kumitat li għandu l-kompitu li jimporta fjuwil mir-Russja, il-fornitur ewlieni tal-armi tar-reġim. Nyo Saw irtira mill-armata fl-2020 bħala ġeneral inkarigat mill-proviżjonijiet. Huwa jservi wkoll bħala membru tal-Kumitat ta’ Superviżjoni tal-Kambju Barrani (FESC) u bħala l-president tal-konglomerat militari Myanmar Economic Corporation (MEC), li t-tnejn li huma jiġġeneraw dħul għar-reġim. Huwa wkoll membru tal-grupp patrun ta’ Myanmar Economic Holdings Ltd (MEHL). Bħala membru tal-SAC u konsulent tal-President tal-SAC, Nyo Saw għandu rwol ewlieni fiż-żamma u l-orkestrazzjoni tad-dittatorjat militari fil-Myanmar li ħataf il-poter permezz ta’ kolp ta’ stat militari fl-2021, b’liema waqqa’ l-gvern elett demokratikament. Permezz tar-rwoli tiegħu fit-tmexxija ta’ intrapriżi bi sjieda militari u fil-ġestjoni tal-importazzjonijiet tal-fjuwil mir-Russja, inkluż għall-użu militari, huwa jipprovdi wkoll appoġġ ekonomiku u introjtu lir-reġim militari. Nyo Saw huwa assoċjat ma’ membri preċedenti u attwali tar-reġim tal-ġunta.

Nyo Saw huwa għaldaqstant persuna fiżika li l-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u li jinvolvi ruħu f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Nyo Saw huwa assoċjat ma’ persuni ddeżinjati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013, b’mod partikolari l-Ġeneral Min Aung Hlaing.

11.12.2023

▼M23

101.

Hla Moe

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw);

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Hla Moe huwa l-kmandant tal-Kmand tal-Lvant. Taħt il-kmand tiegħu, l-attakki mill-ajru b’mod partikolari fl-istat ta’ Kayah żdiedu drastikament, u fl-2021 u fl-2022 irduppjaw it-total ikkombinat. Dawn l-attakki mill-ajru għandhom fil-mira dejjem aktar il-persuni ċivili, u dan qed iwassal għal aktar vittmi ċivili u għadd dejjem akbar ta’ IDPs (żieda minn total ta’ 200 000 fl-2022 għal 250 000 s’issa fl-2023). Taħt il-kmand ta’ Hla Moe, l-unitajiet militari tal-Kmand tal-Lvant għadhom iwettqu ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta’ persuni ċivili bħala tarki umani, qtil extraġudizzjarju u ħruq f‘ Southern Shan u fl-Istat ta’ Kayah. Minbarra li jwettqu dawn l-atti ta’ vjolenza, huma jostakolaw b’mod attiv il-fluss tal-provvista tal-ikel, il-mediċini u l-prodotti u s-servizzi essenzjali għall-popolazzjoni lokali u l-IDPs.

Bħala kmandant tal-Kmand tal-Lvant, Hla Moe huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għall-ostakolar tal-għoti ta’ assistenza umanitarja lil persuni ċivili fil-bżonn. Barra minn hekk, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

11.12.2023

▼M28

102.

Hmu Htan

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: Bejn l-1960 u l-1975;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council (SAC)

Hmu Htan huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC). Huwa wkoll membru tal-partit bi prokura militari Union Solidarity and Development Party (USDP).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, Hmu Htan kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifikata, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. L-azzjoni vjolenti mill-forzi militari u mill-pulizija li thedded il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedet b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Fil-kapaċità tiegħu bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, Hmu Htan huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

11.12.2023

103.

Wunna Maung Lwin

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid; 30.5.1952;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Funzjoni: Membru tal-iState Administration Council (SAC); eks Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-ġunta

Wunna Maung Lwin huwa membru tan-National Defence and Security Council (NDSC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, kif ukoll eks membru tal-iState Administrative Council (SAC). Huwa wkoll membru tal-partit bi prokura militari Union Solidarity and Development Party (USDP).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC, Wunna Maung Lwin kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika.

Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifikata, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. L-azzjoni vjolenti mill-forzi militari u mill-pulizija li thedded il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedet b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Fil-kapaċità tiegħu bħala membru tal-NDSC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu kif ukoll bħala eks membru tal-SAC u eks Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-ġunta, Wunna Maung Lwin huwa direttament responsabbli għal deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għal azzjonijiet immirati biex jilleġittimizzawhom internazzjonalment.

11.12.2023

▼M26

104.

Saw Chit Thu

(magħruf ukoll bħala Saw San Myint, Maung Chit Thu, Chit Thu)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Inn village, Hlaingbwe, Karen State, Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Kurunell;

Entità assoċjata: Chit Linn Myaing Group

Il-Kurunell Saw Chit Thu huwa kmandant militari u negozjant f’Karen/Kayin. Huwa membru fundatur u s-Segretarju Ġenerali tal-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera ta’ Karen/Kayin (BGF)/Karen National Army (KNA), grupp armat affiljat mat-Tatmadaw (il-Forzi Armati tal-Myanmar). Taħt it-tmexxija ta’ Chit Thu, il-BGF/KNA huwa responsabbli għal ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni ċivili fiż-żoni tal-operazzjonijiet tiegħu, inkluż kumplessi għall-frodi online bħal Shwe Kokko. Il-kumplessi huma ċentri reġjonali għall-kriminalità tranżnazzjonali, inkluż il-frodi online, it-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin. Fil-kumplessi għall-frodi online jseħħ ksur massiv tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ix-xogħol furzat u t-tortura, u b’hekk jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Myanmar/Burma.

