|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1825 |
30.7.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1825
tad-29 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tat-3-monokloropropanediol (3-MCPD), tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin u tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin f’ċertu ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ Marzu 2016, il-Bord dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (“il-Bord CONTAM”) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adotta opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem relatati mal-preżenza tat-3-monokloropropanediol u tat-2-monokloropropanediol (MCPD), u tal-esteri tal-aċidi xaħmin tagħhom, u tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin fl-ikel (3). Fil-21 ta’ Novembru 2017, il-Bord CONTAM adotta opinjoni xjentifika dwar aġġornament tal-valutazzjoni tiegħu tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem relatati mal-preżenza tat-3-monokloropropanediol (“3-MCPD”) u tal-esteri tal-aċidi xaħmin ta’ dan fl-ikel (4). Il-Bord CONTAM ikkonkluda li l-preżenza tal-esteri gliċidiliċi fl-ikel hija ta’ tħassib għas-saħħa u l-preżenza tat-3-MCPD u tal-esteri tal-aċidi xaħmin ta’ dan hija ta’ tħassib għas-saħħa f’ċerti xenarji ta’ esponiment u f’ċerti gruppi tal-popolazzjoni. |
|
(3) |
Il-livelli massimi għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, espressi bħala gliċidol, u għas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD ġew stabbiliti għaż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, għaż-żjut tal-ħut u għaż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn fir-Regolament (UE) 2023/915. Meta jitqies it-tħassib għas-saħħa tat-trabi u tat-tfal żgħar, f’dak ir-Regolament ġew stabbiliti wkoll livelli massimi speċifiċi għall-formuli tat-trabi, għall-formuli tal-prosegwiment u għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar u għall-formuli tat-tfal żgħar. |
|
(4) |
Ġie stabbilit livell aktar baxx speċifiku għaż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, għaż-żjut tal-ħut u għaż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel tat-trabi u tal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar. Fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/915, ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin u għas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin għall-ikel tat-trabi u għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar minħabba n-nuqqas ta’ data dwar l-okkorrenza. |
|
(5) |
Sadanittant, id-data dwar l-okkorrenza tal-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin saret disponibbli għall-ikel tat-trabi u għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti livelli massimi f’dan l-ikel abbażi ta’ dik id-data. Barra minn hekk, il-livelli massimi għaż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, għaż-żjut tal-ħut u għaż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel tat-trabi u tal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar jenħtieġ li jitnaqqsu biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi għall-ikel tat-trabi u għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar filwaqt li jitqies il-kontenut tipiku tagħhom ta’ żejt veġetali. |
|
(6) |
Instabu livelli għoljin ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin u tas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin fl-ikel kompost li fih iż-żjut veġetali u ġew esperjenzati diffikultajiet biex tiġi vvalutata l-konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/915. Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv, jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-livelli massimi għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin u għas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin fl-ikel kompost li fih iż-żjut veġetali. Hemm evidenza li sseħħ kontaminazzjoni addizzjonali bit-3-MCPD u bl-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin ta’ ħut u laħam bil-panura b’konsegwenza tal-qali, iżda għalissa l-fatturi li jwasslu għal din il-formazzjoni għadhom mhumiex iddeterminati. Peress li huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati dawn il-fatturi biex jiġu applikati prattiki tajbin għall-mitigazzjoni ta’ dik il-kontaminazzjoni u għall-istabbiliment ta’ livelli massimi xierqa l-aktar baxxi li jistgħu raġonevolment jintlaħqu għat-3-MCPD u għall-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin f’dan l-ikel, jenħtieġ li l-livelli massimi ma jiġux stabbiliti fir-rigward ta’ dak l-ikel sakemm issir dik id-determinazzjoni, li ma hijiex mistennija qabel l-2027. |
|
(7) |
Kien hemm xi konfużjoni dwar liema livell massimu tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin huwa applikabbli għaż-żejt taż-żebbuġa raffinat. Għalhekk jixraq li fir-rimarki dwar il-livell massimu għal żjut u xaħmijiet veġetali oħrajn, għaż-żjut tal-ħut u għal żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn jiġi ċċarat li l-livell massimu japplika wkoll għaż-żejt taż-żebbuġa raffinat. |
|
(8) |
Għall-kontroll tal-preżenza ta’ esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, jintużaw regolarment metodi indiretti ta’ analiżi minn laboratorji uffiċjali ta’ kontroll. Riċerka reċenti sabet li meta jintużaw dawn il-metodi indiretti, l-esteri tat-3-monobromopropanediol (3-MBPD) tal-aċidi xaħmin u l-esteri tat-3-monojodjupropanediol (3-MIPD) tal-aċidi xaħmin jiġu ddeterminati flimkien mal-esteri tal-gliċidil minħabba konverżjonijiet analitiċi, b’mod partikolari fil-każ taż-żjut tal-baħar. Għalhekk jixraq li jiġi previst b’mod espliċitu li l-livelli massimi għall-esteri gliċidiliċi jinkludu wkoll il-komposti 3-MBPD u 3-MIPD. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jħejju għal-livelli massimi l-ġodda għall-ikel tat-trabi u għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar u għal-livell massimu mnaqqas għaż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, għaż-żjut tal-ħut u għaż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel tat-trabi u tal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar, jixraq li jiġi previst żmien raġonevoli sakemm japplikaw il-livelli massimi l-ġodda. |
|
(11) |
Filwaqt li jitqies li l-ikel tat-trabi u l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar għandu ħajja twila fuq l-ixkaffa, jixraq li dan l-ikel li ġie introdott fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni tal-livell massimu għal dan l-ikel jitħalla jibqa’ fis-suq. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 10(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/315/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/915/oj).
