|
4.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2109
tal-24 ta’ Ottubru 2022
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot dwarhom fl-20 Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid, li ser issir fl-4 ta’ Novembru 2022
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-Assemblea Ġenerali li jmiss tagħha tal-4 ta’ Novembru 2022, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) ser teżamina u possibbilment tadotta riżoluzzjonijiet (“abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV”). Dawk ir-riżoluzzjonijiet ser ikollhom effetti legali għall-finijiet tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat. |
|
(2) |
L-Unjoni mhijiex membru tal-OIV. Madankollu, fl-20 ta’ Ottubru 2017 l-OIV tat lill-Unjoni l-istatus partikolari previst fl-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-OIV. |
|
(3) |
20 Stat Membru huma membri tal-OIV. Dawk l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jipproponu emendi għall-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV u ser jintalbu jadottaw dawk ir-riżoluzzjonijiet fl-Assemblea Ġenerali tal-OIV li jmiss fl-4 ta’ Novembru 2022. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni waqt il-laqgħat tal-OIV fir-rigward tal-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV b’rabta mal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha. Dik il-pożizzjoni jenħtieġ li tiġi espressa fil-laqgħat tal-OIV mill-Istati Membri li huma membri tal-OIV, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni. |
|
(5) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (2), ċerti riżoluzzjonijiet adottati u ppubblikati mill-OIV ser ikollhom effetti legali. |
|
(6) |
L-Artikolu 80(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li, meta tawtorizza l-prattiki enoloġiċi, il-Kummissjoni trid tqis il-prattiki enoloġiċi u l-metodi ta’ analiżi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV. |
|
(7) |
L-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li, meta tistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni trid tibbaża dawk il-metodi fuq kwalunkwe metodu rilevanti rakkomandat u ppubblikat mill-OIV, sakemm dawn il-metodi ma jkunux ineffikaċi jew mhux xierqa fid-dawl tal-objettiv persegwit mill-Unjoni. |
|
(8) |
L-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-prodotti tas-settur tal-inbid importati fl-Unjoni jridu jiġu prodotti f’konformità mal-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni skont dak ir-Regolament jew, qabel dik l-awtorizzazzjoni, magħmulin f’konformità ma’ prattiki enoloġiċi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV. |
|
(9) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 jistipula li, meta ma jkunux stabbiliti mill-Kummissjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-purità u tal-identifikazzjoni ta’ sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi għandhom ikunu dawk imsemmija fil-kolonna 4 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, li jirreferu għar-rakkomandazzjonijiet tal-OIV. |
|
(10) |
L-abbozzi tar-Riżoluzzjonijiet OENO-TECHNO 14–567B2, 14-567B4 u 14-567C1 jistabbilixxu d-distinzjoni bejn l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar għal ċerti komposti enoloġiċi. L-abbozzi tar-Riżoluzzjonijiet OENO-TECHNO 20-684 A, 21-689 u 21-708 jaġġornaw ċerti prattiki enoloġiċi eżistenti. L-abbozz tar-Riżoluzzjoni OENO-TECHNO 20-684B jistabbilixxi prattika enoloġika ġdida. L-abbozz tar-Riżoluzzjoni OENO-TECHNO 21-707 jirtira prattika enoloġika eżistenti. F’konformità mal-Artikolu 80(3)(a) u mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawk ir-Riżoluzzjonijiet se jkollhom effetti legali. |
|
(11) |
L-abbozzi tar-Riżoluzzjonijiet OENO-SPECIF 17-624 u 20-674 jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ identifikazzjoni għal ċerti sustanzi użati fil-produzzjoni tal-inbid. L-abbozzi tar-Riżoluzzjonijiet OENO-SPECIF 20-675 A, 20-675B, 20-675C, 20-675D u 20-681 jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ identifikazzjoni ġodda għal ċerti sustanzi użati fil-produzzjoni tal-inbid. F’konformità mal-Artikolu 80(3)(a) u mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934, dawk ir-Riżoluzzjonijiet se jkollhom effetti legali. |
|
(12) |
L-abbozz tar-Riżoluzzjoni CST-SCMA 20–668 jipprovdi l-opinjoni tal-OIV dwar l-estratt niexef totali tal-inbid użat biex tiġi identifikata l-frodi fl-inbid. L-abbozzi tar-Riżoluzzjonijiet OENO-SCMA 19-665 u 20-667 jistabbilixxu metodi ġodda ta’ analiżi. L-abbozz tar-Riżoluzzjoni OENO-SCMA 20–683 jaġġorna l-metodu tal-analiżi li jikkwantifika n-nitroġenu totali fil-most u fl-inbejjed u l-abbozz tar-Riżoluzzjoni SECSAN-SECUAL 21–709 li jaġġorna l-kriterji għall-kwantifikazzjoni tal-allerġeni. F’konformità mal-Artikolu 80(3)(a) u mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawk ir-Riżoluzzjonijiet se jkollhom effetti legali. |
|
(13) |
Dawk l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV ġew diskussi estensivament mal-esperti xjentifiċi u tekniċi tas-settur tal-inbid. Dawn jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-inbid u se jistabbilixxu qafas li se jiżgura kompetizzjoni ġusta fin-negozjar tal-prodotti tas-settur tal-inbid. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu appoġġati. |
|
(14) |
Sabiex ikun hemm il-flessibbiltà meħtieġa matul in-negozjati qabel l-Assemblea Ġenerali tal-OIV fl-4 ta’ Novembru 2022, jenħtieġ li l-Istati Membri li huma membri tal-OIV jkunu awtorizzati li jaqblu mal-bidliet f’dawn l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV sakemm dawn il-bidliet ma jbiddlux is-sustanza tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-20 Assemblea Ġenerali tal-OIV li ser issir fl-4 ta’ Novembru 2022 hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma Membri tal-OIV, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 3
1. Meta x’aktarx li l-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 tiġi affettwata minn informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tkun ippreżentata qabel jew waqt il-laqgħat tal-OIV, l-Istati Membri li huma Membri tal-OIV għandhom jitolbu biex il-votazzjoni fl-Assemblea Ġenerali tal-OIV tiġi posposta sakemm il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni tkun stabbilita abbażi tal-informazzjoni l-ġdida.