Biex jikkontrolla l-kumplessi għall-frodi online, il-BGF/KNA jikkollabora mat-Tatmadaw, pereżempju billi jgħaddi informazzjoni lit-Tatmadaw dwar l-avversarji tal-gvern u billi jirrekluta suldati bil-forza, u b’hekk ikompli jikkontribwixxi għat-theddid tas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Saw Chit Thu huwa l-fundatur u l-eks president ta’ Chit Linn Myaing Group (CLM), grupp ta’ kumpaniji mmexxija mill-familja tiegħu f’kooperazzjoni mal-BGF, li huwa involut ukoll f’Shwe Kokko u jagħmel profitt minnu. Saw Chit Thu ilu mill-2017 ’l hawn jiżviluppa Yatai New City fi Shwe Kokko f’kooperazzjoni ma’ Yatai International Holding Group.

Bħala membru fundatur u Segretarju Ġenerali tal-BGF/KNA u minħabba l-involviment tiegħu fil-kumplessi għall-frodi online, Saw Chit Thu huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u barra minn hekk huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, huwa assoċjat mal-Forzi Armati ta’ Myanmar (Tatmadaw).

29.10.2024

105.

Mote Thun

(magħruf ukoll bħala Saw Mote Thun, Mote Thone)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Logutenent Kurunell;

Funzjoni: Viċi Segretarju Ġenerali tal-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera ta’ Karen/Kayin/l-Armata Nazzjonali ta’ Karen (BGF/KNA); membru fundatur tal-BGF ta’ Karen/Kayin;

Individwu assoċjat: Saw Chit Thu

Il-Logutenent Kurunell Mote Thun huwa membru fundatur u l-Viċi Segretarju Ġenerali tal-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera ta’ Karen/Kayin (BGF/Karen National Army (KNA), grupp armat affiljat mat-Tatmadaw (il-Forzi Armati tal-Myanmar). Huwa partikolarment b’saħħtu fin-Nofsinhar tat-township ta’ Myawaddy fil-fruntiera ta’ bejn it-Tajlandja u l-Myanmar, fejn jinsabu ħafna ċentri għall-frodi online. Il-kumplessi ewlenin taħt il-kontroll ta’ Mote Thun jinkludu Wan Kuok-Koi’s (magħruf ukoll bħala Broken Tooth) u Dongmei Zone. Mote Thun huwa involut ukoll fil-Proġett KK Park. Il-kumplessi huma ċentri reġjonali għall-kriminalità tranżnazzjonali, inkluż il-frodi online, it-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin. Fil-kumplessi għall-frodi online jseħħ ksur massiv tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ix-xogħol furzat u t-tortura, u b’hekk jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Myanmar/Burma.

Biex jikkontrollaw il-kumplessi għall-frodi online, il-BGF/KNA jikkollabora mat-Tatmadaw, pereżempju billi jgħaddi informazzjoni lit-Tatmadaw dwar l-avversarji tal-gvern u billi jirrekluta suldati bil-forza, u b’hekk ikompli jikkontribwixxi għat-theddid tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Bħala membru fundatur u Viċi Segretarju Ġenerali tal- BGF/KNA u minħabba l-involviment tiegħu fil-kumplessi għall-frodi online, il-Logutenent Kurunell Mote Thun huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma u barra minn hekk huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, huwa assoċjat mal-Forzi Armati ta’ Myanmar (Tatmadaw).

29.10.2024

106.

Tin Win

(magħruf ukoll bħala Saw Tin Win)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur;

Funzjoni: Subordinat dirett tal-Kurunell Saw Chit Thu fl-Armata Nazzjonali ta’ Karen (KNA), eks membru tal-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera;

Individwu assoċjat: Saw Chit Thu

Il-Maġġur Tin Win huwa subordinat dirett tal-Kurunell Saw Chit Thu fil-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera ta’ Karen/Kayin (BGF)/Karen National Army (KNA), grupp armat affiljat mat-Tatmadaw (il-Forzi Armati tal-Myanmar).

Taħt il-kmand dirett tal-Kurunell Saw Chit Thu, Tin Win jappoġġa u jibbenefika minn kumplessi għall-frodi online qrib Myawaddy, bħal Shwe Kokko, il-Proġett KK Park u l-Proġett Huanya. Dawn huma ċentri reġjonali għall-kriminalità tranżnazzjonali, inkluż il-frodi online, it-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin. Fil-kumplessi għall-frodi online jseħħ ksur massiv tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ix-xogħol furzat u t-tortura, u b’hekk jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Myanmar/Burma.

Biex jikkontrolla l-kumplessi għall-frodi online, il-BGF/KNA jikkollabora mat-Tatmadaw, pereżempju billi jgħaddi informazzjoni lit-Tatmadaw dwar l-avversarji tal-gvern u billi jirrekluta suldati bil-forza, u b’hekk ikompli jikkontribwixxi għat-theddid tas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Fir-rwol tiegħu fil-BGF/KNA u minħabba l-involviment tiegħu fil-kumplessi għall-frodi online, il-Maġġur Tin Win huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u barra minn hekk huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, huwa assoċjat mal-Forzi Armati ta’ Myanmar (Tatmadaw).

29.10.2024

▼M10



B.  Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

▼M28

1.

Myanmar Economic Holdings Public Company Ltd

Indirizz: 51 Mahabandoola road, 189/191 Botataung, Yangon region, Myanmar 11 161;

Tip ta’ entità: Kumpanija Pubblika Limitata b’Ishma;

Post tar-reġistrazzjoni: Yangon, Myanmar/Burma;

Data tar-reġistrazzjoni: 27 ta’ April 1990;

Numru tar-reġistrazzjoni: 156387282;

Post prinċipali tan-negozju: Myanmar/Burma;

Assoċjati: Bord tad-diretturi: Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin: direttur (iddeżinjat mill-UE); Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun: direttur (iddeżinjat mill-UE); Grupp ta’ patruni: Kap Kmandant Min Aung Hlaing: president (iddeżinjat mill-UE);

Viċi Kap Kmandant Soe Win: Viċi president (iddeżinjat mill-UE);

Numru tat-telefown: 01-290843;

Sitweb: http://www.mehl.com.mm/

Myanmar Economic Holdings Public Company Ltd (MEHL) hija konglomerat proprjetà ta’ u kkontrollata mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li għandha sussidjarji u kumpaniji affiljati f’diversi setturi tal-ekonomija, inkluż is-settur bankarju, l-assigurazzjoni, il-kostruzzjoni, il-kummerċ, it-trasport, l-estrazzjoni, l-estrazzjoni tal-ħaġar prezzjuż, il-manifattura u t-turiżmu. MEHL u s-sussidjarji tagħha jiġġeneraw introjtu u jipprovdu servizzi għat-Tatmadaw, u għaldaqstant jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tagħhom li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

MEHL u s-sussidjarji tagħha taw b’donazzjoni assi lill-forzi militari fl-2017 matul iċ-ċerimonji ta’ ġbir ta’ fondi tat-Tatmadaw. Għalhekk, MEHL appoġġat finanzjarjament lit-Tatmadaw u għaldaqstant ikkontribwiet għall-kapaċità tagħhom li jwettqu l-“operazzjonijiet ta’ tindif” u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya.

Il-bord tad-diretturi tal-MEHL huwa magħmul esklużivament minn uffiċjali anzjani (attivi jew irtirati) tat-Tatmadaw. Żewġ membri tal-bord tad-Diretturi (il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin u l-Logutenent Ġeneral MoE Myint Tun) kienu wkoll membri tal-iState Administration Council, il-korp ad hoc maħluq wara l-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, li kien qed jiggverna de facto fil-Myanmar u li kien ġie sostitwit mill-iState Security and Peace Commission fil-31 ta’ Lulju 2025, u huma elenkati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma.

Il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win imexxu l-Grupp Prinċipali tal-MEHL bħala President u Viċi President, rispettivament.

19.4.2021

2.

Myanmar Economic Corporation Limited

Indirizz: Corner of Ahlone road & Kannar road, Ahlone, Yangon, Myanmar;

Tip ta’ entità: Kumpanija pubblika limitata b’ishma;

Post tar-reġistrazzjoni: Yangon, Myanmar/Burma

Data tar-reġistrazzjoni: Stabbilita fl-1997 bħala kumpanija tal-Istat, reġistrata bħala kumpanija privata fid-9 ta’ Jannar 2019;

Numru tar-reġistrazzjoni: 105444192;

Post tan-negozju: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefown: 01-8221369;

Indirizz elettroniku: mecadm.hq@gmail.com

Myanmar Economic Corporation (MEC) hija konglomerat proprjetà ta’ u kkontrollata mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li għandha sussidjarji u kumpaniji affiljati f’diversi setturi tal-ekonomija, inkluż is-settur bankarju, l-assigurazzjoni, il-kostruzzjoni, il-kummerċ, it-trasport, l-estrazzjoni, l-estrazzjoni tal-ħaġar prezzjuż, il-manifattura u t-turiżmu. MEC u s-sussidjarji tagħha jiġġeneraw introjtu għat-Tatmadaw, u għaldaqstant jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tagħhom li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

Il-bord tad-diretturi tal-MEC huwa magħmul esklużivament minn uffiċjali anzjani (attivi jew irtirati) tat-Tatmadaw.

MEC u s-sussidjarji tagħha taw b’donazzjoni assi lill-forzi militari fl-2017 matul iċ-ċerimonji ta’ ġbir ta’ fondi tat-Tatmadaw. Għalhekk, MEC appoġġat finanzjarjament lit-Tatmadaw u għaldaqstant ikkontribwiet għall-kapaċità tagħhom li jwettqu l-“operazzjonijiet ta’ tindif” u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya.

19.4.2021

3.

Myanmar Gems Enterprise (magħrufa wkoll bħala Myanmar Gems Enterprise)

Indirizz: NO. 70-072, Yarza, Thingaha Road, Thapyaygone Ward, Zabuthiri Township, Naypyitaw, Myanmar;

Tip ta’ entità: Intrapriża tal-istat;

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar;

Sit web: http://www.mge.gov.mm/

Myanmar Gems Enterprise (MGE) hija intrapriża tal-istat ikkontrollata mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), responsabbli għall-abbozzar ta’ regoli u regolamenti u għas-superviżjoni u l-għoti ta’ permessi lil imprendituri privati lokali, l-organizzazzjoni ta’ emporji u bejgħ speċjali tal-ġada u tal-ħaġar prezzjuż. MGE topera taħt l-istruzzjonijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC), li l-Ministru tiegħu nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) għal żmien twil kellhom interessi sinifikanti fil-ġada u l-ħaġar prezzjuż, speċjalment permezz tat-tmexxija tal-MGE, li tikkonsisti kważi kompletament minn eks uffiċjali militari, u attivitajiet imwettqa minn żewġ konglomerati militari (Myanmar Economic Holdings Limited (MEHL) u Myanmar Economic Corporation Limited (MEC)). Il-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021 poġġa l-MGE lura taħt il-kontroll militari, u b’hekk ippermetta lit-Tatmadaw jikkontrollaw b’mod sinifikanti s-settur tal-ħaġar prezzjuż. L-MGE tiġġenera dħul għal dipartimenti differenti tal-Istat tal-Myanmar permezz tad-diversi attivitajiet tagħha deskritti hawn fuq, u t-Tatmadaw jistgħu jibbenefikaw direttament jew indirettament mid-dħul iġġenerat minn dan is-settur. Għalhekk, l-MGE qed tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tat-Tatmadaw li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

21.6.2021

4.