(3) Scientific opinion on the risks for human health related to the presence of 3- and 2-monochloropropanediol (MCPD), and their fatty acid esters, and glycidyl fatty acid esters in food. EFSA Journal 2016;14(5): 4426, 159 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2016.4426.
(4) Scientific opinion on the update of the risk assessment on 3-monochloropropanediol and its fatty acid esters. EFSA Journal 2018;16(1):5083, 48 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5083.
ANNESS
Fl-Anness I, it-taqsima 5 tar-Regolament (UE) 2023/915, is-subtaqsimiet 5.3 “Somma ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD) u 3-MCPD esteri tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD” u 5.4 “Esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, espressi bħala gliċidol” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
“5.3 |
Somma tat-3-monokloropropanediol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD |
Livell massimu (μg/kg) |
Rimarki |
||||
|
|
|
|
Għas-somma tat-3-monokloropropanediol (3-MCPD) u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, il-livelli massimi jirreferu għal konċentrazzjonijiet tal-livell inferjuri, li jiġu kkalkulati bis-suppożizzjoni li l-valuri kollha taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma żero. |
||||
|
5.3.1 |
Żjut u xaħmijiet veġetali, żjut tal-ħut u żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 5.3.2 introdotti fis-suq għall-konsumatur finali jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel li jaqa’ taħt il-kategoriji li ġejjin: |
|
Ħlief iż-żjut taż-żebbuġa verġni (7). |
||||
|
5.3.1.1 |
iż-żjut u x-xaħmijiet tal-ġewż tal-Indi, tal-qamħirrum, tal-lift, tal-ġirasol, tal-fażola tas-sojja, tal-lewż tal-palm u ż-żjut taż-żebbuġa (li huma magħmulin miż-żejt taż-żebbuġa raffinat u miż-żejt taż-żebbuġa verġni) (7) u t-taħlitiet taż-żjut u tax-xaħmijiet magħmulin minn żjut u xaħmijiet minn din il-kategorija biss |
1 250 |
Ħlief iż-żjut taż-żebbuġa verġni (7). |
||||
|
5.3.1.2 |
żjut u xaħmijiet veġetali oħrajn, iż-żjut tal-ħut u ż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn u t-taħlitiet taż-żjut u tax-xaħmijiet magħmulin minn żjut u xaħmijiet minn din il-kategorija biss |
2 500 |
Inklużi ż-żejt taż-żebbuġa raffinat (7) u ż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ (7). |
||||
|
5.3.1.3 |
it-taħlitiet taż-żjut u tax-xaħmijiet mill-prodotti elenkati fil-punti 5.3.1.1 u 5.3.1.2 |
– |
Iż-żjut u x-xaħmijiet li jintużaw bħala ingredjenti għat-taħlita għandhom jikkonformaw mal-livell massimu stabbilit għaż-żejt u għax-xaħam. Għalhekk, il-livell tas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD fit-taħlita, ma għandux jaqbeż il-livell ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (c). F’każ li l-kompożizzjoni kwantitattiva ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti u mill-operatur tan-negozju tal-ikel, li ma jipproduċix it-taħlita, il-livell tas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD fit-taħlita fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż l-2 500 μg/kg. |
||||
|
5.3.2 |
Iż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, iż-żjut tal-ħut u ż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel tat-trabi u tal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) |
750 500 mill-1 ta’ Jannar 2027 |
Meta l-prodott ikun taħlita ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet differenti tal-istess oriġini jew ta’ oriġini botanika differenti, il-livell massimu japplika għat-taħlita. Iż-żjut u x-xaħmijiet li jintużaw bħala ingredjenti għat-taħlita għandhom jikkonformaw mal-livell massimu stabbilit għaż-żjut u għax-xaħmijiet fil-punt 5.3.1. |
||||
|
5.3.3 |
Formuli tat-trabi, formuli tal-prosegwiment u ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) u formuli tat-tfal żgħar (4) |
|
Il-livell massimu japplika għall-prodott kif introdott fis-suq. |
||||
|
5.3.3.1 |
introdott fis-suq bħala trab |
80 |
|
||||
|
5.3.3.2 |
introdott fis-suq bħala likwidu |
12 |
|
||||
|
5.3.4. |
Ikel tat-trabi (3) Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) |
