31998R1718



Official Journal L 215 , 01/08/1998 P. 0056 - 0057


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1718/98

tal-31 ta' Lulju 1998

li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1048/98 ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurta l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ illi jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija msejsa fuqha fl-intier tagħha jew f'parti minnha jew li żżid kull sud-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffa u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3.

Billi meta jiġi aċċettat illi tagħrif li jorbot ta' tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma jikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jista' jissokta jiġi invokat, taħt id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 291/92 tat-12 ta' Ottubru 1002 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni ([3]), għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

Billi l-miżuri adottati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tat-Tariffi u n-Nomenklatura Statistikali tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

It-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan r-Regolament jista' jissokta jiġi invokat taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar Rgolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Lulju 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario MONTI

Membru tal- Kummissjoni

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti Klassifika (il-Kodiċi tan-NM) Raġunijiet

(1) (2) (3)

Mezz għalbiex jirċievi sinjali diġitali bis-satellita bi 30 kanal ta' l-awdjo u biex jittrasferixxi s-sinjali lil iktar apparati konnessi bil-kejbil. Is-sinjali jiġu rċevuti permezz ta' aerial. Il-mezz mhux kapaċi jipproduċi programm bl-awdjo li jinstama' fl-output tiegħu. 85273991 Il-Klassifika tiġi stabbilita bid- diposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda u l-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8527, 8527 39 u 8527 39 91

Proofread by Claudine Camilleri

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 151, tal-21.5.1998, p. 1

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.