Myanma Timber Enterprise

(magħrufa wkoll bħala Myanmar Timber Enterprise)

Indirizz: Kwartieri ġenerali: Gyogone Forest Compound, Bayint Naung Road, Insein Township, Yangon, Myanmar;

Uffiċċju tal-fergħa: No 72/74 Shawe Dagon Pagoda Road, Dagon Township, Yangon, Myanmar;

Tip ta’ entità: Intrapriża tal-istat;

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar;

Numru tat-telefown: 01-3528789

Sit web: http://www.mte.com.mm/index.php/en

Myanma Timber Enterprise (MTE) hija intrapriża tal-istat li topera taħt il-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). MTE għandha drittijiet esklużivi fuq il-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-injam fil-Myanmar/Burma.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta’ kolp ta’ stat u stabbilew l-iState Administration Council (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta’ Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż Ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-SAC u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq u jibbenefika minn intrapriżi tal-istat, inkluż MTE. Għalhekk Myanma Timber Enterprise u s-sussidjarji tagħha huma kkontrollati minn u jiġġeneraw dħul għat-Tatmadaw, u b’hekk jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

21.6.2021

▼M19

5.

Forest Products Joint Venture Corporation Limited

Indirizz:

422/426, Rm 2, 2nd Flr, Strand Rd., Corner of Botahtaung Pagoda St., FJVC Center, Ward (4), BTHG;

52/66, Rm 2, 3rd Flr, Botahtaung Pagoda St., Lower Block, Botahtaung Township, Yangon, Myanmar;

Tip ta’ entità: Impriża konġunta;

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar;

Numru tat-telefon: 01-9010742; 01-9010744; 09-443250050;

Posta elettronika: fjv.md@gmail.com

Forest Products Joint Venture Corporation Limited (FPJVC) topera fl-industrija tal-injam fil-Myanmar billi tipproċessa l-injam teak u l-injam iebes. Minkejja li hija kumpanija pubblika, FPJVC hija kkontrollata mill-Istat, li (i) għandu l-maġġoranza tal-ishma tal-FPJVC permezz tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) (10 %) u l-Myanma Timber Enterprise (MTE) proprjetà tal-istat (45 %), u (ii) għandu d-dritt li jaħtar il-maġġoranza tal-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-FPJVC (bi tliet membri maħtura minn kull wieħed minn MONREC u MTE, rispettivament, minn 11-il membru).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta’ kolp ta’ stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta’ Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż Ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-SAC u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq u jibbenefika minn intrapriżi tal-istat, inkluż FPJVC. Għaldaqstant FPJVC hija kkontrollata minn u tiġġenera dħul għat-Tatmadaw, u b’hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

21.6.2021

▼M28

6.

Organizzazzjoni tal-Veterani tal-Gwerra tal-Myanmar

Indirizz: Thukhuma Road, Datkhina Thiri Tsp, Naypyitaw Division, Myanmar;

Tip ta’ entità: Organizzazzjoni Mhux Governattiva;

Post tar-reġistrazzjoni: Yangon, Myanmar;

Data tar-reġistrazzjoni: 1973;

Numru tat-telefown: (067) 30485;

Sit web: https://www.mwvo.org/Home/About

L-Organizzazzjoni tal-Veterani tal-Gwerra tal-Myanmar (MWVO) hija organizzazzjoni mhux governattiva li għandha l-għan li tipprovdi appoġġ lil eks membri tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Hija l-organizzazzjoni ewlenija li tinfluwenza l-kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi relatati mal-forzi militari fil-pajjiż.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta’ kolp ta’ stat u stabbilew l-iState Administration Council (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Skont il-mandat tal-MWVO, l-organizzazzjoni mhux governattiva taġixxi bħala forza ta’ riżerva tat-Tatmadaw u tieħu sehem fit-tfassil tal-politika nazzjonali tad-difiża u s-sigurtà. Barra minn hekk, l-MWVO torganizza dimostrazzjonijiet favur ir-reġim u tħarreġ il-milizzja tal-poplu, u b’hekk tappoġġa lit-Tatmadaw fit-twettiq ta’ attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Il-grupp patrun ċentrali tal-MWVO huwa rrappreżentat minn figuri ta’ livell għoli tat-Tatmadaw bħall-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win. Il-membri tal-MWVO huma parti mill-istruttura ta’ governanza tal-konglomerati mmexxija mill-forzi militari, il-Myanmar Economic Holdings Limited (MEHL) u l-Myanmar Economic Corporation Limited (MEC). Għalhekk, l-MWVO hija assoċjata ma’ persuni u entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013.

21.6.2021

▼M14

7.

Htoo Group of Companies

Indirizz: 5 Pyay Roas, Hlaing Township, Yangon, Myanmar/Burma;

Tip ta' entità: kumpannija azzjonarja;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: +95 1 500344 / +95 1 500355;

Sit web: https://htoo.com/

Htoo Group of Companies huwa konglomerat privat imwaqqaf u ppresedut minn U Tay Za, li huwa marbut mill-qrib mal-ogħla tmexxija tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). L-attivitajiet tiegħu jinkludu l-kummerċ, is-servizzi bankarji, l-estrazzjoni, it-turiżmu u l-avjazzjoni.

