5.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10266 — Astorg Asset Management/Corialis)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 168/04)

1.   

Fit-23 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Il-fond Astorg VII, SCSp (“Astorg”, il-Lussemburgu),

—

Corialis (il-Lussemburgu).

Astorg takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Corialis kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Astorg: investiment bħala ditta ta’ ekwità,

—

Corialis: il-produzzjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ estrużjoni tal-aluminju u ta’ sistemi ta’ bini miksijin bl-aluminju u profili għal twieqi, bibien, elementi li jiżżerżqu, sistemi ta’ tisqif u konservatorji, ħitan diviżorji u balavostri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10266 — Astorg Asset Management/Corialis

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.