2. Wara laqgħat ta’ koordinazzjoni u mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, l-Istati Membri li huma Membri tal-OIV, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, jistgħu jaqblu ma’ bidliet tekniċi fl-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet tal-OIV imsemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li ma jbiddlux is-sustanza tagħhom.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. HUBÁČKOVÁ
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV, (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1).
ANNESS
L-Istati Membri tal-Unjoni li huma Membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, għandhom jappoġġaw l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin fl-istadju 7 waqt l-Assemblea Ġenerali tal-OIV ippjanata għall-4 ta’ Novembru 2022:
|
— |
OENO-TECHNO 14-567B2: Distinzjoni bejn l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar - il-Parti 2: Diossidu tal-karbonju; |
|
— |
OENO-TECHNO 14-567B4: Distinzjoni bejn l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar - Dikarbonat tad-dimetil; |
|
— |
OENO-TECHNO 14-567C1: Distinzjoni bejn l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar - il-Parti 3: Ħalib xkumat; |
|
— |
OENO-TECHNO 20-684 A: Użu tal-fibri tal-pjanti selettivi fl-inbid — aġġornament tar-Riżoluzzjoni OIV-OENO 582–2017; |
|
— |
OENO-TECHNO 20-684B: Użu tal-fibri tal-pjanti selettivi fil-most; |
|
— |
OENO-TECHNO 21-689: Limitu massimu tal-OIV għall-gomma arabika — aġġornament; |
|
— |
OENO-TECHNO 21-707: Inbejjed — trattament bil-klorur tal-fidda; |
|
— |
OENO-TECHNO 21-708: Aġġornament tal-file 2.1.14 - tagħwim; |
|
— |
OENO-SPECIF 17-624: Aġġornament tal-monografija dwar it-tannini enoloġiċi; |
|
— |
OENO-SPECIF 20-674: Aġġornament tal-monografija dwar il-mannoproteini tal-ħmira; |
|
— |
OENO-SPECIF 20-675 A: Monografiji speċifiċi għal proċjanidini/prodelfinidini; |
|
— |
OENO-SPECIF 20-675B: Monografiji speċifiċi għall-ellagitannini; |
|
— |
OENO-SPECIF 20-675C: Monografiji speċifiċi għall-gallotannini; |
|
— |
OENO-SPECIF 20-675D: Monografiji speċifiċi għall-profisetinidini/prorobitenidini; |
|
— |
OENO-SPECIF 20-681: Ċelluloża tal-ikel; |
|
— |
CST-SCMA 20-668: Opinjoni tal-OIV dwar l-estratt niexef totali (estratt niexef totali, estratt niexef totali mingħajr zokkor, estratt residwu); |
|
— |
OENO-SCMA 19-665: Determinazzjoni ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fl-inbid permezz ta’ kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja flimkien ma’ detettur b’arranġament dijodu u detettur tal-aerosol iċċarġjat; |
|
— |
OENO-SCMA 20-667: Struzzjonijiet/linji gwida operattivi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi kromatiċi għall-klassifikazzjoni u/jew it-tqabbil tal-mosti miksuba minn varjetajiet ta’ għeneb ikkaratterizzati minn konċentrazzjonijiet għoljin ta’ pigmenti koloranti; |
|
— |
OENO-SCMA 20-683: Aġġornament għall-metodu OIV-MA-AS323–02B — Kwantifikazzjoni tan-nitroġenu totali skont il-metodu Dumas (mosti u nbejjed); |
|
— |
SECSAN-SECUAL 21-709: Aġġornament għar-riżoluzzjoni OIV-OENO 427–2010 - Kriterji għall-kwantifikazzjoni tal-allerġeni. |