Fl-2017, Htoo Group of Companies ipprovda lit-Tatmadaw b’appoġġ finanzjarju b’rabta mal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” ta’ Rakhine u b’hekk ikkontribwixxa għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya. Barra minn hekk, Htoo Group of Companies aġixxa bħala intermedjarju għall-provvista ta’ tagħmir militari, li ntuża kontra popolazzjonijiet ċivili li pprotestaw kontra l-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar, fil-pajjiż kollu u b’mod partikolari f’żoni b’minoranzi etniċi. Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar biex iwettaq attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, Htoo Group of Companies appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

8.

International Group of Entrepreneurs (IGE) Company Limited

Indirizz: No. 36-G, 37-F, level-20, Office Tower (2), Time City, Corner of Kyun taw Street and Hantharwaddy Road, (7), Quarter, Kamayut Township, Yangon, Myanmar/Burma 110401;

Tip ta' entità: intrapriża privata;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: +95 775 111 112;

Sit web: www.ige.com.mm

International Group of Entrepreneurs (IGE) Company Limited huwa konglomerat privat imwaqqaf u ppresedut minn U Nay Aung, li huwa marbut mill-qrib mal-ogħla tmexxija tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). International Group of Entrepreneurs Company Limited huwa attiv f’industriji infrastrutturali ewlenin bħat-telekomunikazzjoni u l-enerġija, kif ukoll fl-oqsma tal-agrikoltura u l-ospitalità.

Fl-2017, International Group of Entrepreneurs Company Limited ipprovda lit-Tatmadaw b’appoġġ finanzjarju b’rabta mal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” ta’ Rakhine u b’hekk ikkontribwixxa għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya. International Group of Entrepreneurs (IGE) Company Limited ipprovda wkoll lit-Tatmadaw b’appoġġ finanzjarju indirett billi ħa parteċipazzjonijiet finanzjarji f’diversi proġetti u kumpanniji marbuta mat-Tatmadaw u l-konglomerati tagħhom. Għalhekk, huwa jappoġġa lit-Tatmadaw u jibbenefika minnhom.

21.2.2022

▼M28

9.

1 Mining Enterprise (ME 1)

Indirizz: Bu Tar Street, Forest Street, Corner of Yone Gyi Quarter, Monywa, Sagaing Region, Myanmar/Burma;

Tip ta’ entità: Intrapriża tal-istat;

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefown: 09-071-21168

No. 1 Mining Enterprise (ME 1) hija intrapriża tal-istat li topera taħt il-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni Ambjentali (MONREC) li taġixxi wkoll bħala r-regolatur għas-settur tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ metalli mhux ferrużi. Bħala tali, l-intrapriża tal-Istat hija mogħnija bir-responsabbiltà li tagħti permessi u tiġbor parti mit-taxxa fuq il-profitti magħmula minn kumpaniji privati li huma jew fil-“kuntratti ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni” jew f’impriża konġunta ma’ ME 1.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta’ kolp ta’ stat u stabbilew l-iState Administration Council biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta’ Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż Ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-SAC u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq intrapriżi tal-istat u qed jibbenefika minnhom, inkluż No. 1 Mining Enterprise. No. 1 Mining Enterprise hija għalhekk ikkontrollata mit-Tatmadaw u tiġġenera d-dħul għalihom, u b’hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Barra minn hekk, No. 1 Mining Enterprise ħadet sehem u/jew issorveljat diversi proġetti marbuta mal-vjolenza mit-Tatmadaw kontra l-popolazzjoni ċivili u l-ksur tad-drittijiet l-aktar bażiċi tagħhom, inkluż permezz tal-konfiska tal-art u r-rilokazzjoni furzata. No. 1 Mining Enterprise hija għalhekk responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

10.

Myanma Oil and Gas Enterprise

Indirizz: Ministry of Electricity and Energy, Building No.(6), Nay Pyi Taw, Myanmar/Burma;

Tip ta’ entità: Intrapriża tal-istat;

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefown: +95-67-3 411 055;

Sit web: http://www.moee.gov.mm/en/ignite/page/40

Myanma Oil and Gas Enterprise (MOGE), intrapriża tal-istat (SOE), hija l-operatur taż-żejt, il-fornitur tas-servizzi u r-regolatur tas-settur taż-żejt u tal-gass. Hija tissorvelja l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, it-trażmissjoni domestika tal-gass, u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-petroleum. L-intrapriża tal-Istat hija mogħnija bir-responsabbiltà li tagħti permessi u tiġbor parti mit-taxxa fuq il-profitti magħmula minn kumpaniji privati li huma jew fil-“kuntratti ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni” jew f’impriża konġunta ma’ MOGE.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta’ kolp ta’ stat u stabbilew l-iState Administration Council biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta’ Frar 2021, l-SAC ħatar Ministri ġodda, inkluż Ministru għall-Elettriku u l-Enerġija. Il-Ministeru għall-Elettriku u l-Enerġija (MEE) jissorvelja MOGE. Permezz tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq intrapriżi tal-Istati u qed jibbenefika minnhom, inkluż MOGE.

Għaldaqstant MOGE hija kkontrollata mit-Tatmadaw u tiġġenera dħul għalihom, u b’hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

11.

