Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2008 – Somm vs UASI (Struttura li tagħti d-dell)
(Kawża T-351/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Struttura li tagħti d-dell – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 30)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 1653/2006-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali, li jirrappreżenta struttura li tagħti d-dell, bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Somm Srl |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark tridimensjonali deskritta kif ġej: “struttura tridimensjonali komposta minn numru ta’ lasti tal-metall f’forma ta’ pajp, ħdejn xulxin iżda bi spazju bejniethom, bil-parti ta’ fuq ta’ kull waħda minnhom tirqaq u ddur sostanzjalment b’mod angolari, fejn parti minn kull waħda minn dawn il-lasti hija mwaħħla mal-art, li hija essenzjalment vertikali, filwaqt li l-parti l-oħra ma hija mwaħħla ma mkien u tinsab kemmxejn inklinata ’l fuq, numru ta’ elementi tal-metall f’forma ta’ pajp, paralleli ma’ xulxin bi spazju bejniethom, imwaħħlin fuq il-partijiet inklinati tal-lasti, u minn saqaf magħmul minn materjal li jagħti d-dell imwaħħal mal-elementi f’forma ta’ pajp, li lkoll jifformaw struttura li tagħti d-dell”, għal prodotti fil-klassijiet 6 u 19 – Applikazzjoni Nru 4837746 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Somm Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |