30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10405 - Alba/Swire/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 348/05)

1.   

Fl-20 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ALBA Asia Plastics Recycling Ltd (“ALBA”, Hong Kong), ikkontrollata bi sħab minn Dr Axel Schweiser u Dr Eric Schweiser (il-Ġermanja)

—

John Swire & Sons Ltd (“Swire”, ir-Renju Unit),

—

ALBA Swire Plastics Recycling Ltd (“JV”, Hong Kong)

ALBA u Swire jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-joint venture (JV).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ALBA hija attiva f’oqsma differenti ta’ riċiklaġġ, bħall-ħġieġ użat, l-iskart tal-injam, l-iskart elettroniku, l-iskart organiku, l-iskart tal-karti, il-plastik, il-metalli u l-iskart residwu.

—

Swire hija konglomerat attiv f’diversi industriji, inklużi x-xorb u l-katina alimentari, l-avjazzjoni, is-servizzi tal-baħar, il-kummerċ u industrijali u l-proprjetà.

—

Il-JV se tkun attiva fil-ksib, il-ġbir, l-irkupru, ir-riċiklaġġ u l-ipproċessar mill-ġdid tal-PET u skart tal-plastik tal-polietilen ta’ densità għolja (“HDPE”) fl-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10405 — Alba/Swire/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.