State Administration Council (SAC)/State Security and Peace Commission (SSPC)

Tip ta’entità: pubblika;

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar;

L-iState Administration Council (SAC) huwa entità pubblika stabbilita fit-2 ta’ Frar 2021 wara l-kolp ta’ stat militari fil-Myanmar/Burma fl-1 ta’ Frar 2021. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Swe iddikjara stat ta’ emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing. L-SAC, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ġie stabbilit biex jeżerċita dawk il-funzjonijiet.

L-SAC ġie sostitwit mill-iState Security and Peace Commission (SSPC) fil-31 ta’ Lulju 2025.

L-SAC/SSPC, permezz tas-setgħa tiegħu li jeżerċita funzjonijiet statali, huwa responsabbli għall-politiki u l-attivitajiet li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC/SSPC adotta deċiżjonijiet li rriżultaw fir-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili u l-oppożizzjoni politika, l-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar. Għalhekk, l-SAC/SSPC huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

8.11.2022

▼M18

12.

Myanmar Office of the Quarter Master General (Uffiċċju tal-Myanmar tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-kwartieri)

Indirizz: Ministry of Defence, Building 24, Naypyitaw, Myanmar;

Tip ta’entità: pubblika;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing;

il-Ministru għad-Difiża l-Ġeneral Mya Htun Oo;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar;

Myanmar Economic Corporation (MEC)

L-Uffiċċju tal-Myanmar tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa dipartiment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li huwa involut fl-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Bħala tali, l-Uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Huwa jaġixxi bħala faċilitatur ewlieni tal-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li l-militar tal-Myanmar wettaq fuq il-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk ikkontribwixxa biex jitkattar iċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar/Burma mill-kolp ta’ stat tal-2021.

L-uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa involut ukoll fil-ġestjoni tal-assi ekonomiċi li jibbenefikaw lill-ġunta.

L-Uffiċċju tal-Kap Ġeneral inkarigat mill-Kwartieri huwa marbut ma’ diversi ċifri u entitajiet elenkati mill-UE, inkluż il-kap kmandant il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing u l-Myanmar Economic Corporation (MEC).

20.2.2023

13.

Myanmar Directorate of Defense Industries (Direttorat tal-Industriji tad-Difiża tal-Myanmar)

Indirizz: Shwedagon Pagoda Road, Yangon, Myanmar;

Tip ta’entità: intrapriża tal-Istat (SOE);

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing;

il-Logutenent Ġeneral Thein Htay;

il-Ministru għad-Difiża l-Ġeneral Mya Htun Oo;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar

Id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża tal-Myanmar huwa intrapriża tal-istat (SOE) taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li taġixxi wkoll bħala l-unika entità tal-Myanmar inkarigata mill-produzzjoni tal-armi għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża huwa mmexxi mil-Logutenent Ġeneral Thein Htay, membru tal-militar tal-Myanmar. Dan jaqa’ taħt l-awtorità tal-Kap Kmandant tat-Tatmadaw, ill-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing, elenkat mill-UE, u huwa marbut ma’ diversi personalitajiet marbuta mal-militar jew maħtura mill-militar, bħall-kap kmandant u d-deputat tiegħu.

Bħala tali,id-Direttorat tal-Industriji tad-Difiża huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Dan jippermetti lill-militar tal-Myanmar iwettaq vjolenza kontra l-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk jaqdi rwol ewlieni fit-tkattir taċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar mill-kolp ta’ stat.

20.2.2023

14.

Myanmar Directorate of Defense Procurement (Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża tal-Myanmar)

Indirizz: Nay Pyi Taw, Myanmar;

Tip ta’ entità: dipartiment amministrattiv;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing;

il-Logutenent Ġeneral Thein Htay;

il-Ministru għad-Difiża l-Ġeneral Mya Htun Oo;

Entitajiet assoċjati oħra: il-Ministeru għad-Difiża tal-Myanmar

Id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża tal-Myanmar huwa dipartiment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża (MoD) li jaġixxi wkoll bħala entità tal-Myanmar inkarigata mill-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw).

Id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża jaqa’ taħt l-awtorità tal-Kap Kmandant tat-Tatmadaw, il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing, u għalhekk huwa marbut ma’ diversi individwi u entitajiet elenkati mill-UE, inkluż il-Ġeneral Għoli Min Aung Hlaing.

Bħala tali, id-Direttorat tal-Akkwist tad-Difiża huwa organikament taħt il-kontroll tal-Forzi Armati tal-Myanmar inkluż mill-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021. Dan jippermetti lill-militar tal-Myanmar iwettaq vjolenza kontra l-persuni ċivili tal-Myanmar u għalhekk għandu rwol ewlieni biex jagħti spinta liċ-ċiklu ta’ vjolenza li ħakem lill-Myanmar/Burma mill-kolp ta’ stat.

20.2.2023

15.

Asia Sun Group

Entitajiet assoċjati oħra: Asia Sun Trading; Asia Sun Energy

Asia Sun Group huwa involut fil-katina tal-provvista tal-fjuwil tal-avjazzjoni lill-militar. Il-grupp ta’ kumpaniji Asia Sun Group, permezz tas-sussidjarji tiegħu, Asia Sun Trading u Asia Sun Energy, huwa involut fl-importazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni. Asia Sun Trading kienet involuta mill-inqas darbtejn fl-2022 fl-importazzjoni ta’ fjuwil tal-avjazzjoni mit-Tajlandja għall-użu mill-Forza tal-Ajru tal-Myanmar.