50 mill-1 ta’ Jannar 2027 |
Il-livell massimu japplika għall-prodott kif introdott fis-suq. |
||||
|
5.3.5 |
Ikel kompost li fih aktar minn 5 % xaħam u li fih żjut u xaħmijiet veġetali miżjuda u/jew żjut tal-ħut u/jew żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn ħlief
|
|
Il-livelli massimi jirreferu għall-kontenut tax-xaħam. Il-kontenut tax-xaħam huwa kif iddikjarat fuq it-tikketta jew f’każ li l-kontenut tax-xaħam ittikkettat ma jkunx disponibbli, kif estratt għall-analiżi. |
||||
|
5.3.5.1. |
Li fih biss iż-żjut u x-xaħmijiet elenkati fil-punt 5.3.1.1. |
1 250 μg/kg xaħam |
|
||||
|
5.3.5.2. |
Li fih biss iż-żjut u x-xaħmijiet elenkati fil-punt 5.3.1.2. |
2 500 μg/kg xaħam |
|
||||
|
5.3.5.3. |
Li fih it-taħlitiet taż-żjut u tax-xaħmijiet imsemmija fil-punt 5.3.1.3. |
|
Iż-żjut u x-xaħmijiet li jintużaw bħala ingredjenti għat-taħlita għandhom jikkonformaw mal-livell massimu stabbilit għaż-żjut u għax-xaħmijiet. Għalhekk, il-livell tas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD fit-taħlita, ma għandux jaqbeż il-livell ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (c). F’każ li l-kompożizzjoni kwantitattiva ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti u mill-operatur tan-negozju tal-ikel, li ma jipproduċix it-taħlita, il-livell tas-somma tat-3-MCPD u tal-esteri tat-3-MCPD tal-aċidi xaħmin, espressi bħala 3-MCPD fit-taħlita fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż l-2 500 μg/kg. |
|
5.4 |
Esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin, espressi bħala gliċidol |
Livell massimu (μg/kg) |
Rimarki |
|
|
|
Il-livell massimu jirreferi għas-somma tal-esteri gliċidiliċi, għall-esteri tat-3-MBPD tal-aċidi xaħmin u għall-esteri tat-3-MIPD tal-aċidi xaħmin. |
F’każ ta’ użu ta’ metodu dirett għad-determinazzjoni tal-esteri gliċidiliċi, għas-somma tal-esteri gliċidiliċi, tal-esteri tat-3-MBPD tal-aċidi xaħmin u tal-esteri tat-3-MIPD tal-aċidi xaħmin, il-livelli massimi jirreferu għal konċentrazzjonijiet tal-livell inferjuri, li jiġu kkalkulati bis-suppożizzjoni li l-valuri kollha taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma żero. |
|
5.4.1 |
Iż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, iż-żjut tal-ħut u ż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn introdotti fis-suq għall-konsumatur finali jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 5.4.2 |
1 000 |
Ħlief iż-żjut taż-żebbuġa verġni (7). |
|
5.4.2 |
Iż-żjut u x-xaħmijiet veġetali, iż-żjut tal-ħut u ż-żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel tat-trabi u tal-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) |
500 250 mill-1 ta’ Jannar 2027 |
Meta l-prodott ikun taħlita ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet differenti tal-istess oriġini jew ta’ oriġini botanika differenti, il-livell massimu japplika għat-taħlita. Iż-żjut u x-xaħmijiet li jintużaw bħala ingredjenti għat-taħlita għandhom jikkonformaw mal-livell massimu stabbilit għaż-żjut u għax-xaħmijiet fil-punt 5.4.1. |
|
5.4.3 |
Formuli tat-trabi, formuli tal-prosegwiment u ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) u formuli tat-tfal żgħar (4) |
|
Il-livell massimu japplika għall-prodott kif introdott fis-suq. |
|
5.4.3.1 |
introdott fis-suq bħala trab |
50 |
|
|
5.4.3.2 |
introdott fis-suq bħala likwidu |
6,0 |
|
|
5.4.4 |
Ikel tat-trabi (3) Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) |
25 Mill-1 ta’ Jannar 2027 |
Il-livell massimu japplika għall-prodott kif introdott fis-suq. |
|
5.4.5 |
Ikel kompost li fih aktar minn 5 % xaħam u li fih żjut u xaħmijiet veġetali miżjuda u/jew żjut tal-ħut u/jew żjut minn organiżmi tal-baħar oħrajn ħlief il-prodotti elenkati fil-punti 5.4.3. u 5.4.4. |
1 000 μg/kg xaħam |
Il-livell massimu jirreferi għall-kontenut tax-xaħam. Il-kontenut tax-xaħam huwa kif iddikjarat fuq it-tikketta jew f’każ li l-kontenut tax-xaħam ittikkettat ma jkunx disponibbli, kif estratt għall-analiżi.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1825/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)