Ir-reġim militari tal-Myanmar attakka deliberatament u b’mod indiskriminat miri ċivili bl-użu ta’ ħelikopters, inġenji tal-ajru tal-ġlied u droni, u kkawża ħafna vittmi fost ir-residenti lokali fosthom tfal. Il-ġunta wettqet mill-inqas 268 attakk mill-ajru mmirati lejn il-popolazzjoni ċivili madwar il-Myanmar/Burma bejn Ottubru 2021 u Settembru 2022. L-attakki qatlu mill-inqas 155 persuna ċivili, darbu mill-inqas 190 u qerdu djar u binjiet reliġjużi.

Asia Sun Group għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

16.

Dynasty International Company Limited

(magħruf ukoll bħala Dynasty Group of Companies)

Indirizz: Waizayangdar Rd., no. 15, Ngwe Kyar Yan Quarter, South Okkalapa Township, Yangon Region, Myanmar;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwi assoċjati: Aung Moe Myint (Sid);

Myo Thitsar (Direttur);

Indirizz elettroniku: dynastygroup@myanmar.com.mm

Dynasty International Company Limited hija kumpanija Burmiża li twaqqfet mis-sensar tal-armi Aung Moe Myint.

Intużat biex tiffaċilita l-kummerċ tal-armi f’isem il-militar tal-Burma, inkluż l-importazzjoni ta’ partijiet tal-inġenji tal-ajru b’appoġġ għall-forza tal-ajru tal-Myanmar għal raids mill-ajru kontra rħula u infrastruttura ċivili.

Dynasty International Company Limited għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

▼M21

17.

International Gateways Group of Company Limited (magħrufa wkoll bħala IGGC, magħrufa wkoll bħala IGG)

Indirizz: Kyaik Wine Pagoda Road, No. 19, Myaing Hay Wun Housing, 8-Mile, Mayangone, Yangon, Myanmar;

jew

Thamadi Street” No. 4-1/3, 8th Quarter, Mayangone Township, Yangon region, Myanmar

Email: internationalgatewaysho@gmail.com

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwu assoċjat: Naing Htut Aung (Direttur u l-uniku azzjonist)

Entità assoċjata: MEHL

International Gateways Group of Company Limited (IGGC) hija kumpanija mmexxija b’mod konġunt minn Naing Htut Aung u li topera fis-settur tal-kummerċ. Weħidha kkontribwiet fondi bħala l-ikbar donatur lill-Forzi tas-Sigurtà tal-Myanmar (Tatmadaw) fl-2017, f’avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi għall-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” ta’ Rakhine li saru mill-Kap Kmandant, Min Aung Hlaing. Barra minn hekk, l-IGGC tat donazzjoni lit-Tatmadaw fl-2023 fl-okkażjoni ta’ Jum il-Forzi Armati.

Barra minn hekk, l-IGGC kienet involuta fl-akkwist tal-armi għat-Tatmadaw, inkluż tagħmir militari u oġġetti b’użu doppju, li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti fil-pajjiż kollu. Għaldaqstant, l-IGGC ipprovdiet appoġġ lit-Tatmadaw u kienet involuta f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

20.2.2023

▼M18

18.

Sky Aviator Company Limited

Indirizz: No.(204/2), (14/1)Ward, Myinthar (11)th Street, Southokkalapa, Yangon, Myanmar;

Post ta’ reġistrazzjoni: Myanmar;

Individwu assoċjat: Kyaw Min Oo (Direttur Maniġerjali)

Sky Aviator Company Limited hija kumpanija mwaqqfa minn Kyaw Min Oo.

Iffaċilitat ftehimiet ta’ armi f’isem il-militar Burmiż, inkluż l-importazzjoni ta’ partijiet tal-inġenji tal-ajru. Taħt il-kontroll ta’ Kyaw Min Oo, Sky Aviator hija fornitur ewlieni ta’ partijiet ta’ inġenji tal-ajru militari lill-militar ta’ Burma. Mill-kolp ta’ stat ta’ Frar 2021, Sky Aviator irċeviet għadd ta’ konsenji ta’ armi minn entitajiet sanzjonati.

Sky Aviator Company Limited għaldaqstant hija persuna ġuridika, entità jew korp li hu proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw) jew ikkontrollat minnhom, jew li jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (it-Tatmadaw), jagħtihom appoġġ jew jibbenefika minnhom.

20.2.2023

▼M28

19.

2 Mining Enterprise (ME 2)

Indirizz: Ywargout Quarter, Pyinmana Township, Nay Pyi Taw, Myanmar/ Burma;

Tip ta’ entità: Intrapriża tal-Istat (SOE)

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar/ Burma;

Post prinċipali tan-negozju: Myanmar/ Burma;

Numru tat-telefon: 09 – 067-22126

2 Mining Enterprise (ME 2) hija intrapriża tal-Istat (SOE) taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) li taġixxi wkoll bħala r-regolatur għas-settur tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ metalli mhux ferrużi. Bħala tali, l-SOE hija mogħtija s-setgħa li tagħti permessi u tiġbor parti mit-taxxa fuq il-profitti magħmula minn kumpaniji privati li huma jew fl-hekk imsejħa “kuntratti ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni” jew f’impriżi konġunti ma’ ME 2.

Il-Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent, U Khin Maung Yi, inħatar mill-iState Administration Council (SAC), issostitwit mill-iState Security and Peace Commission (SSPC) fil-31 ta’ Lulju 2025, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Wara l-kolp ta’ stat, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq l-intrapriżi tal-istat u jibbenifika minnhom, inkluż No. 2 Mining Enterprise. Għaldaqstant No. 2 Mining Enterprise hija kkontrollata minn u tiġġenera dħul għall-forzi militari tal-Myanmar (Tatmadaw), u b’hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Barra minn hekk, No. 2 Mining Enterprise ħadet sehem fi u issorveljat diversi proġetti marbuta mal-vjolenza mill-forzi armati tal-Myanmar kontra popolazzjonijiet ċivili u l-ksur tad-drittijiet l-aktar bażiċi tagħhom, inkluż permezz tal-konfiska tal-art u r-rilokazzjoni furzata.

20.7.2023

▼M23

20.

Star Sapphire Group of Companies

Indirizz:

Room (201), Building (C), Tet Ka Tho Yeik Mon Housing,

New University Ave Rd, Yangon, Myanmar;

No.30 B room 701/702 Yadanar Inya Condo Than Lwin

Rd, Yangon, Yangon, Myanmar

Star Sapphire Group of Companies għandu rwol importanti fil-ġenerazzjoni ta’ introjtu għar-reġim militari u fil-forniment ta’ armi u tagħmir ieħor użat mill-forzi armati. Il-grupp ta’ kumpaniji huwa kkontrollat minn individwi marbuta mal-militar tal-Myanmar u kien involut f’firxa wiesgħa ta’ setturi tan-negozju, inkluż l-estrazzjoni, il-manifattura, id-difiża, każinos, l-enerġija, l-agrikoltura u l-kummerċ. Għalhekk, Star Sapphire Group of Companies jiġġenera dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jagħtihom appoġġ filwaqt li jgawdi minnhom.

11.12.2023

21.

Royal Shune Lei Company Limited

Indirizz:

No (37), Room (10), Bahosi Housing, Lanmadaw Township, Yangon, Myanmar

Royal Shune Lei Company Limited hija intrapriża privata li kkontribwiet għall-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-benefiċċju tal-forzi armati tal-Myanmar. B’dan il-mod, hija appoġġat attivitajiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

11.12.2023

▼M26

22.

Chit Linn Myaing Group (CLM)

Post tar-reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Post prinċipali tan-negozju: Shwe Kokko, Myawaddy Township, Myawaddy District, Kayin State, Myanmar/Burma

Chit Linn Myaing Group (CLM) huwa grupp ta’ kumpaniji kkontrollat mill-Kurunell Saw Chit Thu, li huwa membru fundatur u s-Segretarju Ġenerali tal-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera ta’ Karen/Kayin (BGF/Karen National Army (KNA), grupp armat affiljat mat-Tatmadaw (il-Forzi Armati tal-Myanmar), u mill-familja tiegħu. CLM huwa involut u jagħmel profitt finanzjarju minn attivitajiet f’kumplessi għall-frodi online, ikkontrollati mill-BGF/KNA, fiż-żona tat-township ta’ Myawaddy (il-fruntiera ta’ bejn it-Tajlandja u l-Myanmar), inkluż, fost l-oħrajn, il-belt ta’ Shwe Kokko. Shwe Kokko huwa ċentru għall-kriminalità tranżnazzjonali, inkluż il-frodi online, it-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin. Fil-belt għall-frodi online jseħħ ksur massiv tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ix-xogħol furzat u t-tortura, u b’hekk thedded il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Myanmar/Burma.

Biex jikkontrolla il-kumplessi għall-frodi online, il-BGF/KNA jikkollabora mat-Tatmadaw, pereżempju billi jgħaddi informazzjoni lit-Tatmadaw dwar l-avversarji tal-gvern u billi jirrekluta suldati bil-forza, u b’hekk ikompli jikkontribwixxi għat-theddid tas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Għalhekk, Chit Linn Myaing Group huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma u barra minn hekk qed jibbenefika mill-Forzi Armati tal-Myanmar. Chit Linn Myaing Group huwa assoċjat mal-Forzi Armati ta’ Myanmar (Tatmadaw).

29.10.2024



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

( 3 ) Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Mazu 2013) (ĠU C 30,27.3.2013, p.1).

( 4 ) IMSI tfisser International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonati tal-mowbajl). Dan huwa kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal kull biċċa apparat ta' telefonija mobbli, integrata fil-karta SIM u li tippermetti l-identifikazzjoni ta' tali SIM permezz tan-netwerks GSM u UMTS.

( 5 ) MSISDN tfisser Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Dan huwa numru uniku li jidentifika s-sottoskrizzjoni f'netwerk tal-mowbajls GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefown għall-karta SIM f'mowbajl, u għaldaqstant jidentifika abbonat tal-mowbajl kif ukoll IMSI, iżda biex jittrażmetti t-telefonati permezz tiegħu.

( 6 ) IMEI tfisser International Mobile Equipment Identity (identità internazzjonali tal-apparat tal-mowbajl). Dan huwa numru, normalment uniku, biex jidentifika l-mowbajls GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll xi telefowns satellitari. Normalment issibu stampat fil-kompartiment tal-batterija tal-mowbajl. L-interċettazzjoni telefonika tista' tiġi speċifikata permezz tan-numru IMEI kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN tiegħu.

( 7 ) TMSI tfisser Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat tal-mowbajl). Din hia l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn il-mowbajl u n-netwerk.

( 8 ) SMS tfisser Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).

( 9 ) GSM tfisser Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).

( 10 ) GPS tfisser Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).

( 11 ) GPRS tfisser General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).

( 12 ) UMTS tfisser Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).

( 13 ) CDMA tfisser Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).

( 14 ) PSTN tfisser Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).

( 15 ) DHCP tfisser Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).

( 16 ) SMTP tfisser Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).

( 17 ) GTP tfisser GPRS Tunneling Protocol.